31978L0144



Official Journal L 044 , 15/02/1978 P. 0020 - 0022
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0049
Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0092
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0049
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0096
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0096


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-30 ta’ Jannar 1978

li temenda għas-sitt darba d-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sostanzi li jagħtu kulur awtorizzati sabiex jintużaw fl-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem

(78/144/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sostanzi li jagħtu kulur awtorizzati sabiex jintużaw f’ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/399/KEE [4], tipprovdi lista komuni ta’ sostanzi li jagħtu kulur;

Billi minn lenti teknoloġika l-użu tad-diossidu tat-titanju (E 171), ta’ l-ossidi tal-ħadid u ta’ l-idrossidi tal-ħadid (E 172) mhux biss għall-wiċċ iżda wkoll għall-kulur tal-massa ġie muri fuq il-livell tal-Komunità;

Billi wara li tiġi kkunsidrata l-aktar informazzjoni xjentifika u tossikoloġika riċenti huwa possibli li jiġi awtorizzat l-użu tas-sostanzi msemmija hawn fuq fil-Komunità;

Billi l-Kapitolu IX(1) ta’ l-Anness VII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jippermetti lid-Danimarka, lill-Irlanda u lir-Renju Unit, sa u inkluż il-31 ta’ Diċembru 1977, iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jippermettu l-użu ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ ċerti karatteristiċi u sustanzi li jagħtu kulur wżati għad-dilwizzjoni u tidwib ta’ kuluri, li ma jidhrux fil-lista komuni;

Billi r-riboflavin-5’-phosfate għandu vantaġġi teknoloġiċi f’ċerti ċirkostanzi fuq ir-riboflavin (E 101), diġà inkluż fl-Anness I tad-Direttiva;

Billi r-riċerka xjentifika dwar uħud minn dawn is-sostanzi għadha ma ġietx mitmuma u għalhekk mhuwiex possibli li tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk l-użu tal-Brilliant blue FCF, Brown FK, Chocolate Brown HT, Red 2G, Riboflavin-5’-fosfate, u Yellow 2G, u s-sostanzi elenkati fl-Att ta’ Adeżjoni li jiddilwixxu jew li jiddisolvu sostanzi li jagħtu kulur, għandux jiġi awtorizzat fil-Komunità,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 huwa sostitwit b’li ġej

"L-Artikolu 2

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu f’affarijiet ta’ l-ikel tas-sostanzi elenkati fl-Anness II.

2. Fi żmien tliet snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-derogi fil-paragrafu 1 u għandha tipproponi kwalunkwe emendi neċessarji lill-Kunsill."

L-Artikolu 2

L-Anness I tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 huwa emendat kif ġej.

L-inċiżi li jirreferu għall-E 171 u għall-E 172 għandhom jiġu ttrasferiti mil-Parti II għal-Parti I u mdaħħla wara l-E 163.

L-Artikolu 3

L-Anness II tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 huwa sostitwit b’li ġej

"

L-ANNESS II

(a) Sostanzi li jagħtu kulur kemm għall-massa kif ukoll għall-wiċċ

Isem komuni (1) | Schultz (2) | CI (2) | DFG (2) | Formula jew deskrizzjoni kimika |

Brilliant blue FCF | 770 | 42090 | — | Melħ tad-disodju ta’ 4,4-(N-ethyl-p-d Sulphobenzyl-amino)-phenyl-(2-sulphoni-phenyl) -methylene)-(1-(N-ethyl-N-sulphobenzyl)Δ2,5-) cyclohexadieneimine) |

Brown FK | — | — | — | Taħlita li tikkonsisti essenzjalment f’melħ tad-disodju ta’ 1,3-diamino-4-(p-sulfophenylazo) benzene u melħ tas-sodju ta’ 2,4-diamino-5-(p-sulfo-phenylazo) toluene |

Chocolate brown HT | — | 20285 | — | Melħ tad-disodju ta’ 4,4-[(2,4-dihydroxy-5 (hydroxymethyl)-m-phenylene)bis (AZO) di-l-naphthalene aċidu sulfoniku |

Red 2G | 40 | 18050 | — | Melħ tad-disodju ta’ acetamino-5 hydroxy-4 (phenylazo)-3 naphthalene-2,7 aċidu disulfoniku |

Riboflavin-5’-phosphate | — | — | — | Ester tal-fosfat tar-riboflavin |

Yellow 2G | — | 18965 | — | Melħ tad-disodju ta' 1-(2,5-dichloro-4-sulphophenyl-5-hydroxy-3-methyl-4-p-sulphophenylazopyrazole |

(b) Sostanzi għad-dilwizzjoni jew għat-taħlil ta’ sostanzi li jagħtu kulur

aċetat ta’ l-etile

eteru tad-diethyl

monoaċetat tal-gliċerol

diaċetat tal-gliċerol

triaċetat tal-gliċerol

alkohol ta’ l-isopropyl

propylene tal-glycol

aċidu aċetiku

idrossidu tas-sodju

idrossidu ta’ l-ammonja

(1) (2) Ara n-noti għall-Anness I

"

L-Artikolu 4

L-Artikoli 1, 2 u 3 għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 1978.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mhux aktar tard minn sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni biha minnufih.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Jannar 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dalsager

[1] ĠU C 6, tad-9.1.1978, p. 132.

[2] L-Opinjoni mogħtija nhar l-14 u l-15 ta’ Diċembru 1977 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 115, tal-11.11.1962, p. 264.5/62.

[4] ĠU L 108, tas-26.4.1976, p. 19.

--------------------------------------------------