Official Journal L 316 , 10/11/1978 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0018
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0018
Spanish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0069
Portuguese special edition Chapter 10 Volume 1 P. 0069
Id-Deċiżjoni tal-kunsill tat-30 ta' Ottubru 1978 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bank għall-Soluzzjonijiet Internazzjonali dwar il-mobilizzazzjoni ta' talbiet miżmumin minn Stati Membri taħt l-arranġamenti dwar l-għajnuna finanzjarja f'terminu medju (78/897/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/143/KEE tat-22 ta' Marzu 1971 li tistabbilixxi l-makkinarju għall-għajnuna finanzjarja f'terminu medju [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 78/49/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 4 tagħha, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Monetarju tat-28 ta' Frar 1978, Billi d-Deċiżjoni 78/49/KEE tipprovdi, fil-każijiet fejn Stat Membru wieħed jew aktar li huma kredituri taħt is-sistema ta' l-għajnuna finanzjarja f'terminu medju jkollhom diffikultajiet jew ikunu mhedda serjament b'diffikultajiet rigward il-bilanċ tal-pagamenti tagħhom, għall-mobilizzazzjoni tat-talbiet miżmuma minn dak l-Istat jew Stati; billi kienet ipprovdiet illi l-mobilizzazzjoni tat-talbiet setgħet titwettaq inter alia bil-finanzjament mill-ġdid minn barra s-sistema, jew b'azzjoni mill-Istati Membri flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, jew permezz ta' ftehim ma' dawk l-organizzazzjonijiet; Billi l-Bank għal Soluzzjonijiet Internazzjonali hu l-organizzazzjoni kapaċi li tipprovdi dak il-finanzjament mill-ġdid, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bank għalSoluzzjonijiet Internazzjonali dwar il-mobilizzazzjoni ta' talbiet miżmuma minn Stati Membri taħt l-arranġamenti għall-għajnuna finanzjarja b'terminu medju hu b'dan approvat f'isem il-Komunità. 2. It-test tal-Ftehim hu anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma il-Ftehim biex torbot il-Komunità. Magħmul fil-Lussemburgu, t-30 ta' Ottubru 1978. Għall-Kunsill Il-President J. Ertl [1] ĠU L 73, tas-27.3.1971, p. 15. [2] ĠU L 14, tat-18.1.1978, p. 14. -------------------------------------------------- Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bank għal Ftehimijiet Internazzjonali li jikkonċerna l-mobilizzazzjoni ta' prestensjonijiet miżmuma mill-Istati Membri taħt l-arranġamenti ta' għajnuna finanzjarja fuq skond medju A. Ittra mill-Bank għal Settlements Internazzjonali Sinjur, Il-BFI seta' jikkonkludi ftehim ta' kreditu stand-by mal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-kreditur jekk ikunu talbu dan. Dawn il-ftehim jistgħu jiġu konklużi sa l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mħallsa fil-mekkaniżmu mill-pajjiż kreditur, b'limitu fuq kollox ta' 2725 miljun unita tal-kontijiet, li jikkorrespondu għal nofs tat-total tas-soqfa ta' impenn futur tal-pajjiżi membri. Id-dettalji prattiċi ta' kull ftehim stand-by ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim bejn il-BFI u l-bank ċentrali msemmi. Madankollu, ċerti kondizzjonijiet, li l-BFI ikunu ppreparati li japplikaw, jistgħu jiġu diġà ndikati: L-impenn inizjali tal-BFI għal kull kreditu stand-by ikun għal sentejn bl-għażla ta' tiġdid għal perjodi oħra, bit-total mhux aktar minn ħames snin. Mal-ftuħ tal-krediti, u kull meta jiġu mġedda, il-BFI jieħu Kummissjoni. Ikun mifhum ukoll li, sabiex ikun permess li jitwettqu l-arranġamenti meħtieġa għall-likwidita tiegħu stess, l-ewwel ħruġ ta' flus ma jseħħx sa xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim stand-by. Ħruġ ta' flus ikun fil-muniti disponibbli għall-BFI fil-waqt li l-ftehim ġew konklużi, l-aktar probabbli f'dollari ta' l-Istati Uniti; ikunu għal perjodi li jridu jiġu negozjati fid-dawl tar-risorsi tal-Banek, probabbilment tliet jew sitt xhur. Il-kondizzjonijiet ikunu ekwivalenti għal dawk applikati mill-BFI fil-ħin għal transazzjonijiet konklużi fuq termini simili, jiġifieri viċin ta' rati tas-suq. Normalment, dawn ir-rati għandhom ikunu biss ftit 'il fuq minn Libor. Madankollu, jekk il-BFI għandu jkollu huwa stess rikors għas-suq biex jiġbor il-fondi meħtieġa, ir-rata applikati tista' tilħaq massimu ekwivalenti għal Libor magħduda ma' marġini xierqa. Inkun obbligat jekk inti tgħarrafni jekk il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej jaqbilx ma dak li qed jingħad hawn fuq. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, iċ-ċertezza tal-konsiderazzjoni l-aktar għolja tiegħi. Għall-Bank ta' Settlements Internazzjonali B. Ittra mill-Komunità Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li tinqara kif ġej: "Il-BFI seta' jikkonkludi ftehim ta' kreditu stand-by mal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-kreditur jekk ikunu talbu dan. Dawn il-ftehim jistgħu jiġu konklużi sa l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mħallsa fil-mekkaniżmu mill-pajjiż kreditur, b'limitu fuq kollox ta' 2725 miljun unita tal-kontijiet, li jikkorrespondu għal nofs tat-total tas-soqfa ta' impenn futur tal-pajjiżi membri. Id-dettalji prattiċi ta' kull ftehim stand-by ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim bejn il-BFI u l-bank ċentrali msemmi. Madankollu, ċerti kondizzjonijiet, li l-BFI ikunu ppreparati li japplikaw, jistgħu jiġu diġà ndikati: L-impenn inizjali tal-BFI għal kull kreditu stand-by ikun għal sentejn bl-għażla ta' tiġdid għal perjodi oħra, bit-total mhux aktar minn ħames snin. Mal-ftuħ tal-krediti, u kull meta jiġu mġedda, il-BFI jieħu Kummissjoni. Ikun mifhum ukoll li, sabiex ikun permess li jitwettqu l-arranġamenti meħtieġa għall-likwidita tiegħu stess, l-ewwel ħruġ ta' flus ma jseħħx sa xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim stand-by. Ħruġ ta' flus ikun fil-muniti disponibbli għall-BFI fil-waqt li l-ftehim ġew konklużi, l-aktar probabbli f'dollari ta' l-Istati Uniti; ikunu għal perjodi li jridu jiġu negozjati fid-dawl tar-risorsi tal-Banek, probabbilment tliet jew sitt xhur. Il-kondizzjonijiet ikunu ekwivalenti għal dawk applikati mill-BFI fil-ħin għal transazzjonijiet konklużi fuq termini simili, jiġifieri viċin ta' rati tas-suq. Normalment, dawn ir-rati għandhom ikunu biss ftit 'il fuq minn Libor. Madankollu, jekk il-BFI għandu jkollu huwa stess rikors għas-suq biex jiġbor il-fondi meħtieġa, ir-rata applikati tista' tilħaq massimu ekwivalenti għal Libor magħduda ma' marġini xierqa. Inkun obbligat jekk inti tgħarrafni jekk il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej jaqbilx ma dak li qed jingħad hawn fuq." Għandi l-unur ngħarrfek li l-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej huwa fi ftehim mal-kontenuti ta' l-ittra tiegħek. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, iċ-ċertezza tal-konsiderazzjoni l-aktar għolja tiegħi. F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej --------------------------------------------------