31978L0318



Official Journal L 081 , 28/03/1978 P. 0049 - 0071
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0104
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0089
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0104
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0151
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0151


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur

(78/318/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrigwardaw inter alia l-wipers u l-washers tagħhom;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet meħtieġa jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata bid-Direttiva 78/315/KEE [4], tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi huwa mixtieq li l-ħtiġiet tekniċi jiġu abbozzati sabiex ikollhom l-istess għan bħal ħidma li qed titwettaq dwar is-suġġett fil-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU;

Billi dawn il-ħtiġiet japplikaw għall-vetturi bil-mutur fil-kategorija M1 (il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-vetturi bil-mutur hija mogħtija f’L-Anness I għad-Direttiva 70/165/KEE);

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw vetturi bil-mutur tinvolvii r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki li jsiru minn kull wieħed minnhom a bażi tal- ħtiġiet komuni;

Billi s-sistemi tal-washer tal-windscreen qegħdin diġa’ jiġu mqiegħda fis-suq kemm separatament u kemm wara li jiġu installati f’xi vettura; billi jekk huwa possibbli li jiġu vverifikati qabel jiġu installati f’vettura, il-moviment ħieles tagħhom jista’ jiġi faċilitat bl-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tali sistemi, li huma meqjusa bħala unitajiet tekniċi separati fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 a tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija M1 (kif definit f’L-Anness I tad- Direttiva 70/156/KEE) maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tal-washer tal-windscreen u tal-wiper tal-windscreen, jew ta’ sistema tal-washer tal-windscreen jekk:

- tali vettura tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Annessi I sa V rigward is-sistemi tal-washer tal-windscreen u tal-wiper tal-windscreen,

- tali sistema ta’ washer tal-windscreen meqjusa bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE tissodisfa l-ħtiġiet stipulati fl-Anness I,

- tali vettura hija mgħammra b’sistema tal-washer tal-windscreen li tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE u li ġiet installata skond il-ħtiġiet stipulati f’6.2.5 ta’ l-Anness I.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw:

- is-sistemi tal-wiper tal-windscreen u tal-washer tal-windscreen tagħha, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I sa V,

- is-sistema tal-washer tal-windscreen tagħha jekk tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE u tkun ġiet installata skond il-ħtiġiet stipulati f’6.2.5 ta’L-Anness I.

2. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ xi sistema tal-washer tal-windscreen meqjusa bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE jekk tkun tikkonforma ma’ tip li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jkun informat bi kwalunkwe modifika ta’ xi parti jew xi karatteristika msemmija f’2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk hux neċessarju li jitwettqu testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u li jiġi ppreparat rapport ġdid. Jekk dawn it-testijiet juru li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma kienux sodisfatti, il-modifika ma għandhix tiġi awtorizzata.

Artikolu 5

Kwalunkwe emendi meħtieġa biex jiġu adattati il-ħtiġiet tal-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Madankollu, din il-proċedura m’għandhiex tapplika għall-emendi li jintroduċu ħtiġiet għas-sistemi ta’ wiper u ta’ washer minbarra dawk għall-windscreen.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifika tagħħa u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali illi jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Chabert

[1] ĠU C 118, tas-16.5.1977, p. 33.

[2] ĠU C 114, tal-11.5.1977, p. 8.

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[4] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ L-ANNESSI

Anness I: | Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, approvazzjoni tat-tip tal-KEE, speċifikazzjonijiet, proċedura tat-test |

Anness II: | Proċedura biex jiġi ddeterminat il-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u biex jiġu verifikati l-pożizzjonijiet relattivi tal-punti R u H u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-dahar tas-sedil fuq id-disinn u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil |

Anness III: | Metodu biex tiġi ddeterminata r-relazzjoni dimensjonali bejn il-marki tar-referenza ewlenin tal-vettura u l-gradilja tar-referenza tridimensjonali |

Anness IV: | Proċedura biex jiġu ddeterminati ż-żoni tal-vista fuq windscreens ta’ vetturi tal-kategorija M1 f’ relazzjoni mal-punti V |

Anness V: | L-ispeċifikazzjoni tat-taħlita tat-test għat-testijiet tas-sistema tal-wiper tal-windscreen u tas-sistema tal-washer tal-windscreen. |

Anness VI: | L-Anness għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fir-rigward tas-sistemi tal-wiper tal-windscreen u tal-washer tal-windscreen |

Anness VII: | Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ unità teknika separata |

--------------------------------------------------