Official Journal L 325 , 20/11/1978 P. 0001 - 0015
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0085
Greek special edition: Chapter 13 Volume 07 P. 0190
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-‘head restraint’ tas-sedili ta’ vetturi bil-mutur (78/932/EEC) Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3], Billi l-ħtiġiet tekniċi illi il-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw interalia lill-‘headrestraints’; Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 78/547/KEE [5], tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Billi l-ħti[iet komuni għall-muntaġġi nterni tal-kompartiment tal-passi[[ier, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf u u s-serħan tad-dahar, u n-naħa ta’ wara tas-sedil kienu stipulati fid-Direttiva 74/60/EEC [6]; billi dawk għall-muntaġġi nterni li jirrigwardaw il-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-isteering fl-eventwalità ta’ impatt kienu stipulati fid-Direttiva 74/297/KEE [7]; billi dawk li jirrigwardaw is-saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom kienu stipulati fid-Direttiva 74/408/KEE [8]; billi dawk li jirrigwardaw l-ankora[[taċ-ċintorini tas-sigurtà kienu stipulati fid-Direttiva 76/115/KEE [9]; billi dawk li jirrigwardaw iċ-ċintorini tas-sigurtà u sistemi tat-trażżin kienu stipulati fid-Direttiva 77/541/KEE [10]; Billi proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti għall-‘headrestraints’ tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni tal-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent kompluta għal kull tip ta’ ‘headrestraint’; billi t-tqiegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-‘headrestraints’ immanifatturati b’konformità mat-tip approvat tneħħi kull bżonn ta’ verifiki tekniċi fuq dawn il-‘headrestraints’ fl-Istati Membri l-oħra; Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-vetturi bil-mutur jinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ verifiki li jitwettqu minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi ta’ ħtiġiet komuni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal kull tip ta’ ‘headrestraint’ kemm jekk tkun integrata mas-sedili tal-vetturi bil-mutur jew le, li tissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stipulati fl-Annessi I sa V. 2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal ‘headrestraint’ għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika illi l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat, sakemm dan ikun neċessarju u jekk ikun hemm il-ħtieġa f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra. Verifikazzjoni ta’ dan it-tip għandha tkun limitata għal testijiet saltwarji. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ ‘headrestraint’ li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, li tikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness VI. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jkunu jistgħu joħolqu konfużjoni bejn ‘headrestraints’ li jkunu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u mezzi oħra. Artikolu 3 1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ‘headrestraints’ għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni tagħhom jew il-metodu ta’ kif jiffunzjonaw jekk ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’komponent. 2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ‘headrestraints’ li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li b’mod konsistenti jonqsu milli jikkonformaw mat-tip approvat. Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lil Kummissjoni fuq il-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet li wassluh għal din id-deċiżjoni. Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent u ċ-ċertifikati ta’ estensjoni kompluti għal kull tip ta’ ‘headrestraint’ li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw. Artikolu 5 1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent isib li numru ta’ ‘headrestraints’ li jkollhom l-istess marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ma jikkonformawx mat-tip li jkun ġie approvat, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jittieħdu, illi jistgħu jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fuq nuqqas ta’ konformità bħal dan. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinformaw lil xulxin b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, u bir-raġunijiet għal dik il-miżura. Artikolu 6 Kull deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva, biex tiġi rifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal ‘headrestraint’ jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħha fis-suq jew użu għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijiet illi fuqhom hija bbażata. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, illi għandha fl-istess ħin tiġi nformata bir-rimedji disponibbli għaliha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bit-termini ta’żmien pemessi sabiex jiġu eżerċitati dawn ir-rimedji. Artikolu 7 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-‘headrestraints’ tagħha, jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu intenzjonati għal istallazzjoni f’tip ta’ vettura sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip. Artikolu 8 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-‘headrestraints’ tagħha, jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu intenzjonati għall-istallazzjoni f’tip ta’ vettura sottomesa għall-approvazzjoni tat-tip. Artikolu 9 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija M1 (kif definita fl-Anness 1 għad-Direttiva 70/156/KEE) maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha mill-anqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa. Artikolu 10 Kull emenda neċessarja biex jiġu adattati l-ħtiġiet tal-Annessi għall-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjoniiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-16 ta’ Ottubru 1978. Għall-Kunsill Il-President K. Von dohnanyi [1] ĠU C 82, ta’ l-14.4.1975, p. 74. [2] ĠU C 76, tas-7.4.1975, p. 37. [3] ĠU C 263, tas-17.11.1975, p. 57. [4] ĠU C 42, tat-23.2.1970, p. 1. [5] ĠU C 168, tas-26.6.1978, p. 39. [6] ĠU C 38, tal-11.2.1974, p. 4. [7] ĠU C 165, ta’ l-20.6.1974, p. 16. [8] ĠU C 221, tat-12.8.1974, p. 1. [9] ĠU C 24, 30. 1976. 1970, p. 1. [10] ĠU C 220, tad-29.8.1977, p. 95. -------------------------------------------------- LISTA T’ ANNESSI ANNESS I: | Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, speċifikazzjonijiet ġenerali u konformità tal-produzzjoni | ANNESS II: | Il-proċedura biex tiddetermina l-punt ‘H’ u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u biex tivverifika il-pożizzjonijiet relattivi tal-punti R u H u r-relazzjoni bejn id-disinn tal-angolu tad-dahar tas-sedil u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil. | ANNESS III: | determinazzjoni tal-għoli u l-wisa’ tal-‘headrestraints’ | ANNESS IV: | dettalji tal-linji ddisinjati u l-qisien meħuda matul it-test | ANNESS V: | il-proċedura tat-test biex tivverifika d-dissipazzjoni tal-enerġija | ANNESS VI: | il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’komponent | ANNESS VII: | iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’komponent | --------------------------------------------------