Official Journal L 255 , 18/09/1978 P. 0001 - 0039
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0044
Greek special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0044
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0032
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 9 P. 0032
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (78/764/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, l-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw it-tratturi skond il-liġi nazzjonali huma relatati inter alia mas-sedil tas-sewwieq; Billi, l-kondizzjonijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; filwaqt li, huwa għaldaqstant neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kundizzjonijiet jew bħala addizzjoni jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3]; Billi r-regoli relatati mas-sedil tas-sewwieq ikopru mhux biss il-kundizzjonijiet għall-istallazzjoni tagħhom fuq it-tratturi imma wkoll il-kostruzzjoni tas-sedili; filwaqt li, proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tippermetti li kull Stat Membru jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti komuni ta’ kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma l-Istat Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq; filwaqt li, t-tqiegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent fuq is-sedili tas-sewwieq kollha ffabbrikati b’konformità mat-tip approvat tneħħi l-bżonn ta’ verifiki tekniċi fuq is-sedili tas-sewwieq fl-Istati Membri l-oħra, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KEE għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ ttestjar stipulati fl-Annessi I u II. 2. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KEE għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jivverifika, sakemm ikun meħtieġ u jekk ikun hemm bżonn b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Verifikaa bħal din għandha tkun limitata għal spot checks. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq approvat skond l-Artikolu 1, joħorġu għall-fabbrikant jew għar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzoni tat-tip KEE għal komponent li tkun konformi mal-mudell muri f’3.5 ta’ l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li għandhom ċans joħolqu konfużjoni bejn sedili tas-sewwieq li jkollhom l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u tagħmir ieħor. Artikolu 3 1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi li sedili tas-sewwieq jitqiegħdu fis-suq fuq raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent. 2. Madankollu, Stat Membru jista’ jiprojbixxi t-tqegħid fis-suq sedili tas-sewwieq li għandhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent li jkompli jonqos milli jkunu konformi mat-tip approvat. Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Isati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, waqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, kopja taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness III, mimli għal kull tip ta’ sedil tas-sewwieq li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw. Artikolu 5 1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent jiskopri li numru ta’ sedili tas-sewwieq li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal komponent mhumiex konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, fejn ikun hemm nuqqas serju u konsistenti ta’ konformità, jestendu r-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din. Artikolu 6 Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent għal sedil tas-sewwieq jew li tipprojbixxi t-tpoġġija tiegħu fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha tispeċifika fid-dettal il-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi nfurmata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bit-termini ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji. Artikolu 7 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur fuq raġunijiet relatati mas-sedil tas-sewwieq tiegħu jekk dan ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u jekk din tkun imwaħħla skond il-kundizzjonjiet stipulati fl-Anness IV. Artikolu 8 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew il-bidu ta’ l-użu ta’ trattur dwar raġunijiet relatati mas-sedil tas-sewwieq tiegħu jekk dan ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent u jekk din tkun imwaħħla skond il-kundizzjonjiet stipulati fl-Anness IV. Artikolu 9 1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, li hija mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf, li għandha ta’ l-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha qiegħda fil-qawwa tal-ġbid tagħha u li hi ddisinjata b’mod speċjali biex tirmonka, timbotta, ġġorr jew biex tforni b’enerġija lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet li huma ntenzjonati għall-użu agrikolu jew fil-foresti. Dan jista’ jkun mgħammar biex iġorr tagħbija jew passiġġieri. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tajers pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità tad-disinn massima ta’ bejn 6 u 25 km/siegħa. Artikolu 10 L-emendi kollha, neċessarji biex jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet ta’ l-Annessi ta’ din id-Direttiva sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji biex huma jkunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1978. Għall-Kunsill Il-President K. von DOHNANYI [1] ĠU C 299, tat-12.12.1977, pġ 61. [2] ĠU C 84, tat-8.4.1978, pġ.11 [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, pġ10. -------------------------------------------------- ANNESS I DEFINIZZJONIJIET 1. Is-sit tas-sewwieq ‘Is-sit tas-sewwieq’ tfisser dak is-sit li hu kapaċi li jakkomoda persuna waħda biss, li hu pprovdut għall-użu tas-sewwieq meta dan ikun qed isuq it-trakter. 2. Is-superfiċje tas-sit ‘Is-superfiċje tas-sit’ tfisser l-arja kważi orizzontali tas-sit li tirfed lis-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda. 3. Serħ id-dar ‘Serħ id-dahar’' tfisser l-arja kważi vertikali tas-sit li jirfed id-dahar tas-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda. 4. L-irfid laterali tas-sit 'L-irfid laterali tas-sit’ tfisser l-apparat jew il-forom tas-superfiċje tas-sit li timpedixxi lis- sewwieq milli jiżżerżaq lejn il-ġenb. 4.1. L-‘armrests’ tas-sit ‘L-‘armrests’ tas-sit’ tfisser l-apparat fuq kull naħa tas-sit li jirfdu d-dirgħajn tas-sewwieq meta dan ikun bil-qiegħda. 5. Il-punt ta’ referenza tas-sit (S) ‘Il-punt ta’ referenza tas-sit (S)’ tfisser il-punt ta’ intersezzjoni tal-pjan medjan lonġitudinali tas-sit bejn il-pjan tanġenzali fil-bażi tad-dahar ikkuttunat u l-pjan orizzontali. Dan il-pjan orizzontali jaqsam is- superfiċje ta’ isfel tas-sit 150mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sit (S) (ara l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness II). 6. Il-fond tas-superfiċje tas-sit ‘Il-fond tas-superfiċje tas-sit’ tfisser id-distanza orizzontali bejn il-punt ta’ referenza tas-sit (S) u t- tarf ta’ quddiem tas-superfiċje tas-sit. 7. Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit ‘Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit’ tfisser id-distanza orizzontali bejn it-trufijiet ta’ barra tas-superfiċje tas-sit imkejjla fi pjan perpendikolari mal-pjan medjan tas-sit. 8. L-iskala ta’ aġġustament tat-tagħbija ‘L-iskala ta’ aġġustament tat-tagħbija’ tfisser l-iskala bejn iż-żewġ tagħbijiet li jikkorrispondu mal- posizzjonijiet medjani fil-kurvi tas-sistema ta' sospensjoni pplottjati għall-itqal u l-eħfef sewwieq. 9. Il-vjaġġ ta' sospensjoni ‘Il-vjaġġ ta’ sospensjoni’ tfisser id-distanza mill-ogħla posizzjoni sal-posizzjoni l-aktar baxxa fis-sistema ta’ sospensjoni. 10. Vibrazzjoni ‘Vibrazzjoni’ tfisser il-moviment vertikali ‘l fuq u l-isfel tas-sit tas-sewwieq 11. L-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni (a) ‘L-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni (a)’ tfisser it-tieni divrenzali ta’ l-ispostament tal-vibrazzjoni fir- rigward tal-ħin. 12. Il-valur Rms ta’ l-aċċelerazzjoni (aeff) ‘Il-valur Rms ta’ l-aċċelerazzjoni (aeff)’ tfisser ir-radiċi kwadrata ta’ l-aċċelerazzjonijiet. 13. Densità spettrali tal-forza (Ø) ‘Id-densità spettrali tal-forza (Ø)’ tfisser il-kwadrat tal-kwadrat medju tar-radiċi ta’ l-aċċelerazzjonijiet (aeff) imkejjel b’filtri terzjarji, diviż bil-wisa' ta' l-istrixxa ta' dawk il-filtri. 14. Aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija (aw) ‘Aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija (aw)’ tfisser l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija ddeterminata bl-għajnuna ta' filtru taż-żieda skond 2.5.3.3.5.2 ta' l-Anness II. 15. Proporzjon tal-vibrazzjoni 'Proporzjon tal-vibrazzjoni' tfisser il-proporzjon ta' l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mgħobbija mkejla fuq is-sit tas-sewwieq ma' dik imkejjla fejn jeħel is-sit skond 2.5.3.3.2 ta' l-Anness II. 16. Klassi tal-vibrazzjoni ‘Klassi tal-vibrazzjoni’ tfisser il-klassi jew grupp ta’ trakters li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ vibrazzjoni. 17. Trakter tal-Kategorija A ‘Trakter tal-Kategorija A’ tfisser trakter li l-karatterstiċi tiegħu jippermettu li jiġi nkluż fi klassi ta’ vibrazzjoni mogħtija minħabba karatteristiċi ta’ kostruzzjoni simili. 17.1. Il-karatteristiċi ta’ dawn it-trakters huma kif ġej: Numru ta’ fusien: tnejn Distribuzzjoni tat-tagħbija: fus ta’ quddiem : minn 30 sa 45 % tal-piż meta mhux mgħobbi tat-trakter, fus ta’ wara : minn 70 sa 55% tal-piż meta mhux mgħobbi tat-trakter. Tajers: ta' quddiem iżgħar minn ta' wara (proporzjon tar-radji tat-tajer ≤ 4: 5). Wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti: l-iżgħar wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti li jista’ jiġi aġġustat akbar minn 1150 mm Sospensjoni: fus ta’ wara bla molol. Posizzjoni orizzontali tas-sit: bejn il-fus ta’ wara u ċ-ċentru ta’ gravità tat-trakter. 17.2. It-trakters tal-kategorija A huma maqsuma f’żewġ klassijiet: Klassi I: minn 1400 sa 3600 kg ta' piż meta mhux mgħobbi. Klassi II: aktar minn 3600 sa 5000 kg ta’ piż meta mhux mgħobbi. 18. Trakter ta’ referenza ‘Trakter ta’ referenza’ tfisser trakter li l-imġieba ta’ vibrazzjoni tiegħu hija speċifika biex tistabbilixxi l-valuri mwaqqfa għall-verifika ta’ l-istand tal-verifika ta’ sit għal klassi ta' trakters ta' vibrazzjoni mogħtija. 18.1. Id-densità spettrali tal-forza ta’ l-aċċelarazzjoni vertikali fil-punt tat-twaħħil tas-sit tat-trakter ta’ referenza trid tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Appendiċi 9 u 10 ta’ l-Anness II. 18.2. It-trakter ta’ referenza għandu - sakemm wieħed jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ 18.1 jissodisfa l-kondizzjonijiet mogħtija fit-tabella li ġejja: | Klassi I | Klassi II | Tolleranzi | Piż meta mhux mgħobbi f’kg | 3040 | 4750 | ± 5 % | —fus ta’ quddiem f’kg | 1300 | 1830 | ± 5 % | —fus ta’ wara f’kg | 1740 | 2920 | ± 5 % | Tajers ta’ quddiem | 7.50 – 18 | 12.4/11-28 | | Tajers ta’ wara | 16.9/14-34 | 16.9/14-38 | | Pressjoni tat-tajer ta’ quddiem f’bar | 2.0 | 1.5 | + 0.1 bar | Pressjoni tat-tajer ta’ wara f’bar | 1.1 | 1.3 | + 0.1 bar | Il-bażi tar-rota f’mm | 2125 | 2590 | ± 10 % | -------------------------------------------------- ANNESS II KONDIZZJONIJIET TA' KOSTRUZZJONI U VERIFIKA - KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U L-IMMARKAR TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE 1. KONDIZZJONIJIET ĠENERALI 1.1. Is-sit tas-sewwieq irid ikun iddisinjat biex jiggarantixxi posizzjoni komda għas-sewwieq meta dan ikun qed jikkontrolla u jimmanuvra t-trakter, u biex jipprovdilu l-akbar protezzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà. 1.2. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni lonġitudinali u fl-għoli mingħajr l-użu ta’ għodda. 1.3. Is-sit irid ikun iddisinjat biex jirriduċi x-xokkijiet u l-vibrazzjoni. Għaldaqstant, irid ikun mgħammar sew b'molol, ikollu assorbiment tajjeb tal-vibrazzjoni u jipprovdi rfid adegwat fuq wara u fuq il-ġnub. 1.3.1. Is-sit irid ikun jista' jiġi aġġustat għal persuni b’iżijiet differenti. Kull aġġustament neċessarju sabiex din il-kondizzjoni tiġi sodisfatta, irid isir mingħajr l-użu ta’ għodda. 1.4. Is-superfiċje tas-sit, il-brekits, u l-irfid laterali, u jekk jitwaħħlu, l-'armrests' li jinfetħu u jingħalqu jew fissi, iridu jkunu kkuttunati. 1.5. Il-punt ta’ referenza tas-sit (S) irid jiġi kkalkulat bil-mod speċifikat fl-Appendiċi 1 ta' l-Anness II. 1.6. Safejn mhux provdut mod ieħor, il-qisien u t-tolleranzi jridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin: 1.6.1. il-qisien mogħtija jridu jkunu espressi f’unitajiet sħaħ, jekk ikun hemm bżonn miżjuda jew imnaqqsa sa l- eqreb numru sħiħ ta' unitajiet; 1.6.2. l-istrumenti wżati għall-kejl iridu jkunu jippermettu li l-valur imkejjel jiżdied jew jitnaqqas sa l-eqreb unità sħiħa u jridu jkunu eżatti fil-limiti ta’ tolleranza li ġejjin: - għat-tul: ± 0.5 % - għall-kejl ta’ l-angoli: ± 1o - għad-determinazzjoni tal-massa tat-trakter: ± 20 kg - għall-kejl tal-pressjoni tat-tajer: ± 1 bar; 1.6.3. għad-data kollha relatata ma' dimensjonijiet, hija permessa tolleranza ta’ ± 5 % 1.7. Is-sit irid jgħaddi mill-verifiki li ġejjin, li jridu jsiru fuq l-istess sit u fl-ordni indikat hawn taħt: 1.7.1. id-determinazzjoni tal-karatteristiċi tas-sospensjoni u l-iskala ta’ aġġustament mal-piż tas-sewwieq; 1.7.2. id-determinazzjoni ta’ l-istabbilità laterali; 1.7.3. id-determinazzjoni tal-vibrazzjoni vertikali 1.8. Jekk is-sit hu ffabbrikat b’dak il-mod li jista’ jdur madwar assi vertikali, allura l-verifiki għandhom isiru bis- sit iħares lejn il-posizzjoni ta' quddiem, maqful f'posizzjoni, maqful f'posizzjoni parallela mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter.ralleliarbut fil-rifiki g]andhom siru bis- sit iħares lejn il-posizzjoni ta' quddiem, maqful f'posizzjoni, maqful f'posizzjoni parallela mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter 2. KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI 2.1. Dimensjonijiet tas-superfiċje tas-sit 2.1.1. Il-fond tas-superfiċje tas-sit, imkejjel parallel ma’ u f’distanza ta’ 150mm mill-pjan lonġitudinali medjan tas-sit, irid ikun 400 ± 50 mm (ara l-figura hawn taħt). 2.1.2. Il-wisa’ tas-superfiċje tas-sit, imkejjel b’mod perpendikolari mal-pjan medjan tas-sit, 150 mm ‘l quddiem tal-punt ta' referenza tas-sit (S) u mhux aktar minn 80 mm ‘l fuq minn dak il-punt, irid ikun ta’ l-anqas 450 mm (ara l-figura hawn taħt). 2.1.3. Il-fond u l-wisa’ tas-superfiċje ta’ sits intenzjonati għal trakters fejn id-distanza ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ma taqbiżx 1150 mm, jistgħu jitnaqqsu jekk il-kostruzzjoni tat-trakter ma tippermettix li l-kondizzjonijiet 2.1.1 u 2.1.2 jiġu sodisfatti, jiġifieri mhux aktar minn 300 mm għall-fond u mhux aktar minn 400 mm għall-wisa’. 2.2. Il-posizzjoni u l-inklinazzjoni ta’ serħ id-dahar 2.2.1. It-tarf ta’ fuq ta’ serħ id-dahar irid ikun ta’ l-anqas 260 mm 'l fuq mill-punt ta' referenza tas-sit (S) (ara l-figura hawn taħt). 2.2.2. Serħ id-dahar irid ikollu nklinazzjoni ta’ 10 ± 5o (ara l-figura hawn taħt). 2.3. L-inklinazzjoni tas-superfiċje tas-sit 2.3.1. L-inklinazzjoni lura (ara l-angolu α fil-figura hawn taħt) tas-superfiċje tal-kuxxin mgħobbi trid tkun minn 3 sa 12o f’relazzjoni ma’ l-orizzontal, imkejjla bl-istrument ta’ tagħbija skond l-Appendiċi 1. 2.4. L-aġġustament tas-sit (ara l-figura hawn taħt) 2.4.1. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni lonġitudinali b'distanza minima ta': - 150 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ aktar minn 1150 mm, - 60 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta' bejn iż-żewġ roti ta' wara ta' 1150 mm jew inqas. 2.4.2. Is-sit irid ikun jista’ jiġi aġġustat fid-direzzjoni vertikali fuq distanza minima ta’: - 60 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta' wara ta' aktar minn 1150 mm, - 30 mm għal trakters li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ 1150 jew inqas. +++++ TIFF +++++ 2.5. Verifiki tas-sit 2.5.1. Verifika biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi ta’ sospensjoni u l-iskala ta’ aġġustament mal-piż tas-sewwieq. 2.5.1.1. Il-karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni huma ddeterminati b’verifika statika. Din trid issir bis-sit aġġustat biex jakkomoda sewwieq ta’ piż ta’ 50 kg u ta’ wieħed ta’ piż ta’ 120 kg. Il-limiti ta’ l-iskala ta’ aġġustament tas-sit mal-piż tas-sewwieq huma kkalkulati mill-karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni. 2.5.1.2. Is-sit huwa mmuntat fuq stand tal-verifika jew fuq trakter u għandha fuqu tiġi applikata tagħbija, jew direttament, jew permezz ta’ apparat speċjali; din it-tagħbija ma tridx tkun differenti b’aktar minn 5 N mit- tagħbija nominali. Id-depressjoni tas-sistema ta’ sospensjoni trid titkejjel b’eżattezza ta’ mhux inqas minn ± 1 mm. Din it-tagħbija trid tiġi applikata skond il-proċedura preskritta fis-sezzjoni 3 ta' l-Appendiċi 1. 2.5.1.3. Kurva kompleta karatteristika li tirrapreżenta t-tagħwiġ fis-sistema ta' sospensjoni trid tiġi pplottjata mit- tagħbija żero sat-tagħbija massima. Il-gradwazzjonijiet tat-tagħbija li fihom hi mkejla d-depressjoni tas- sistema ta’ sospensjoni ma jridux jaqbżu 100N; iridu jiġu plottjati ta' l-anqas tmien punti ta' kejl f'intervalli bejn wieħed u ieħor ugwali fil-moviment tas-sistema ta' sospensjoni. Il-punt meħud bħala t-tagħbija massima jrid ikun jew dak li fih ma tistax tiġi rreġistrata l-ebda depressjoni oħra tal-molla, jew tagħbija ta’ 1500 N. Wara li tkun ġiet applikata jew imneħħija t-tagħbija, id-depressjoni vertikali tas-sistema ta’ sospensjoni trid titkejjel 200 mm ‘l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sit (S); wara l-applikazzjoni jew it-tneħħija tat-tagħbija, is-sit irid jitħalla fil-posizzjoni ta' mistrieħ tiegħu. 2.5.1.4. Fil-każ ta’ sits mingħajr limiti fissi ta’ l-aġġustament tal-piż, il-montatura trid tintagħżel b'dak il-mod li: 2.5.1.4.1. għall-eħfef sewwieq, is-sit jirritorna n-naħa ta’ fuq tal-vjaġġ ta’ sospensjoni meta titneħħa t-tagħbija; u 2.5.1.4.2. għall-itqal sewwieq, it-tagħbija ta’ 1500N kemm tagħfas is-sit sal-limitu l-aktar baxx tal-vjaġġ ta' sospensjoni. 2.5.1.4.3. L-iskala ta’ aġġustament hekk determinata billi jintużaw it-tagħbijiet preskritti f’2.5.1.4.1 u 2.5.1.4.2 trid titqies akbar mill-iskala li hemm bżonn f’3.1.1. 2.5.1.4.4. Jekk is-sit huwa mgħammar b’waqfa progressiva tal-molla l-aktar baxxa, il-posizzjoni l-aktar baxxa tal-vjaġġ ta' sospensjoni (ara s-sezzjoni 9 ta' l-Anness I) tista' tiġi definita bħala l-posizzjoni li jassumi s-sit taħt tagħbija ta' 1000N, fil-montatura għall-eħfef sewwieq. 2.5.1.5. Il-posizzjoni intermedjarja tas-sistema ta’ sospensjoni hija l-posizzjoni li jassumi s-sit meta jkun mgħafus b’nofs il-vjaġġ sħiħ tas-sistema ta’ sospensjoni. 2.5.1.6. Peress li l-kurvi karatteristiċi tas-sistema ta’ sospensjoni huma ġeneralment liwi ta’ isteresi, it-tagħbija trid tiġi ddeterminata billi wieħed jiddisinja linja taċ-ċentru minn ġol-liwja (ara s-sezzjoni 8 ta' l-Anness I, u s-sezzjonijiet A u B ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness II). 2.5.1.7. Biex jiġu determinati l-limiti ta’ l-iskala ta' aġġustament bħala funzjoni tal-piż tas-sewwieq, il-valuri tas- sezzjonijiet A u B (ara l-Appendiċi 2) stabbiliti skond 2.5.1.6 iridu jiġu mmultiplikati b’1.3. 2.5.2. Verifika biex tiġi ddeterminata l-istabbilità laterali 2.5.2.1. Is-sit irid jiġi ssettjat għall-piż massimu permessibbli tas-sewwieq u kkonnettjat ma’ l-istand tal-verifika jew mat-trakter b’dak il-mod li l-pjanċa tal-bażi tiegħu isserraħ fuq pjanċa fissa (l-istand tal-verifika) mhux iżgħar mill-pjanċa tal-bażi nnifisha. 2.5.2.2. Tagħbija tal-verifika ta’ 1000 N hija applikata fuq is-superfiċje jew il-kuxxin tas-sit. Il-punt ta' l-applikazzjoni jrid ikun 200 mm 'l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sit (S) u alternattivament fuq iż-żewġ naħat 150 mm mill-pjan ta’ simetrija minn ġos-sit. 2.5.2.3. Matul l-applikazzjoni tat-tagħbija, il-varjazzjoni fl-angolu laterali ta’ inklinazzjoni tas-superfiċje tas-sit hija mkejjla fil-muntaturi tax-xifer għall-aġġustament orizzontali u vertikali tas-sit. Id-deformazzjoni permanenti qrib il-punt ta' l-applikazzjoni tat-tagħbija ma tridx titqies. 2.5.3. Verifika biex tkun determinata l-vibrazzjoni Il-vibrazzjoni tas-sit hija ddeterminata b’verifiki fuq stand tal-verifika u/jew fi triq standard skond jekk is-sit hux maħsub għal trakter tal-klassi (jew klassijiet) tal-Kategorija A jew trakter tal-Kategorija B. 2.5.3.1. Il-verifika fuq l-istand tal-verifika 2.5.3.1.1. L-istand tal-verifika trid tirriproduċi l-vibrazzjonijiet vertikali fil-punt tat-twaħħil tas-sit tas-sewwieq. Il-vibrazzjonijiet huma ġġenerati permezz ta' apparat elettro-idrawliku. Il-valuri ssettjati li jridu jintużaw huma dawk speċifikati fl-Appendiċi 4 u 5 għall-klassi tat-trakter konċernata, jew is-sinjali ta’ aċċelerazzjoni integrata doppja rreġistrati fit-twaħħil tas-sit ta' trakter tal-Kategorija B miexi b'veloċità ta' 12 ± 0.5 km/siegħa fuq triq standard kif definit f’2.5.3.2.1. Il-vibrazzjonijiet iridu jiġu trasmessi għal pjattaforma li bejn wieħed w ieħor tikkorrispondi fid-dimensjonijiet tagħha mal-kabina tas-sewwieq ta' trakter. Biex jiġu ġġenerati l-vibrazzjonijiet trid tintuża ġirja doppja mhux interrotta tal-valuri ssettjati jew is-sinjali ta’ aċċelerazzjoni integrata doppja, irreġistrati fit-twaħħil tas-sit ta’ trakter tal-Kategorija B miexi fuq triq standard. Il-kejl ma jridx isir matul l-ewwel ġirja tal-valuri ssettjati jew tas-sinjal ta' aċċelerazzjoni. 2.5.3.1.2. Barra t-twaħħil għas-sit tal-verifika, l-pjattaforma jrid ikollha rota ta’ l-isteering u serħ is-saqajn. Il-konfigurazzjoni tagħha trid tkun kif jidher fl-Appendiċi 6. 2.5.3.1.3. L-istand tal-verifika jrid ikollha livell għoli ta’ riġidità tal-flessura u tal-liwi, u l-'bearings' u l-gwidi tagħha ma jridx ikollhom aktar mill-ispazju ħieles teknikament neċessarju. Jekk il-pjattaforma tinġarr fuq driegħ vibranti, id-dimensjoni R trid tkun ta’ l-anqas 2000 mm (ara l- Appendiċi 6). L-istand tal-verifika trid tkun kapaċi tirriproduċi vibrazzjonijiet sinusojdali, kif jidher fl-Appendiċi 7, meta tiġi applikata massa ta’ 150 kg. 2.5.3.2. Il-verifika fuq triq standard 2.5.3.2.1. It-triq tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli mbiegħda minn xulxin skond it-‘track’ tar-rota tat-trakter. Is-superfiċje tista’ tkun ikkastjata b’konkrit mqiegħed illixxat fuq is-superfiċje, jew tista' ssir ta' l-injam jew tal-blokok tal-konkrit issettjati fl-istruttura bażika. Is-superfiċje ta' kull strixxa tat-'track' hija definita bl-’ordinates’ ta’ elevazzjoni f’relazzjoni ma' linja ta' bażi; dawn l-'ordinates' jidhru fit-tabella ta' l-Appendiċi 3. F'dak li għandu x'jaqsam mat-triq, l-elevazzjoni hija definita f'intervalli ta' 16 ċm matul kull strixxa. It-triq trid titqiegħed b'mod sod fuq l-art u d-distanza ta' bejn l-istrixxi trid tiddevja biss kemm kemm fuq it-tul kollu; ir-roti tat-trakter jridu jkunu mirfuda f'kull ħin. Meta l-istrixxi jkunu ffurmati minn blokki, dawn iridu jkunu ta’ ħxuna minn 6 sa 8 ċm, b'distanza ta' 16 ċm bejn iċ- ċentri tal-blokki. It-tul tat-triq standard trid tkun 100 m. Il-kejl irid jibda hekk kif l-assi tal-fus ta’ wara tat-trakter ikun perpendikolari mal-punt D = 0 fuq it-triq, u jispiċċa hekk kif l-assi tal-fus ta’ quddiem tat- trakter ikun perpendikolari mal-punt D = 100 tat-triq tal-verifika (ara t-tabella fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness II). 2.5.3.2.2. Il-vibrazzjonijiet vertikali trasmessi huma ddeterminati f’veloċità ta’ 12 ± 0.5 km/siegħa. Il-veloċità preskritta trid tinżamm mingħajr l-użu tal-brejkijiet. Il-vibrazzjonijiet iridu jitkejjlu fuq is-sit u fil- punt fejn is-sit jitwaħħal mat-trakter, b’sewwieq ħafif u sewwieq tqil. Il-veloċità ta’ 12 km/siegħa trid tintlaħaq wara li tkun ġiet traversjata rotta ta’ rankatura. Is-superfiċje ta’ din ir-rotta ta’ rankatura trid tkun ċatta u trid tingħaqad mat-triq standard mingħajr bidla fil-livell. 2.5.3.2.3. Is-sit irid jiġi ssettjat għall-massa tas-sewwieq skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. 2.5.3.2.4. It-trakter irid jiġi mgħammar bi frejm protettiv u/jew b’kabina sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih dan it-tagħmir mhux bżonnjuż. It-trakter ma jridx ikollu tagħmir anċillari. Barra minn hekk, ma jrid ikun hemm l-ebda saborra fuq ir-roti jew il-frejm, u l-ebda likwidu fit-tajers. 2.5.3.2.5. It-tajers użati waqt il-verifika jrid ikollhom id-dimensjonijiet u l-‘ply-rating’ standard, kif speċifikat fl- istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Il-fond tat-‘tread’ ma tridx tkun inqas minn 65 % tal-fond ta’ ‘tread’ ġdida. 2.5.3.2.6. Il-ħitan tal-ġenb tat-tajers ma jridx ikollhom ħsara. Il-pressjoni tat-tajer trid tikkorrispondi ma’ l-intermedju aritmetiku tal-pressjonijiet ta' referenza rrikmandati mill-fabbrikant tat-tajer. It-'track' tar-rota jrid jikkorrispondi ma' dak użat f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim għall-mudell tat-trakter li fuqu huwa mwaħħal is-sit. 2.5.3.2.7. Il-kejl fil-punt tat-twaħħil tat-sit u fuq is-sit innifsu jridu jsiru matul l-istess ġirja. Biex jitkejjlu u jiġu rreġistrati l-vibrazzjonijiet għandhom jintużaw aċċelerometru, amplifikatur tal-kejl u tejp manjetiku jew miter li jaqra l-vibrazzjoni direttament. L-ispeċifikazzjonijiet għal dawn l-istrumenti huma preskritti f'2.5.3.3.2 u 2.5.3.3.6. 2.5.3.3. L-ispeċifikazzjonijiet għall-verifiki fuq it-triq u fuq l-istand tal-verifika 2.5.3.3.1. Il-massa tas-sewwieq Il-verifiki għandhom isiru b’żewġ sewwieqa: wieħed li għandu massa totali ta’ 55kg (± 10%), li minnhom, mhux aktar minn 5 kg jistgħu jinġarru minn ċinturin miżjud mal-ġisem; l-ieħor b’massa ta’ 98 kg (± 10%), b’massa totali ta’ 8 kg fiċ-ċinturin. 2.5.3.3.2. Il-posizzjoni ta’ l-aċċelerometru Biex jiġu mkejla l-vibrazzjonijiet trasmessi lis-sewwieq, għandu jitwaħħal aċċelerometru fuq pjanċa dritta u ċatta b'dijametru ta' 250 ± 50 mm, li l-parti ċentrali tagħha trid tkun dritta sa dijametru ta' 75 mm u trid tinkludi strument ta’ protezzjoni dritt biex jipproteġi l-aċċelerometru. Din il-pjanċa trid titqiegħed fiċ- ċentru tas-superfiċje tas-sit bejn is-sit u s-sewwieq u jkollha kisi naturali jew sintetiku tal-fowm ta’ ħxuna ta’ madwar 20 mm. Biex jitkejjlu l-vibrazzjonijiet fit-twaħħil tas-sit, irid jitwaħħal aċċelerometru f'dan it-twaħħil f'punt mhux aktar minn 100 mm mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter u mhux barra mill- projezzjoni tas-superfiċje tas-sit fuq it-trakter. 2.5.3.3.3. Il-kejl ta’ l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni L-aċċelerometru u l-tagħmir assoċjat ta’ amplifikazzjoni u trasmissjoni jridu jirrispondu b’valur r.m.s. ta’ 0.05 m/s2, u jkunu kapaċi jkejjlu vibrazzjonijiet b’valur r.m.s ta’ 5 m/s2 u fattur ta’ l-apiċi (proporzjon ta’ l-apiċi mal-valur r.m.s) ta’ 3 mingħajr tagħwiġ u bi żball massimu ta’ ± 2.5 % fuq skala ta’ 1 sa 80 H. 2.5.3.3.4. It-tejp manjetiku Jekk jintuża tejp manjetiku, dan irid ikollu żball massimu ta’ riproduzzjoni ta’ ± 3.5 % fi skala ta’ frekwenza ta’ 1 sa 80 Hz, li tinkludi bidla fil-veloċità tat-tejp meta dan jerġa’ jinstema’ għall-analiżi. 2.5.3.3.5. Miter ta’ vibrazzjoni 2.5.3.3.5.1. Vibrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 Hz jistgħu jiġu njorati. Huwa għaldaqstant permess li jiġi kkonnettjat ‘upstream’ ta’ l-istrument ta' kejl filtru ‘low-pass’ bi frekwenza tal-qtugħ ta’ madwar 10 Hz u attenwazzjoni ta’ 12dB għal kull ottava. 2.5.3.3.5.2. Dan l-istrument irid jinkorpora filtru ta' żieda elettroniku bejn is-'sensor' u l-apparat ta' integrazzjoni. Il- filtru jrid jikkorrispondi mal-kurva li tidher fl-Appendiċi 8 u l-marġini ta’ żball irid ikun ± 0.5dB fil-banda ta’ frekwenza ta’ 2 sa 4 Hz, u ± 2 dB għall-frekwenzi l-oħra. 2.5.3.3.5.3. L-istrument ta’ kejl elettroniku jrid ikun kapaċi jindika jew: - l-integrali (I) tal-kwadrat ta' l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda (aw) għall-ħin tal-verifika (T) I = dt - jew il-kwadrat tar-radiċi ta’ dak l-integrali - jew direttament il-valur r.m.s. ta' l-aċċelerazzjoni ta’ vibrazzjoni miżjuda (aweff) a = = I T L-eżattezza ġenerali fil-valur r.m.s. ta’ l-aċċelerazzjoni miżjuda kkalkulata b'dan il-mod trid tkun f'± 5%. 2.5.3.3.6. Kalibrar L-istrumenti kollha jridu jkunu kkalibrati b’mod regolari. 2.5.3.3.7. Evalwazzjoni tal-verifiki ta' vibrazzjoni 2.5.3.3.7.1. Matul kull verifika, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda għall-ħin kollu tal-verifika trid tiġi ddeterminata bil-miter li jaqra l-vibrazzjoni direttament speċifikat f’2.5.3.3.5. 2.5.3.3.7.2. Ir-rapport irid jagħti l-valur intermedju aritmetiku ta' l-aċċelerazzjoni rranġata tal-vibrazzjoni tas-sit għas-sewwieq ħafif u wkoll il-valur intermedju aritmetiku ta' l-aċċelerazzjoni rranġata tal-vibrazzjoni tas-sit għas-sewwieq tqil. Ir-rapport tal-verifika jrid ikun fih ukoll il-proporzjon ta’ l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda fuq is-sit tas-sewwieq ma' dik imkejjla fit-twaħħil tas-sit. Il-proprozjon għandu jingħata b'żewġ punti deċimali. 2.5.3.3.7.3. L-iskala tat-temperatura tal-post matul il-verifiki trid titkejjel u trid tidher fir-rapport. 2.5.4. Verifiki tal-vibrazzjoni li jridu jsiru fuq is-sits tat-trakter skond l-użu ntenzjonat tagħhom 2.5.4.1. Sit intenzjonat għall-użu fuq trakters ta’ klassi (jew klassijiet) tal-Kategorija A jrid jiġi vverifikat fuq stand tal-vibrazzjoni bis-sinjali tal-valur issettjat adattati. 2.5.4.2. Sit intenzjonat għall-użu fuq trakter tat-tip tal-Kategorija B jrid jiġi vverifikat fuq triq standard bi trakter ta’ dak it-tip. Madankollu, trid issir ukoll verifika ta’ simulazzjoni fejn jintuża s-sinjal tal-valur issettjat li jikkorrispondi mal-kurva ta’ aċċelerazzjoni li tkun ġiet iddeterminata matul il-verifika tat-triq standard bit-tip ta’ trakter li għalih huwa ntenzjonat is-sit. 2.5.4.3. Sit intenzjonat biss għall-użu fuq trakter ta’ tip partikolari tal-Kategorija A jrid ukoll jiġi vverifikat skond il- kondizzjonijiet ta’ 2.5.4.2. F'dan il-każ, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tinħareġ biss għat-tip ta' trakter li għalih ikun intenzjonat is-sit tal-verifika. 2.5.5. Il-proċedura użata biex tiġi ddeterminata l-vibrazzjoni tas-sit fuq sits intenzjonati għal trakters tal-Kategorija A. 2.5.5.1. L-imġieba ta’ vibrazzjoni ta’ trakter ta’ referenza, li huwa l-fattur kritiku fil-verifika fuq sit tas-sewwieq, hija definita bid-densità spettrali tal-forza ta' l-aċċelerazzjoni vertikali (Appendiċi 9 u 10) irreġistrata fit-twaħħil tas-sit tat-trakter ta' referenza matul il-ġirja fuq it-triq standard skond il-kondizzjonijiet ta' 2.5.3.2. 2.5.5.2. Il-valur awB attwalment preżenti fit-twaħħil tas-sit matul il-ġirja tal-kejl irid ikun fl-iskali li ġejjin: a = 1 · 9 sa 2,2 m/s 2 Trakters ta’ referenza tal-Klassi II: a = 1 · 6 sa 1,8 m/s a = 2,05 m/s 2 għall-klassi I a = 1,7 m/s 2 għall-klassi II, fejn l-aċċelerazzjoni ta’ aws mkejla fis-sit tas-sewwieq tiġi korretta skond ir-relazzjoni a = a w B 2.5.5.3. Fil-każ tal-verifika li ssir fuq l-istand, is-sinjali tal-valur issettjat għall-ġenerazzjoni ta’ movement vertikali tat-twaħħil tas-sit jridu jkunu ġew determinati bl-integrazzjoni doppja tas-sinjali ta’ aċċelerazzjoni rrikordjati fit-twaħħil tas-sit tat-trakters ta’ referenza tal-Klassi I jew il-Klassi II li jkunu qed jiġu vverifikati matul ġirja fuq triq standard. Dawn is-sinjali tal-valur issettjat huma mogħtija fl-Appendiċi 4 u 5. L-istand tal-verifika trid tiġi aġġustata b’dak il-mod li t-twaħħil tas-sit ikun suġġett għal aċċelerazzjoni miżjuda ta’: a = 1,9 sa 2,2 m/s għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I, u a = 1,6 sa 1,8 m/s għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi II. a = 2,05 m/s 2 għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I a = 1,7 m/s 2 għal trakters tal-Kategorija A fil-Klassi II, l-aċċelerazzjoni ta’ aws imkejjla fuq is-sit tas-sewwieq tiġi rranġata skond l-ekwazzjoni: a = a w B 2.5.5.4. Għall-verifika fuq l-istand, japplikaw il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.3.1, u l-vibrazzjoni trid tiġi ġġenerata skond il- kondizzjonijiet ta’ 2.5.5.2. Għal kull wieħed miż-żewġ sewwieqa msemmija f'2.5.3.3.1, l-aċċelerazzjoni tal- vibrazzjoni miżjuda trid tiġi mkejjla fis-sit fuq perjodu ta' 28 sekonda. Il-kejl irid jibda fis-sinjal tal-valur issettjat li jikkorrispondi għal t = 0 sekondi u jispiċċa fis-sinjal tal-valur issettjat t = 28 sekonda (ara l-Appendiċi 4 u 5 ta' l-Anness II). Iridu jsiru ta' l-anqas żewġ ġirjiet tal-verifika. Il-valuri mkejjla ma jridux jiddevjaw mill-intermedjarju aritmetiku b’aktar minn ± 5 %. 2.5.6. Proċedura wżata biex tkun determinata l-vibrazzjoni tas-sit fuq sits intenzjonati għal trakters tal-Kategorija B. 2.5.6.1. Skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.4.2, il-verifiki tal-vibrazzjoni tas-sit ma japplikawx għal grupp jew klassi ta’ trakters, imma biss għal kull tip ta’ trakter li għalih huma ntenzjonati s-sit. 2.5.6.2. Il-verifika tat-triq standard trid issir skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.3.2 u 2.5.3.3. F’dan il-każ, l- aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni mkejjla fuq is-sit tas-sewwieq (aws) ma tridx tiġi rranġata u b'hekk tkun identika għall-valur ta' referenza ta' a . 2.5.6.3. Il-verifika fuq l-istand tal-verifika trid issir b’assoċjazzjoni ma' verifika tat-triq standard bil- kondizzjonijiet 2.5.3.1 u 2.5.3.3. Il-valuri ssetjati għall-unità tal-ġirja tar-'rig' tal-vibrazzjoni jridu jiġu ddeterminati b'integrazzjoni doppja tas-sinjal ta' l-aċċelerazzjoni tal-moviment ta' vibrazzjoni rreġistrata skond 2.5.3.1.1. 2.5.6.4. Fid-determinazzjoni tal-valuri ssettjati miksuba skond 2.5.6.3, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda (awp) irreġistrata fuq l-istand tal-verifika fit-twaħħil tas-sit ma tridx tiddevja b’aktar minn ± 10 % tal-valur (awF) irreġistrata fuq it-triq standard skond il-kondizzjonijiet ta’ 2.5.6.3 (l-ewwel paragrafu). Fil-każ ta’ devjazzjoni mill-valur (awF) imkejjel fit-twaħħil tas-sit matul il-ġirja tal-verifika, l-aċċelerazzjoni tal-vibrazzjoni miżjuda rreġistrata fis-sit tas-sewwieq matul il-verifika fuq l-istand tal-verifika trid tiġi rranġata kif ġej: a = a Kull waħda mill-verifiki fuq l-istand tal-verifika trid issir darbtejn. Il-valuri mkejla ma jridux jiddevjaw mill-intermedju aritmetiku b’aktar minn ± 5 %. 3. KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U L-IMMARKAR TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE 3.1. Kondizzjonijiet neċessarji għall-aprrovazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE ta’ sit Biex tinħariġlu l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE, sit, irid, barra milli jissodisfa l- kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: 3.1.1. l-iskala ta’ aġġustament bħala funzjoni tal-massa tas-sewwieq trid testendi minn ta’ l-anqas 50 sa 120 kg; 3.1.2. il-bidla fl-angolu ta’ inklinazzjoni mkejjla matul il-verifika ta’ l-istabbilita laterali ma tridx taqbeż il- 5o: 3.1.3. l-ebda wieħed miż-żewġ valuri deskritti f’2.5.3.3.7.2 ma jrid jaqbeż 1.25m/s2. 3.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ component tal-KEE 3.2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE trid tiġi sottomessa mis-sid ta' l-isem jew il-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 3.2.2. Għal kull tip ta’ sit tas-sewwieq, l-applikazzjoni jrid ikollha magħha: 3.2.2.1. deskrizzjoni teknika qasira, li tiddikjara b’mod partikolari t-tip ta' trakter jew trakters li għalih huwa ntenzjonat; 3.2.2.2. disinji fi tliet kopji, iddettaljati biżżejjed biex jippermettu identifikazzjoni tat-tip ta’ sit u li juru b’mod partikolari d-dimensjonijiet tiegħu, l-piż tiegħu, s-sistema ta’ suspensjoni tiegħu u l-mezz ta’ twaħħil tiegħu; 3.2.2.3. ta’ l-anqas sit wieħed; 3.2.2.4. trakter wieħed (jekk ikun hemm bżonn) rappreżentattiv tat-tip ta’ trakter li għalih huwa ntenzjonat is-sit. 3.3. Skrizzjonijiet 3.3.1. Is-sit sottomess għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE jrid ikollu l-isem jew il-marka kummerċjali ta’ l-applikant, mnaqqxa b’mod ċar u ndelibbli. 3.3.2. Fuq kull sit irid ikun hemm spazju kbir biżżejjed għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE; dan l-ispazju jrid jidher fid-disinji msemmija f'3.2.2.2. 3.4. L-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE 3.4.1. Jekk is-sit sottomess skond 3.2 jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ 3.1 u 3.3, għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jiġi allokat numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. 3.4.2. Dan in-numru ma jridx jiġi allokat għal tip ieħor ta’ sit. 3.5 Immarkar 3.5.1. Kull sit li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva jrid iġorr marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE. 3.5.2. Din il-marka tikkonsisti f’: 3.5.2.1. rettangolu madwar l-ittra żgħira 'e' segwita bin-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent: 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 6 għall-Belġju, 11 għar-Renju Unit 13 għal-Lussemburgu, 18 għad-Danimarka IRL għall-Irlanda, 3.5.2.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jikkorrispondi maċ-ċertifikat ta' l- approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE maħruġ għat-tip ta' sit, taħt jew qrib ir-rettangolu; u 3.5.2.3. l-indikazzjoni, fuq jew qrib ir-rettangolu, tat-tip ta' trakter tal-Kategorija A li għalih huwa ntenzjonat is-sit. Din għandha tidher kif ġej: - għat-trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I: I - għat-trakters tal-Kategorija A fil-Klassi I u II: I u II. Jekk ma tingħata l-ebda ndikazzjoni fuq ir-rettangolu, is-sit huwa ntenzjonat għal trakter tal-Kategorija B. 3.5.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE trid titwaħħal mas-sit b’dak il-mod li tkun indelibbli u leġġibbli b’mod ċar anki meta s-sit jiġi mmuntat fuq it-trakter. 3.5.4. Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent hija mogħtija fl-Appendiċi 11. 3.5.5. Id-dimensjonijiet tad-diversi partijiet ta' din il-marka ma jridux ikunu iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-immarkar kif jidhru fl-Appendiċi 11. -------------------------------------------------- ANNESS III MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV KONDIZZJONIJIET GĦALL-INSTALLAZZJONI TAS-SIT TAS-SEWWIEQ GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ TRAKTER 1. Kull sit tas-sewwieq irid ikollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ installazzjoni li ġejjin: 1.1. is-sit tas-sewwieq irid ikun installat b’dak il-mod li: 1.1.1. s-sewwieq ikun assigurat posizzjoni komda għas-sewqan u għall-manuvrar tat-trakter; 1.1.2. s-sit irid ikun faċilment aċċessibbli; 1.1.3. s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda fil-posizzjoni normali tas-sewqan, jista' jilħaq id-diversi kontrolli tat-trakter li għandhom tendenza li jintużaw waqt l-operazzjoni; 1.1.4. l-ebda parti mis-sit jew mill-komponenti tat-trakter ma jrid ikollha tendenza li ġġiegħel lis-sewwieq ibati minn qtugħ jew tbenġil; 1.1.5. meta s-sit ikun jista’ jiġi aġġustat fit-tul u fl-għoli biss, il-pjan ta’ simetrija tiegħu jrid jikkoinċidi jew ikun parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter; 1.1.6. meta s-sit huwa ddisinjat biex idur madwar assi vertikali jrid ikun kapaċi jissakkar fil-posizzjonijiet kollha jew f’ċerti posizzjonijiet u f’kwalunkwe każ fil-posizzjoni msemmija f’1.1.5. 2. Il-detentur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jista’ jitlob li din tkun estiża għal tipi oħra ta’ sits. L- awtoritajiet kompetenti jridu joħorġu din l-estensjoni fuq il-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. it-tip il-ġdid ta’ sit irid ikun irċieva l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent; 2.2. irid ikun iddisinjat biex jiġi nstallat fuq it-tip ta' trakter li għalih intalbet l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 2.3. irid ikun installat b’dak il-mod li jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' dan l-Anness. 3. Is-sits intenzjonati għal trakters b’distanza ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ wara ta’ 1150 mm jista’ jkollhom id- dimensjonijiet minimi li ġejjin fir-rigward tal-fond u l-wisa' tas-superfiċje tas-sit: - fond tas-superfiċje tas-sit: 300 mm, - wisa’ tas-superfiċje tas-sit: 400 mm. Din id-disposizzjoni tapplika biss jekk il-valuri speċifikati għall-fond u għall-wisa' tas-superfiċje tas-sit (jiġifieri 400 ± 50 mm u ta’ l-anqas 450 mm rispettivament) ma jistgħux jiġu osservatti minħabba raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tat-trakter. 4. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness V għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat ta’ l- approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull tip ta’ approvazzjoni tat-tip jew estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip maħruġa jew rifjutata. -------------------------------------------------- ANNESS V ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TRAKTER FIR-RIGWARD TAS-SIT TAS-SEWWIEQ (Artikli 4 (2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip għal trakters bir-roti agrikoli jew tal-foresti) +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------