31978L0365

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 1978 li tadotta għall-progress tekniku għat-tieni darba d-Direttiva tal-Kunsill 71/318/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-meters tal-volum tal-gass

Official Journal L 104 , 18/04/1978 P. 0026 - 0031
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0127 - 132
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0112 - 117
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0127 - 132
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0175 - 180
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0175 - 180
CS.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
ET.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
HU.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
LT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
LV.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
MT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
PL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
SK.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88
SL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 83 - 88


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Marzu 1978

li tadotta għall-progress tekniku għat-tieni darba d-Direttiva tal-Kunsill 71/318/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-meters tal-volum tal-gass

(78/365/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw id-disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl u wkoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku [1], kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni, u partikolarment l-Artikoli 17, 18 u 19 tagħha,

Billi kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/318/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters tal-volum tal-gass [2], kif emendata b’Direttiva tal-Kunsill 74/331/KEE [3],

Billi, minħabba żviluppi tekniċi fil-qasam in kwistjoni, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 71/318/KEE;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi li jirrigwardjaw l-elemininazjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ strumenti ta’ kejl,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva 71/318/KEE, il-punti I.B.3, I.B.4.1, I.B.8.2.3, I.B.9, II.6.3, III.2, III.4 u III.5 huma b’hekk emendati bi qbil mat-taqsimiet korrespondenti ta’ l-Anness t’hawnhekk.

Il-punti II.5.2, II.7.2.7 u III.6.2.3 li jinstabu fl-Anness t’hawnhekk huma b’hekk miżjuda ma’ l-Anness tad-Direttiva 71/318/KEE.

Artikolu 2

1. Stati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b’tali mod li dawn id-disposizzjonijiet jidħlu b’effett fi żmien sena wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, u għandhom minnufiħ jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 1978.

Għall-Kummissjoni

Etienne Davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

[2] ĠU Nru L 202, tas-6.9.1971, p. 21.

[3] ĠU Nru L 189, tas-12.7.1974, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

KAPITOLU IB

3. Strumenti addizzjonali

3.1. Il-meters tal-volum tal-gass jistgħu jiġu armati b’dawn li ġejjin:

(a) strumenti għall-ħlas bil-quddiem;

(b) ġeneraturi bl-impulsi integrati li l-iżbokk tagħhom għandu juri indikazzjoni tal-valur ta’ impuls wieħed fil-forma:

‘1 imp.

+++++ TIFF +++++

… m³ (jew dm³)’ jew

‘1 m³

+++++ TIFF +++++

… imp.’.

Dawn l-istrumenti addizzjonali, meta jiġu armati, għandhom jitqiesu bħala li jiffurmaw parti integrali mill-meter; għandhom jiġu mqabbda mal-meter tal-volum tal-gass fil-ħin tal-verifika inizjali tal-KEE. M’hemm l-ebda rekwiżiti separati fir-rigward ta’ l-effetti tagħhom fuq il-karatteristiċi ta’ kejl tal-meters.

3.2 Il-meters tal-gass jistgħu jiġu armati b’output drive shafts li għandhom jitqiesu li jinkludu drive shafts jew faċilitajiet oħrajn sabiex jiġu mħaddma strumenti addizzjonali li jistgħu jinqalgħu. It-torque li l-meters tal-gass huma meħtieġa jipproduċu sabiex idawwru l-istrumenti addizzjonali armati ma għandhiex toħloq bidliet fl-indikazzjoni tal-meter li hija akbar mill-valuri speċifikati fit-Taqsimiet II.5.2.1 u III.5.2.1.

3.2.1 Jekk ikun hemm drive shaft waħda biss, din għandha tkun ikkaratterizzata b’indikazzjoni tal-kostanti tagħha fil-forma ‘1 tr

+++++ TIFF +++++

… m³ (jew dm³)’, tat-torque massima permessibbli fil-forma ‘Mmax =… N.mm’ u tad-direzzjoni tar-rotazzjoni.

3.2.2. Jekk ikun hemm bosta drive shafts, kull shaft għandha tiġi kkaratterizzata bl-ittra M bis-sottoskrittura fil-forma ‘M1; M2;… Mn’, kif ukoll indikazzjoni tal-kostanti tagħha fil-forma ‘1 tr

+++++ TIFF +++++

… m³ (jew dm³)’ u tad-direzzjoni tar-rotazzjoni.

Il-formola li ġejja għandha tidher fuq il-meter, preferibbilment fuq il-pjanċa tad-data:

k1, M1 + k2 M2 +… + kn Mn ≤ A N.mm,

li fiha:

A tirrappreżenta l-valur numeriku tat-torque massimu permessibbli applikat għad-drive shaft bl-ogħla kostanti, meta t-torque jiġi applikat biss għal din ix-shaft; din ix-shaft għandha tiġi kkaratterizzata bis-simbolu M1;

ki (i = 1; 2;… n) tirrappreżenta valur numeriku ikkalkulat kif ġej:

k

=

;

Mi (i = 1; 2;… n) tirrappreżenta t-torque applikat għad- drive shaft karatterizzata bis-simbolu Mi;

Ci (i = 1; 2;… n) tirappreżenta l-kostanti għad-drive shaft karatterizzata bis-simbolu Mi.

3.2.3 L-estremità tad-drive shafts għandha tiġi protetta permezz ta’ għatu ssiġillat jew permezz ta’ konnessjoni ssiġillata bejn kull strument addizzjonali u l-meter.

3.2.4. Il-konnessjoni bejn l-istrument li jkejjel u l-gearing intermedjat ma għandhiex tiġi miksura jew mibdula jekk tiġi applikata torque li tkun tlett darbiet daqs it-torque permessibbli stabbilita fit-taqsimiet I.B.3.2.1 u I.B.3.2.2.

4. Skrizzjonijiet

4.1 Kull meter għandu ikollu l-iskrizzjonijiet li ġejjin, jew fuq il-kwadrant tal-pjanċa jew fuq pjanċa speċjali tad-data, jew imqassma fuq it-tnejn:

(a) il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE;

(b) il-marka ta’ l-identifikazzjoni jew l-isem tal-manufattur;

(ċ) in-numru u s-sena tal-manufattura tal-meter;

(d) id-deskrizzjoni tad-daqs tal-meter: din għandha l-forma ta’ G kbira segwita b’numru stipulat fil-Kapitolu II jew III;

(e) iċ-ċirkolazzjoni massima espressa bħala: Qmax… m3/h;

(f) iċ-ċirkolazzjoni minima espressa bħala: Qmin… m3/h (jew dm3/h);

(g) il-pressa massima operattiva espressa bħala: pmax… MPa (jew kPa jew Pa jew bar jew mbar);

(h) għall-meters volumetriċi, il-valur nominali tal-volum ċikliku espress bħala: V… m3 (jew dm3);

(i) meta jkun xieraq, l-iskrizzjonijiet msemmija fit-taqsimiet 1.B.3.1 u 1.B.3.2; dawn l-iskrizzjonijiet jistgħu, madanakollu, isiru fuq pjanċi oħrajn jew fuq il-meter innifsu.

Dawn l-iskrizzjonijiet għandhom ikunu jidhru b’mod ċar, jinqraw faċilment u li ma jistgħux jiġu mħassra taħt il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu tal-meter.

8.2.3 Għandhom jingħataw lokazzjonijiet għall-marki jew siġilli tal-verifika:

(a) fuq il-pjanċi kollha li fihom l-iskrizzjoni meħtieġa minn dan l-Anness;

(b) fuq il-partijiet kollha tal-meter li ma jistgħux jiġu protetti mod ieħor kontra l-interferenza li aktarx tista’:

- taffettwa jew tbiddel l-indikazzjoni fuq l-istrument indikattiv tal-meter,

- tbiddel jew tinterrompi il-konnessjoni bejn l-istrument li jkejjel u l-istrument indikattiv,

- tneħħi jew iċċaqlaq partijiet li huma metroloġikament importanti tal-meter.

9. Approvazzjoni tat-tip KEE u verifika inizjali KEE

L-approvazzjoni tat-tip KEE u l-verifika inizjali KEE tal-meters tal-volum tal-gass għandhom jitwettqu skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-disposizzjonijiet komuni kemm għall-istrument tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku.

9.1 Approvazzjoni tat-tip KEE

9.1.1. Flimkien ma’ l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għall-meters tal-gass għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:

- deskrizzjoni tal-meter li tagħti l-karatteristiċi tekniċi u l-prinċipju ta’ kif jaħdem,

- tpinġija perspettiva jew ritratt tal-meter;

- in-nomenklatura tal-partijiet b’deskrizzjoni tal-partijiet komponenti elenkati fin-nomenklatura,

- tpinġija bid-dimensjonijiet,

- pjanta li turi fejn jinsabu l-marki u s-siġilli tal-verifika,

- pjanta ta’ l-istrument li jindika, b’mekkaniżmi ta’ l-aġġustament,

- tpinġija bid-dimensjonijiet ta’ komponenti metroloġikament importanti,

- pjanta tal-kwadrant tal-pjanċa u ta’ l-arranġamenti ta’ l-iskrizzjonijiet,

- fejn xieraq, pjanta ta’ l-istrumenti addizzjonali li għalihom issir referenza fit-Taqsima 1.B.3.1,

- fejn ikun xieraq, tabella li telenka l-karatteristiċi tad-drive shafts (Taqsima 1.B.3.2),

- lista tad-dokumenti preżentati,

- dikjarazzjoni li tispeċifika li l-meters manufatturati b’mod konformi mat-tip jissodisfaw r-rekwiżiti tas-sigurtà, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-pressa massima operattiva kif indikata fuq il-pjanċi tad-data.

9.1.2 Id-dettalji li ġejjin għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE:

- l-isem u l-indirizz tal-persuna li lilha jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE,

- it-tip u/jew id-deskrizzjoni kummerċjali,

- il-karatteristiċi tekniċi u metroloġiċi ewlenin, bħaċ-ċirkolazzjoni minima, il-pressa operattiva massima, id-dijametru nominali intern tal-biċċiet li jgħaqqdu u, fil-każ ta’ meters tal-gass volumetriċi, il-valur nominali tal-volum ċikliku,

- il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE,

- — fil-każ ta’ meters armati bi drive shafts;

(a) il-karatteristiċi tax-shaft kif stabbiliti fit-Taqsima I.B.3.2.1 (meta jkun hemm drive shaft waħda biss),

(b) il-karatteristiċi ta’ kull shaft u l-formola mogħtija fit-Taqsima 1.B.3.2.2 (meta jkun hemm żewġ drive shafts jew iżjed),

- informazzjoni dwar fejn jinsabu l-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, il-marki u s-siġilli inizjali ta’ verifika (meta jkun xieraq, fil-forma ta’ ritratti jew tpinġijiet),

- lista tad-dokumenti li jkun hemm maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip,

- kull kummenti speċjali.

9.2 Verifika inizjali KEE

9.2.1. Il-meters tal-gass sottomessi għall-verifika inizjali KEE għandhom ikunu jaħdmu sew.

Il-verifika inizjali KEE ma tagħti l-ebda garanzija li l-istrumenti addizzjonali msemmija fit-Taqsimiet I.B.3.1 u I.B.3.2 li jistgħu jitqabbdu mal-meters jadħmu sew jew ta’ l-eżattezza tal-qari li jagħtu.

Ebda marka tal-verifika KEE jew siġilli KEE ma għandhom jitwaħħlu ma’ dawn l-istrumenti addizzjonali.

KAPITOLU II

5.2 Disposizzjonijiet speċjali

5.2.1 Meta t-torques massimi ndikati fuq il-meter tal-gass skond it-Taqsimiet I.B.3.2.1 u I.B.3.2.2 jiġu applikati għad-drive shafts, l-indikazzjoni tal-meter tal-gass fi Qmin ma għandhiex tvarja b’aktar minn 0.5 %.

6.3 Disposizzjonijiet speċjali

6.3.1 Fir-rigward ta’ meters li l-pressa operattiva tagħhom taqbeż il-0.1 MPa (1 bar) id-disposizzjonijiet tat-Taqsima II.6.2 dwar l-assorbiment tal-pressa mekkanika għandhom japplikaw, iżda l-assorbiment totali tal-pressa ta’ dawn il-meters kif imsemmija fit-Taqsima II.6.1 m’għandhiex tiġi meqjusa.

6.3.2 L-armar ta’ strumenti addizzjonali ma għandux iġiegħel l-assorbiment ta’ pressa mekkanika tiżdied b’aktar minn 20 Pa (0.2 mbar).

7.2.7. Fil-każ ta’ meters bi drive shaft wieħed jew iżjed, ta’ mill-anqas tlett meters ta’ kull daqs G għandhom jiġu eżaminati bl-arja b’densità ta’ 1.2 kg/m3 (ara t-Taqsima I.B.6.2) għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima I.B.3.2.4 u tat-Taqsimiet II.5.2.1 u II.6.3.2.

Fil-każ ta’ meters b’diversi drive shafts, it-test għandu jitwettaq fuq ix-shaft li jagħti l-aktar riżultat sfavorevoli.

Fir-rigward ta’ meters bl-istess daqs G, il-valur tat-torque l-aktar baxx miksub fit-testijiet għandu jintuża bħala l-valur massimu permessibbli tat-torque.

Meta xi tip ikun jinkludi meters b’diversi daqsijiet G, hu biżżejjed li t-test tat-torque isir biss fuq meters bl-iżgħar daqs G, sakemm l-istess torque jiġi speċifikat għall-meters li huma ikbar u sakemm id-drive shaft ta’ dawn ta’ l-aħħar għandu l-istess kostanti jew akbar.

KAPITOLU III

2. Il-marġni tal-kapaċitajiet

2.1 Il-meters tal-volum tal-gass għandu jkollhom biss il-marġni murija hawn isfel

Deskrizzjoni G | Qmax (m3/h) | Marġni |

Żgħar | Medja | Kbar |

| Qmin (m3/h) | |

16 | 25 | 5 | 2,5 | 1,3 |

25 | 40 | 8 | 4 | 2 |

40 | 65 | 13 | 6 | 3 |

65 | 100 | 20 | 10 | 5 |

100 | 160 | 32 | 16 | 8 |

160 | 250 | 50 | 25 | 13 |

250 | 400 | 80 | 40 | 20 |

400 | 650 | 130 | 65 | 32 |

650 | 1000 | 200 | 100 | 50 |

1000 | 1600 | 320 | 160 | 80 |

u multipli deċimali ta’ l-aħħar ħames linji.

4. Element tat-test

4.1 Skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima I.B.5.2.2 (a) u (b) l-unità ta’ l-iskala ta’ l-element tat-test ma għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:

Għal G 16 sa G 65 b’mod inklussiv | 0002 | m3 |

Għal G 100 sa G 650 b’mod inklussiv | 0.02 | m3 |

Għal G 16 sa G 6500 b’mod inklussiv | 0.2 | m3 |

Għal G 10000 u iżjed | 2.0 | m3 |

4.2 L-intervall bejn in-numri fuq l-iskala ta’ l-element tat-test ma għandux jaqbeż:

Għal G 16 sa G 65 b’mod inklussiv | 0.01 | m3 |

Għal G 100 sa G 650 b’mod inklussiv | 0.1 | m3 |

Għal G 16 sa G 6500 b’mod inklussiv | 1.0 | m3 |

Għal G 10000 u iżjed | 10.0 | m3 |

5. Żbalji massimi permessibbli

5.1 Disposizzjonijiet ġenerali

5.1.1. L-iżbalji massimi permessibbli, posittivi u negattivi, jinsabu fit-tabella li ġejja:

Q taċ-ċirkolazzjoni | Żball massimu permessibbli fil-verifika inizjali tal-KEE |

| | | | | |

| Qmin | ≤ | Q | < | 0.2 Qmax | 2 % |

0.2 | Qmax | ≤ | Q | ≤ | Qmax | 1 % |

5.1.2 L-iżbalji ma għandhomx kollha jaqbżu nofs l-iżball massimu permessibbli jekk ikunu kollha ta’ l-istess sinjal.

5.2 Disposizzjonijiet speċjali

5.2.1 Meta t-torques massimi ndikati fuq il-meter tal-volum tal-gass skond it-Taqsimiet I.B.3.2.1 u I.B.3.2.2 jiġu applikati għad-drive shafts, l-indikazzjoni tal-meter tal-volum tal-gass f’Qmin ma għandhiex tvarja b’aktar mill-valuri mogħtija fit-tabella li ġejja:

minQ | minVarjazzjonijiet fl-indikazzjoni f’Q |

0.05 | Qmax | 1 | % |

0.1 | Qmax | 0.5 | % |

0.2 | Qmax | 0.25 | % |

6.2.3 Meters bid-drive shafts

6.2.3.1. Fil-każ ta’ meters bi drive shaft wieħed jew iżjed, ta’ mill-anqas tlett meters ta’ kull daqs G għandhom jiġu eżaminati bl-arja b’densità ta’ 1.2 kg/m3 (ara t-Taqsima I.B.6.2) għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet I.B.3.2.4 u III.5.2.1.

Fil-każ ta’ meters b’diversi drive shafts, it-test għandu jitwettaq fuq ix-shaft li jagħti l-aktar riżultat sfavorevoli.

Fir-rigward ta’ meters bl-istess daqs G, il-valur tat-torque l-aktar baxx miksub fit-testijiet għandu jintuża bħala l-valur massimu permessibbli tat-torque.

Meta xi tip ikun jinkludi meters b’diversi daqsijiet G, huwa biżżejjed li it-test tat-torque isir biss fuq meters bl-iżgħar daqs G, sakemm l-istess torque jiġi speċifikat għall-meters li huma ikbar u sakemm id-drive shaft ta’ dawn ta’ l-aħħar għandhom l-istess kostanti jew waħda akbar.

6.2.3.2. Fil-każ ta’ meters b’diversi valuri għall-Qmin huwa biżżejjed li jitwettaq biss it-test deskritt fit-Taqsima III.6.2.3.1 għall-iżgħar valur Qmin: It-torques permessibbli għall-marġni l-oħrajn taċ-ċirkolazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati minn dan ir-riżultat tat-test.

Il-konverżjoni għal valuri oħrajn Qmin hija rregolata mir-regoli li ġejjin:

(a) meta ċ-ċirkolazzjoni hija kostanti, il-varjazzjoni fl-iżball hija proporzjonata għat-torque;

(b) meta t-torque tkun kostanti, il-varjazzjoni fl-iżball għall-meters tal-pistuni rotatorji hija proporzjonata b’mod invers għaċ-ċirkolazzjoni u għall-meters bit-turbini hija proporzjonata b’mod invers għall-kwadrat taċ-ċirkolazzjoni.

--------------------------------------------------