31978L0630



Official Journal L 206 , 29/07/1978 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0161
Greek special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0066
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0161
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0211
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0211


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Ġunju 1978

li temenda għall-ewwel darba d-Direttiva 76/118/KEE fuq it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward ċertu ħalib ippriservat li jiġi parzjalment jew kollu mnixxef mill-ilma għall-konsum tal-bniedem

(78/630/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 li joħorġu minnu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/118/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 fuq it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward ċertu ħalib ippriservat li jiġi parzjalment jew kollu mnixxef mill-ilma għall-konsum tal-bniedem [3] tniżżel fl-Artikolu 3(1) li l-għażliet msemmija u mfissra fl-Anness tiegħu jistgħu jintużaw biex juru l-prodotti definiti fih; billi f’punt 1 (ċ) tiegħu it-titlu "ħalib tal-bott xkumat parzjalment, mingħajr zokkor" huwa msemmi u mfisser; billi taħt din id-dispożizzjoni l-unika ħalib li jista’ jinbiegħ bl-imnut b’dan it-titlu huwa l-ħalib ixxuttat f’parti minnhu li fih, bħala toqol, bejn 4 u 4 75 % xaħam u mhux inqas minn 24 % solidi tal-ħalib;

Billi, minħabba l-problemi tal-ftehim mill-parti tax-xerrejja, id-Direttiva 76/118/KEE tniżżel fl-Artikolu 3(2) ċerti titli, li l-użu tagħhom jista’ jkun riżervat fit-territorji tagħhom mill-Istati Membri interessat;

Billi diffikultajiet simili wkoll instabu f’ċerti Stati Membri rigward it-titlu ta’ ħalib tal-bott f’parti minnu xkumat mingħajr zokkor li jista’ jinbiegħ bl-imnut; billi hemm bżonn li tkun estiża lil dawk l-Istati l-opzjoni li hemm provduta fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 76/118/KEE, rigward il-bejgħ bl-imnut tal-prodotti bit-titlu ta’ hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 76/118/KEE:

"(d) "Gevaporeerde halfvolle melk" fil-Belġju u fl-Olanda u "lait demi-écrémé concentré" u "lait demi-écrémé concentré non sucré" fil-Belġju, Franza u l-Lussemburgu, biex juri, fil-każ tal-bejgħ bl-imnut, il-prodott definit fil-punt 1 (ċ) ta’ l-Anness."

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dalsager

[1] ĠU C 183, ta’ l-1.8.1977, p. 59.

[2] ĠU C 84, tat-8.4.1978, p. 3.

[3] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 49.

--------------------------------------------------