Official Journal L 303 , 28/11/1977 P. 0001 - 0022
Greek special edition: Chapter 02 Volume 4 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0122
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0122
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2560/77 tas-7 ta' Novembru 1977 li jemenda n-nomeniklatura ta' ċerti prodotti agrikoli, diversi Regolamenti li jikonċernaw dawn il-prodotti u t-Tariffa Komuni Doganali IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tad-29 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1707/73 [3], u partikolarment l-Artikoli 14(2) u 15(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 559/76 [5], u partikolarment l-Artikolu 14(6) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/74 tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fiz-zokkor [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1110/77 [7], u partikolarment l-Artikolu 9(5) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 ta' 29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1386/77 [9], u partikolarment l-Artikoli 14(3), 16(5), 17, 19(2) u 23(2) tiegħu, Billi d-disa Stati Membri huma sħab fil-Konvenzjoni ta' Brussel tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-nomeniklatura għall-klassifikazzjoni ta' oġġetti għat-tariffi doganali; billi it-Tariffa Komuni Doganali hija bbażata fuq dik in-nomenklatura; Billi l-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali rrakomanda emendi għall-Konvenzjoni, u għalhekk għan-nomeniklatura li tifforma parti minnha, lill-Partijiet Kontrattwali tagħha; billi dawn ir-rakkommandazzjoniet, ma sabu l-ebda oġġezzjoni fl-intier jew f'parti minnhom, u huma għalhekk meqjusa li ġew addottati fl-1 ta' Lulju 1977 u għandhom jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 1978; Billi l-intestatura Nru 05.06 ġiet imħassra fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali; billi l-prodotti li jaqgħu taħt din l-intestatura huma issa kklasifikati taħt is-subintestatura 05.15 B; billi din is-subintestatura hija parti mill-organizzazjoni komuni tas-suq f'ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat; billi l-iskop ta' l-organizzazjoni komuni tas-suq m'għandhiex tiġi estiża minnħabba r-rakkommandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali; Billi l-intestatura Nru 17.05 ġiet imħasra bir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali; billi l-prodotti li jaqgħu taħt dawn l-intestaturi huma issa kklasifikati taħt l-intestatura Nru 17.01 jew 17.02, jew taħt is-subintestatura 21.07 F; Billi emendi oħra għan-nomeniklatura tat-tariffi għal prodotti agrikoli huma meħtieġa sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tagħha; billi huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti relevanti; billi n-nomeniklatura tat-tariffi għal prodotti agrikoli hija inkorporata fit-Tariffa Komuni Doganali; Billi t-Tariffa Komuni Doganali tista’ tkun issimplifikata; Billi ċerti Regolamenti għandhom jiġu emendati jew adottati; Billi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 ta' 18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1034/77 [11], u partikolarment l-Artikolu 22(4) tiegħu, taxxa kompensatriċi għandha tkun imposta b'żieda mad-dazju doganali fuq il-ħjar; billi huwa meħtieġ li tkun emendata it-Tariffa Komuni Doganali; Billi huwa xieraq, f'ġieħ it-trasparenza, sabiex l-Annessi tar-Regolamenti emendati jiġu aġġornati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: IT-TAQSIIMA I Ċereali L-Artikolu 1 Fir-Regolament (KEE) Nru 2727/75, l-Anness A għandu jkun mibdul bl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-Anness B huwa emendat kif muri fl-Annex II tiegħu. L-Artikolu 2 L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2742/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar ir-rifużjoni fuq il-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u r-ross [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2139/77 [13], huwa b'dan emendat kif ġej: - "17.05 B" għandu jkun imħassar u mibdul b’"21.07 F II". L-Artikolu 3 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2743/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema li għandha tkun applikata fuq l-għalf tal-bhejjem ta' komposizzjoni b'bażi ta' ċereali [14] l-Anness I huwa emendat bit-tibdil tat-test tas-subintestatura 23.07 B b'dan li ġej Intestarura CCT Nru | Deskrizzjoni | 23.07 | Tgħam mogħti l-ħlewwa; preparazzjonijiet oħrajn tat-tip użat fl-għalf għall-annimali: | | B.Oħrajn, li fihom il-lamtu, l-glukosi jew ix-xiropp tal-glukosi li jidħlu fi hdan is-subintestaturi 17.02 B u 21.07 F II, jew prodotti tal-ħalib (li jidħlu fi ħdan l-intestaturi Nri 04.01, 04.02, 04.03 jew 04.04, jew fi ħdan is-subintestatura 07.02 A jew 21.07 F I): | | I.(L-ebda tibdil) | L-Artikolu 4 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2744/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u mir-ross [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 832/76 [16], huwa b'dan emendat kif ġej: 1. Fl-Artikoli 5(1) u 8: - "11.06 B" għandu jkun imħassar u mibdul bi "11.04 C II", - "17.05 B" għandu jkun imħassar u mibdul bi "21.07 F II". 2. Fl-Artikolu 9(1): - "11.06 A" għandu jkun imħassar u mibdul bi "11.04 C I", - "17.05 B" għandu jkun imħasar u mibdul bi "21.07 F II". 3. Fl-l-Artikolu 9(3): - "11.06 B" għandu jkun imħasar u mibdul bi "11.04 C II". 4. Fl-Anness I: (a) It-test tal-kolonni 1 u 2 fl-intestatura Nri 11.02, 11.06 u 17.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: Intestarura CCT Nru | Deskrizzjoni | Prodott Bażiku | Koeffiċjent | Komponent fissi (u.a./tunnellati) | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 11.02 | Tħin oħxon taċ-ċereali u smida taċ-ċereali; qmuħ oħrajn maħduma taċ-ċereali (per eżempju, rrummblati, inċanti, illustrati, ipperalti jew mitħuna fini imma mhux aktar ippreparati), apparti milli ross li jidħol fl-intestatura Nru 10.06; il-qalba taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, inċanata jew misħuqha | L-ebda tibdil | A. | (l-ebda tibdil) | B. | C. | D. | E. | F. | G. | | | | | 11.04 | Dqiq minn ħxejjex legumini mqadda li jidħlu fl-intestatura Nru 07.05 jew il-frott li jidħol fi kwalunkwe intestatura fil-Kapitolu 8; dqiq u smida tas-sagu u l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06: | L-ebda tibdil | Ċ. Dqiq u smida tas-sagu u ta' l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06: | | | | I. Denaturizzati [18] | | | | II. Oħrajn: | | | | (a) Għall-manifattura tal-lamtijiet [18] | | | | (b) Oħrajn | | | | 17.02 | Zokkrijiet oħrajn f'għamla solida; xiroppi taz-zokkor, li ma jkunx fihom żidiet ta' materji ta' tgħomiet jew ta' kulur; għasel artifiċjali, seww jekk imħallat u anki jekk le ma għasel naturali; karamella: | L-ebda tibdil | B. Glukosju u xiropp tal-glukosju: | | | | II. Oħrajn: | | | | (a) Glukosju fil-għamla ta' trab kristallin abjad, seww jekk agglomerat u anki jekk le | | | | (b) Oħrajn | | | | (b) L-intestatura Nru 17.05 għandha tkun imħassra u mibdula b'subintestaura ġdida 21.07 F, li t-test tagħha hu kif ġej: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | Prodott basiku | Koeffiċjent | Komponent fiss (u.a./tunnellata) | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 21.07 F | Xiroppi taz-zokkor imħawra jew bil-kulur: | | | | | II.Xiropp tal-glukosju | Qamħ-ir-rum | 1,61 | 55,00 | L-Artikolu 5 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2747/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali li għandhom ikunu applikati fil-kaz li s-suq taċ-ċerali jkun iddisturbat (1), l-Artikolu 3(2) huwa b'dan emendat kif ġej [19]: - "17.05 B" għandu jkun imħassar u mibdul bi "21.07 F II". L-Artikolu 6 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2758/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali rigward il-komponenti ddisinjati sabiex jassiguraw, fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross, il-protezzjoni ta' l-industrija ta' l-ipproċċessar u jiffissa dawk il-komponenti fir-rigward ta' l-Istati Membri l-ġodda [20], l-Anness I huwa b'hekk emendat kif ġej: 1. Intestaturi Nri 11.02, 11.06 u 17.02 għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej: Intestarura CCT Nru | Deskrizzjoni | Komponent fissi (u.a./tunnellati) | 11.02 | Tħin oħxon taċ-ċereali u smida taċ-ċereali; qmuħ oħra maħduma taċ-ċereali (per eżempju, rrummblati, inċanti, illustrati, ipperalti jew mitħuna fini imma mhux aktar ippreparati), apparti milli ross li jidħol fl-intestatura Nru 10.06; il-qalba taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, inċanata jew misħuqha | | A. | (l-ebda tibdil) | B. | C. | D. | E. | F. | G. | | L-ebda tibdil | 11.04 | Dqiq minn ħxejjex legumini mqadda li jidħlu fl-intestatura Nru 07.05 jew il-frott li jidħol fi kwalunkwe intestatura fil-Kapitolu 8; dqiq u smida tas-sagu u l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06: | L-ebda tibdil | E. Dqiq u smida tas-sagu u ta' l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06: | | I. Denaturizzati [21] | | II. Oħrajn: | | (a) Għall-manifattura tal-lamtijiet [21] | | (b) Oħrajn | | 17.02 | Zokkrijiet oħrajn f'għamla solida; xiroppi taz-zokkor, li ma jkunx fihom żidiet ta' tgħomiet jew materji ta' kulur; għasel artifiċjali, seww jekk imħallat u anki jek le ma għasel naturali; karamella: | L-ebda tibdil | B. Glukosju u xiropp tal-glukosju: | | III. Oħrajn: | | (a) Glukosju fil-għamla ta' trab kristallin abjad, seww jekk agglomerat u anki jekk le | | (b) Oħrajn | | 2. L-Intestatura Nru 1705 għandha tkun imħassra u mibdulha b'subintestatura ġdida 21.07 F, li t-test tagħha hu kif ġej: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | Komponent iffissat (u.a./tunnellati) | 21.07 F | Xiroppi taz-zokkor imħawwar jew bil-kulur: | | | II.Xiropp tal-glukosju | 55.00 | 3. It-test ta' l-ewwel żewġ kolonni tas-subintestatura 23.07 B għandhom jinbidlu b'dan li ġej: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | Il-Komunità kif oriġinalmet ikkostitwitta | Id-Danimarka | L-irlanda | Ir-Renju Unit | Komponent fiss (u.a./tunnellati) | Komponent fiss (u.a./tunnellati) | Komponent fiss (u.a./tunnellati) | Komponent fiss (u.a./tunnellati) | 23.07 | Tgħam mogħti l-ħlewwa; preparazzjonijiet oħrajn tat-tip użat fl-għalf għall-annimali: | L-ebda tibdil | | B.Oħrajn, li fihom il-lamtu, l-glukosi jew ix-xiropp tal-glukosi li jidħlu fi hdan is-subintestaturi 17.02 B u 21.07 F II, jew prodotti tal-ħalib (li jidħlu fi ħdan l-intestatura Nri 04.01, 04.02, 04.03 jew 04.04, jew fi ħdan is-subintestatura 07.02 A jew 21.07 F I): | | | | | | I.(L-ebda tibdil) | | | | | IT-TAQSIIMA II Inbid L-Artikolu 7 L-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 816/70 tat-28 ta' April 1970 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet addizjonali għall-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid [22], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2211/77 [23], huwa b'dan emendat bi qbil ma' l-Anness III għal dan ir-Regolament. IT-TAQSIIMA III Ħalib u prodotti tal-ħalib L-Artikolu 8 Fir-Regolament (KEE) Nru 804/68, l-Artikolu 1 huwa b'dan emendat kif ġej: 1. It-test tad-dettal (e) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 17.02 | Zokkor ieħor f'forma solida; ġuleppi taz-zokkor, li m'għandhomx miżjud togħma jew materja ta' kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat jew le ma għasel naturali; karamelli: | | A.(Ebda tibdil)". | 2. It-test tad-dettall (f) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 21.07 F | Ġuleppi taz-zokkor mħawwra jew ikkuluriti: | | I.Ġulepp tal-laktosi". | 3. Fir-Regolament (KEE) Nru 804/68, l-Anness għandu jkun emendat kif ġej: (a) It-test ta' l-intestatura Nru 17.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "17.02 | Zokkor ieħor f'forma solida; ġuleppi taz-zokkor, li m'għandhomx miżjud togħma jew materja ta' kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat jew le ma għasel naturali; karamelli: | | A.(Ebda tibdil)". | (b) It-test ta' l-intestatura Nru 19.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "19.02 | Estratt tax-xgħir; preparazzjoni għad-dqiq, smida, lamtu, jew estratt tax-xgħir tat-tip użat bħala ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet dijetetiċi jew kulinari, li jkun fihom anqas minn 50 % tal-piz ta' kawkaw: | | B.Oħrajn (i.e. li mhux estratt tax-xgħir)". | L-Artikolu 9 1. Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 823/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 li jistabbilixxi gruppi ta' prodotti u dispożizzjonijiet speċjali għal kalkulazzjoni tal-levies fuq ħalib u l-prodotti tal-ħalib [24], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1638/77 [25], l-Anness I huwa b'dan emendat kif ġej: Grupp 12: "17.05 A" għandu jkun mibdul bi "21.07 F I" 2. Fir-Regolament (KEE) Nru 823/68, l-Anness II huwa b'dan emendat kif ġej: (a) It-test ta' l-intestatura Nru 17.02 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: Intestarura CCT Nru | Deskrizzjoni | 17.02 | Zokkrijiet oħrajn f'għamla solida; xiroppi taz-zokkor, li ma jkunx fihom żieda ta' materjali ta' togħma jew ta' kulur; għasel artifiċjali, sewwa jekk u anki jekk le, miżjud b'għasel naturali; karamella | | A.Laktosi u xiropp tal-laktosi | | II.Oħrajn (apparti minn dawk li jkun fihom, fi stat xott, 9 % jew aktar bil-piz tal-prodott pur) | (b) It-test ta' l-intestatura Nru 17.05 għandu jkun mibdul bit-test li ġej għas-subintestatura 21.07 F Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 21.07 | F.Xiroppi taz-zokkor imħawwra jew bil-kulur: | | I.Xiropp tal-laktosi | (ċ) Fis-subintestatura 23.07 B, "17.05 B" għandu jkun mibdul bi "21.07 F II". (d) Fin-nota tal-qiegħ (8), "17.05 A" għandu jkun mibdul bi "21.07 F I". IT-TAQSIIMA IV Ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat L-Artikolu 10 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazjoni tas-suq ta' ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat (3), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 425/77 (4), l-Anness huwa b'dan emendat kif ġej [26] [27]: 1. It-test tas-subintestatura 05.15 B għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "05.15 | ex B.Oħrajn, apparti milli l-għeruq u l-muskoli u l-korda tal-muskoli, u qxur tal-ġilda u skart simili tal-ġlud mhux ikkonzati". | 2. (a) It-test ta' l-intestatura Nri 11.03 u 11.04 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "11.04 | Dqiq tal-ħxejjex legumini mnixxfa li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 07.05 jew tal-frott li jaqgħu taħt kwalunkwe intestatura fil-Kapitolu 8; dqiq u smida tas-sagu u ta' l-egħruq u t-tuberi li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 07.06: | | A.Dqiq tal-ħxejjex legumini mnixxfa li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 07.05 | | B.Dqiq tal-frott li jaqa’ taħt kull intestatura tal-Kapitolu 8". | 3. It-test ta' l-intestatura Nru 12.08 għandu jiġi mibdul bit-test segwenti: "12.08 | Egħruq taċ-ċikwejra, friski jew imnixxfa, sħaħ jew maqtugħa, mhux mixwija; ħarrub, friski jew imnixxef, kemm jekk mitħun oħxon jew le jew misħuq, imma mhux aktar ippreparat; il-qalba tal-frott u l-prodotti oħra tal-ħaxix tat-tip użat primarjament għal ikel uman, li ma jaqax taħt xi intestaura oħra: | | B.Ħarrub | | Ċ.Żrieragħ tal-ħarrub | | D.L-għadam tal-berquq, ħawħ u għanbaqar u l-qalba tagħhom | | E.Oħrajn". | IT-TAQSIIMA V Zokkor u isoglukosi L-Artikolu 11 Ir-Regolament (KEE) Nru 3330/74 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1(1): (a) Fil-verżjoni Inġliża tad-dettall (a), l-intestatura Nru 17.01, — il-kliem "zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, solidu" għandu jkun mibdul bil-kliem "zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, f'forma solida". (b) It-test tad-dettal (ċ) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "(c) 17.03 Molassi (Għasel iswed)". (ċ) It-test tad-dettal (d) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 17.02 C, D II E u F | Zokkrijiet oħrajn f'għamla solida (imma li ma jinkludux il-laktosi, il-glukosju jew l-isoglukosju); xiroppi taz-zokkor, li ma jkunx fihom żieda ta' materjali ta' togħmiet jew ta' kuluri (u li ma jinkludux il-laktosi, l-glukosju jew l-isoglukosju); għasel artifiċjali, seww jekk imħallat u anki jekk le b'għasel naturali; karamella | 21.07 F IV | Xiroppi mħawwra jew bil-kulur (apparti milli xiroppi laktosi, glukosju jew isoglukosju)". | 2. It-test ta' l-Artikolu 1(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "2. Għal l-iskopijiet ta' dan ir-Regolament: - "zokkor abjad" ifisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit, li jkunu jinsabu fiħ, fl-istat xott, 99,5 % jew aktar tal-piż ta' sukrosi, iddeterminat bil-metodu polarimetriku, - "zokkor mhux raffinat" ifisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit, li jkunu jinsabu fih, fl-istat xott, anqas minn 99,5 % tal-piż ta' sukrosi, stabbilit bil-metodu polarimetriku." 3. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74 huwa b'dan emendat kif ġej: Fl-intestatura No 19.02: il-kelma "preparazzjoniet" għandha tkun mibdula b'dawn il-kliem: "Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet" . Dan li ġej għandu jkun miżjud: "B. Oħrajn". L-Artikolu 12 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 765/68 tat-18 ta' Ġunju 1968 li jistabbilixxi regoli ġenerali għar-rifużjoni tal-produzzjoni fuq iz-zokkor użat fl-industrija kemikali [28], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3138/76 [29], huwa b'dan emendat kif ġej: 1. L-Anness I (a) "ex 17.02 D" għandu jkun imħasar u mibdul bi "ex 17.02 D II"; (b) "ex 29.35 T" għandu jkun imħassar u mibdul bi "ex 29.35 Q"; (ċ) "38.19 R" għandu jkun imħasar u mibdul bi "ex 38.19 U"; 2. L-Anness III (a) "29.35 L" għandu jkun imħasar u mibdul bi "29.35 IJ"; (b) "ex 29.35 T" għandu jkun imħassar u mibdul bi "ex 29.35 Q"; (ċ) "ex 32.02" għandu jkun imħassar u mibdul bi "ex 32.01 B"; (d) "ex 38.11 C" għandu jkun imħasar u mibdul bi "ex 38.11 D"; (e) "ex 38.19 T" għandu jkun imħasar u mibdul bi "ex 38.19 U"; (f) "ex 39.01 C VIII" għandu jkun imħasar u mibdul bi "ex 39.01 C VII". L-Artikolu 13 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1111/77, tas-17 ta' Mejju 1977, li jistabbilixxi disposizzjoniet komuni għall-isoglukosi (3), l-Artikolu 1 huwa b'dan emendat kif ġej [30]: It-test tas-subintestatura 17.05 C I għandu jkun mibdul bis-subintestatura li ġejja: "21.07 F III Xiropp ta' l-isoglukosi imħawwar jew ikkulurit" . IT-TAQSIIMA VI Ħut L-Artikolu 14 L-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru No 100/76 tad-19 ta' Jannar 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tal-ħut [31], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2429/76 (1), huwa b'dan emendat kif ġej [32]: 1. It-test tas-subintestatura 03.03 A I għandu jkun mibdul bit-test li ġej fil-verżjoni Ingliża: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 03.03 | A.Krustaċej: | | I.Crawfish tal-genera Palinurus, Panulirus u Jasus | 2. It-test tas-subintestatura 05.15 A I għandu jkun mibdul: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 05.15 | A.Ħut, Krustaċej u molluskoli | IT-TAQSIIMA VII Żjut u xaħmijiet L-Artikolu 15 Ir-Regolament Nru 136/66/KEE huwa b'dan emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1(2)(b): "15.17 B" għandu jkun imħassar u mibdul bi "15.17 B II". 2. L-Artikolu 1(2)(d): fil-verżjoni Ġermaniża tas-subintestatura 07.02 A, il-kelma "gekocht" għandha tkun mibdula bil-kelma "gegart". 3. L-artikolu 1(2)(d): fil-verżjoni Olandiża tas-subintestatura 07.02 A, il-kliem "of gebakken" għandu jkun miżjud. 4. L-Artikolu 1(2)(e): "15.17 A" għandu jkun imħassar u mibdul bi "15.17 B I". L-Artikolu 16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/72 tad-29 ta' Frar 1972 dwar il-levies applikabli fuq iż-żejt taż-żebbuġa raffinat [33] huwa b'dan emendat kif ġej: 1. Fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(2) u l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(2), "15.17 A I" għandu jkun imħassar u mibdul bi "15.17 B I a)". 2. Fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 6(2) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 7(2), "15.17 A II" għandu jkun imħassar u mibdul bi "15.17 B I b)". 3. Fl-Artikolu 8, "15.17 A" għandu jkun imħassar u mibdul bi "15.17 B I". IT-TAQSIIMA VIII Dispożizzjonijiet ġenerali L-Artikolu 17 Ir-Regolament (KEE) Nru 950/68 dwar it-Tariffi Komuni Doganali huwa b'dan emendat kif muri fl-Anness IVtiegħu. L-Artikolu 18 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 1977. Għall-Kunsill Il-President A. Humblet [1] ĠU C 266, tas-7.11.1977, p. 46. [2] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [3] ĠU L 175, tad-29.6.1973, p. 5. [4] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [5] ĠU L 67, tal-15.3.1976, p. 9. [6] ĠU L 359, tal-31.12.1974, p. 1. [7] ĠU L 134, tat-28.5.1977, p. 1. [8] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [9] ĠU L 158, tad-29.6.1977, p. 1. [10] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. [11] ĠU L 125, tad-19.5.1977, p. 1. [12] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 57. [13] ĠU L 249, tat-30.9.1977, p. 1. [14] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 60. [15] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 65. [16] ĠU L 100, ta’ l-14.4.1976, p. 1. [19] ĠU L 281, ta’ l-1.1.1975, p. 82. [20] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 109. [22] ĠU L 99, tal-5.5.1970, p. 1. 2 [23] ĠU L.256, tas- 7.10.1977, p. 1. [24] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 13. [25] ĠU L 183, tat-22.7.1977, p. 3. [26] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16. [27] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 1. [28] ĠU L 143, tal-25.6.1968, p. 1. [29] ĠU L 354, ta’ l-24.12.1976, p. 1. [30] ĠU L 134, tat-28.5.1977, p. 4. [31] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 1. [32] ĠU L 276, tas-7.10.1976, p. 5. [33] ĠU L 54, tat-3.3.1972, p. 3. -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ANNESS A Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 07.06 A | Kassava, ararut, salep u għeruq oħrajn simili u tuberi b'kontenut għoli ta' lamtu, eskluża l-patata ħelwa | ex 11.01 | Dqiq taċ-ċireali: | Ċ.Dqiq tax-xgħir | D.Dqiq tal-ħafur | E.Dqiq tal-qamħ-ir-rum | G.Oħrajn | Ex 11.02 | Dħin oħxon taċ-ċireali u smida taċ-ċireali, qmuħ maħduma oħrajn taċ-ċireali (per eżempju, rrummblati, inċanati, illustrati, ipperalti jew mitħuna fini imma mhux aktar ippreparati), apparti milli għar-ross li jidħol fl-intestatura Nru 10.06; qlub taċ-ċereali, sħaħ, irrummblati, inċanati jew misħuqa: | Ex A.Dħin oħxon taċ-ċireali u smida taċ-ċireali, apparti milli dħin oħxon u smida tal-qamħ u tar-ross | B.Qmuħ bil-fosdqa (imqaxxra jew midrusa), seww jekk maqsuma jew mitħuna rqiq | Ċ.Qmuħ ipperlati | D.Qmuħ li ma humiex b'mod ieħor maħduma jew mitħuna rqiq | Ex E.Qmuħ irrummblati; qmuħ inċanati, apparti milli ross imqaxxar | Ex F.Gerbubi, apparti milli gerbubi tar-ross | G.Qlub taċ-ċireali, sħaħ, irrummblati, imqaxxra jew misħuqa. | 11.04 C | Dqiq u smida tas-sagu u ta' l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06 | 11.07 | Xgħir tal-maltu, inkaljat u anki jekk le | ex 11.08 A | Lamtijiet: | I.Lamtu tal-qamħ-ir-rum | II.Lamtu tal-qamħ | IV.Lamtu tal-patata | V.Oħrajn | 11.09 | Glutina tal-qamħ, seww jekk imqadda u anki jekk le | 17.02 B | Glukosju u xiropp tal-glukosju: | II.Oħrajn | 21.07 F II | Xiropp tal-glukosju, imħawwar jew bil-kulur | 23.02 A | Qxur, frak u residwi oħrajn akwistati mill-għarbiel, mit-tħin jew mix-xogħol fuq iċ-ċereali | 23.03 A I | Residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum (esklużi l-konċentrati li jnixxu l-likuri), ta' kontenut ta' proteini, ikkalkolat fuq il-prodott xott, li jeċċedi 40 % bil-piż | 23.07 | Tgħam għal bhejjem bil-ħlewwa; preparazzjonijiet oħrajn tat-tip użat fl-għalf ta' l-annimali: | Ex B.Oħrajn, li jkun fihom il-lamtu, il-glukosju jew ix-xiropp tal-glukosju li jidħlu taħt is-subintestaturi Nri 17.02 B u 21.07 F II jew prodotti tal-ħalib (li jidħlu taħt l-intestaturi Nri 04.01, 04.02, 04.03 jew 04.04, jew taħt is-subintestatura17.02 A jew 21.07 F I), apparti milli preparazzjonijiet u għalf għal-bhejjem li jkun fihom 50 % jew aktar bil-piż ta' prodotti mill-ħalib li jidħlu taħt waħda jew aktar mill-intestaturi jew is-subintestaturi msemija hawn fuq | -------------------------------------------------- L-ANNESS II (L-ANNESS B) Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 17.02 | Zokkrijiet oħrajn f'forma solida; xiroppi taz-zokkor, li ma fihomx materja mizjuda tat-tgħoma jew tal-kulur; għasel artifiċjali, seww jekk imħallat u anki jekk le ma għasel naturali; karamella: | B.Glukosju u xiropp tal-glukosju: | I.Li fih, fi stat xott, 99 % jew aktar bil-piż tal-prodott pur | 17.04 | Zokkor tad-dolċiera, li ma fihx il-kawkaw: | B.Chewing gum | C.Ċikkulata bajda | D.Oħrajn | 18.06 C | Ċikkulata u oġġetti taċ-ċikkulata, seww jekk mimlija u anki jekk le; zokkor tal-ħelu u s-sostituti tiegħu magħmula minn prodotti tas-sostituti taz-zokkor, li fihom il-kawkaw | 19.02 | Estratt tal-ħalib; preparazzjonijiet mit-dqiq, smida, lamtu jew estratt tal-maltu, tat-tip użata bħala ikel għat-trabi jew għall-iskopijiet dietetiċi jew kulinari. Li fih anqas minn 50 % bil-piż ta' kawkaw | 19.03 | Imqarrun, spagetti u prodotti simili | 19.04 | Tapjoka u sagu; sostituti tat-tapjoka u s-sagu akwistati mil-patata jew minn maltijiet oħrajn | 19.05 | Ikel ippreparat akwistat bit-tinfiħ jew bl-inkaljar ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (ross minfuh, corn flakes u prodotti simili) | 19.07 | Hobż, biskutelli tal-vapuri u prodotti ordinarji oħrajn tal-furnara, li ma fihomx żieda ta' zokkor, għasel, bajd, xaħmijiet, ġobon jew frott; ostji tat-tqarbin, cachets tat-tip adattati għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili | 19.08 | Pasti, biskuttini, kejkijiet u prodotti fini oħrajn tal-furnara, sewwa jekk ikun fihom u anki jekk le il-kawkaw fi kwalunkwe proporzjon | ex 21.02 | Ċikwejra inkaljata jew prodotti inkaljati oħrajn bħala sostituti tal-kafè; estratti, essenzi u konċentrai tagħhom: | Ċ.Ċikwejra nkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè: | II.Oħrajn (apparti milli ċikwejra nkaljata) | D.Estratti, essenzi u konċentrati taċ-ċikwejra nkaljata u sostinuti inkaljati oħrajn tal-kafè: | II.Oħrajn (apparti milli estratti, essenzi u konċentrati taċ-ċikwejra inkaljata) | ex 21.05 | Soppop u brodu, f'forma likwida, solida jew fi trab | 21.07 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Fl-Anness IV tar-Regolament (KEE) Nru 816/70, is-subintestaturi 20.07 A I u B I huma emendati kif ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 20.07 | Ġuleppi tal-frott (inklużi l-masti ta' l-għeneb) u l-ġuleppi veġitali, sewwa jekk ikun fihom, u anki jekk le, zokkor miżjud, imma mhux iffermentati u ma fihomx spiriti: | | | | A.Ta' gravità speċifika li teċċedi 1,33 fi 15 °C: | | | | I.Ġulepp ta' l-għeneb (inklużi l-masti ta' l-għeneb): | | | | (a)Ta' valur li jeċċedi 22 u.a. kull 100 kg ta' piż nett … | 50 | – | | (b)Ta’ valur li ma jeċċedix 22 u.a. kull 100 kg ta' piż nett | | | | 1.B'kontenut ta' żieda ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 50 + (L) | – | | 2.Oħrajn… | 50 | – | | B.Ta' gravità speċifika ta' 1,33 jew anqas fi 15 °C: | | | | I.Ġulepp ta' l-għeneb, tat-tuffieħ u tal-lanġas (inklużi l-mast ta' l-għeneb); taħlitiet ta' ġulepp tat-tuffieħ u l-lanġas: | | | | (a)Ta’ valur li jeċċedi 18 u.a. kull 100 kg piż nett: | | | | 1.Ġulepp ta' l-għeneb (inklużi l-mast ta' l-għeneb): | | | | aa)Ikkonċentrati: | | | | 11.B'zieda ta' kontenut ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 28 | 28 + ads | | 22.Oħrajn … | 28 | 28 + ads | | bb)Oħrajn: | | | | 11.B'zieda ta' kontenut ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 28 | 28 + ads | | 22.Oħrajn … | 28 | 28 + ads | | 2 u 3. (L-ebda tibdil) | | | | (b)Ta' valur ta' 18 u.a. jew anqas kul 100 kg bil-piż nett: | | | | 1.Ġulepp ta' l-għeneb (inklużi l-mast ta' l-għeneb) | | | | aa)Ikkonċentrati: | | | | 11.B'zieda ta' kontenut ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 28 +(L) | 28 + ads | | 22.Oħrajn … | 28 | 28 + ads | | bb)Oħrajn: | | | | 11.B'zieda ta' kontenut ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 28 +(L) | 28 + ads | | 22.Oħrajn … | 28 | 28 + ads | | 2, 3 u 4. (L-ebda tibdil) | | | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Fil-Parti I, it-Taqsiima I, fil-Part II, il-Kapitoli 3, 4, 7, 10, 11, 17, 19, 21 u 23, u fl-Anness għat-Tariffa Komuni Doganali, din ta' l-aħħar minnha nnifisha fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 950/68, in-noti u l-intestaturi msemmija hawn taħt huma b'hekk emendati, b'effett mill-1 ta' Jannar 1978, sabiex jaqraw kif ġej: A. Il-Parti I, "Dispożizzjonijiet preliminari"; it-Taqsiima I, "Regoli ġenerali": B. Regoli ġenerali rigward id-dazji: (a) Il-Paragrafi 5 u 6 fil-verżjoni Daniża għandhom jinqraw kif ġej: "5. Et "(I)" i toldsatskolonne 3 for visse positioner og underpositioner angiver, at de pågældende varer er underkastet reglerne om importafgift på landbrugsvarer. 6. Et "ve" i toldsatskolonnerne 3 og 4 angiver, at der for de pågældende varer kan opkræves et variabelt element, der fastsættes i overensstemmelse med reglerne om handelen med visse forarbejdede landbrugsvarer." (b) Iż-żewġ paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda: "7. Is-simboli "ads" jew "adf" fil-kolonna 4 fil-Kapitoli 17, 18 u 19 jindikaw li r-rata massima ta' dazju tikkonsisti minn dazju ad valorem kif ukoll dazju addizjonali għal ċerti forom ta' zokkor jew għad-dqiq. Dan id-dazju addizjonali huwa stabbilit skond ir-regoli li jikkonċernaw in-negozju f'ċerti prodotti agrikoli pproċessati. 8. Is-simbolu "ads" fil-kolonna 4 fil-Kapitolu 20 jindika li l-Komunità tirriżerva d-dritt li titlob, fuq kollox u fuq kulħadd id-dazji dovuti, id-dazju addizjonali fuq iz-zokkor li jikkorispondi għad-dazju mħallas fuq zokkor importat u applikabbli għall-kwantità ta' zokkrijiet varji li jkunu jinsabu f'dan il-prodott b'eċċess tal-persentaġġ tal-piż stabilit fin-Noti Addizjonali 2 u 3 għall-Kapitolu 20, jew, fir-rigward ta' prodotti li jaqgħu taħt l-Intestaturi Nri 20.03, 20.04 u 20.05, li jeċċedi it-13 % bil-piż." B. Il-Parti II, "Skeda ta' Dazji Doganali": 1. It-test tal-Kapitolu 4, in-Nota 1 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "1. L-espressjoni "ħalib" tfisser ħalib intier jew ħalib xkumat, ix-xorrox tal-butir, ix-xorrox, il-ħalib imbaqqat, il-kefir, il-yogurt u ħalib ieħor iffermentat jew aċidifikat." 2. Fil-Kapitolu 4, in-Nota Addizjonali 8, il-linja 3, "17.05 A" għandu jkun mibdul bi "21.07 F I". 3. It-test tas-subintestatura 05.15 A għandu jkun mibdul bit-test li ġej 1 | 2 | 3 | 4 | 05.15 | A.Ħut, Krustaċej u molluskoli … | B'xejn | | 4. Fin-Nota għall-Kapitolu 7, il-paragrafu (ċ), "11.03" għandu jkun mibdul bi "11.04". 5. It-test tas-subintestatura 07.01 P għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 07.01 | P.Ħjar u ħjar żgħar tal-pikles | | | | I.Ħjar: | | | | (ċ)Mill-1 ta' Novembru sal-15 ta' Mejju… | 16 | – | | (d)Mis-16 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru … | 20 | 20 | | II.Ħjar żgħir tal-pikles … | 16 | – | 6. It-test tas-subintestatura 08.08 B huwa mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 08.08 | B.Cowberries (Kukku tas-sġajra tal-wort b'lewn ħamrani), foxberries (speċi ta' għenba selvaġġa) jew cranberries (il-frott ta' l-ispeċi Vaccinium vitis idaea) … | 9 | B'xejn | 7. Fis-subintestaturi 08.08 C, 08.10 A u 08.11 D, wara "mirtill" is-segwenti parentesi għandhom ikunu miżjuda: "(frotta ta' l-ispeċi Vaccinium myrtillus)". 8. It-test tan-Nota għall-Kapitolu 10, għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "Dan il-Kapitolu ikopri biss dawk l-imqħuħ li la ġew imfesqda u l-anqas b'mod ieħor maħduma. B'dankollu, ross, maħluf, mitħun, ippolixxjat, illustrat, parzjalment mgħolli, konvertit jew imkisser ikklasifikat fl-intestatura Nru 10.06.". 9. Fin-Nota (a) tal-Kapitolu 11, "21.01" għandha jkun mibdul bi "21.02". 10. It-testi ta' l-intestaturu Nri 11.02 u 11.04 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 11.02 | Dħin oħxon taċ-ċereali u smida taċ-ċereali; qmuħ oħra maħduma taċ-ċereali (per eżempju, rrummblati, inċanti, illustrati, ipperalti jew mitħuna fini imma mhux aktar ippreparati), apparti milli ross li jidħol fl-intestatura Nru 10.06; il-qalba taċ-ċereali, sħiħa, irumblata, inċanata jew misħuqha: | | | A. | (l-ebda tibdil) | B. | C. | D. | E. | F. | G. | | | | 11.04 | Dqiq minn ħxejjex legumini mqadda li jidħlu fl-intestatura Nru 07.05 jew il-frott li jidħol fi kwalunkwe intestatura fil-Kapitolu 8; dqiq u smida tas-sagu u l-għeruq u t-tuberi li jidħlu fl-intestatura Nru 07.06: | | | A. Dqiq minn ħxejjex legumini mqadda li jidħlu fl-intestatura Nru 07.05. … | 12 | [3] | B. Dqiq tal-frott li jidħol taħt l-intestatura fil-Kapitolu B: | | | I. Tal-banana … | 17 | – | II. Oħrajn … | 13 | – | Ċ. Dqiq u smida tas-sagu u ta' l-għeruq u t-tuberi li jidħlu taħt l- intestatura Nru 07.06: | | | I. Denaturizzati [4] … | 28 (L) | – | II. Oħrajn: | | | (ċ) Għal manifattura tal-lamti [4] … | 28 (L) | – | (d) Oħrajn … | 28 (L) | – | 11. L-Intestaturi Nri 11.03 u 11.06 għandhom ikunu mħassra. 12. Fin-Nota 2 tal-Kapitolu 12, wara "żrieragħ tal-ġulbiena", il-parentesi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:"(apparti minn dawk l-oħra ta' l-ispeċi Vicia faba)". 13. L-intestatura Nru 12.05 għandha tkun imħassra. 14. It-test ta' l-intestatura Nru 12.08 għandu jkun mibdul b'dan li ġej 1 | 2 | 3 | 4 | 12.08 | Għeruq taċ-ċikwejra, friski jew imqadda, sħaħ jew maqtuha; mwieżet tal-ħarrub, friski jew imqadda, seww jekk mitħuna jew mgħaffġa, imma mhux aktar ippreparati; il-għadam tal-frott u l-prodotti veġitali oħrajn tat-tip użat primarjament għall-konsum uman, li ma jidħol taħt l-ebda intestatura oħra: | | | | A.Għeruq taċ-ċikwejra … | 2 | 2 | | B.Mwieżet tal-ħarrub … | 6 | – | | Ċ.Żerriegħa ta' l-imwieżet tal-ħarrub: | | | | II.Mhux iddekorata, misħuqa jew mgħaffġa … | 2 | — – | | II.Oħrajn … | 9 | – | | D.Għadam u l-qalba tal-berquq, tal-ħawħ u ta' l-għajnbaqar … | 5 | 4 | | E.Oħrajn … | B'xejn | B'xejn | 15. Fin-Nota 3Addizzjonali għall-Kapitolu 15, "15.17 A" għandu jkun mibdul bi "15.17 BI". 16. It-test ta' l-intestatura Nru 15.17 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 15.17 | Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmija jew ix-xemgħat ta' l-annimali jew tal-ħxejjex: | | | | A.Degras … | 9 | 6 | | B.Residwi li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmija jew ix-xemgħat ta' l-annimali jew tal-ħxejjex: | | | | B. I.Li jkun fihom iż-żejt bil-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa: | | | | (a)Għaġina tas-sapun … | 7 (L) | – | | (b)Oħrajn … | 2 (L) | – | | II.Oħrajn: | | | | (a)Ħama’ u tartru taż-żejt; għaġina tas-sapun … | 7 | 5 | | (b)Oħrajn … | 2 | 2 | 17. Fil-Kapitolu 17: (a) It-test tan-Nota 1Addizzjonali għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "Għall-iskopijiet ta' din l-intestatura Nru 17.01: - "zokkor abjad" ifisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit, li jkunu jinsabu fiħ, fl-istat xott, 99,5 % jew aktar tal-piż ta' sukrosi, stabilit bil-metodu polarimetriku, - "zokkor mhux raffinat" ifisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit, li jkunu jinsabu fih, fl-istat xott, anqas minn 99,5 % tal-piż ta' sukrosi, stabbilit bil-metodu polarimetriku." (b) Fin-Nota 2 Addizzjonali, ir-referenza għas-"subintestaturi 17.02 D I u 17.02 C I" għandu tinbiddel bir-referenza għas-"subintestatura 17.02 D I". 18. It-test ta' l-intestatura Nru 17.01 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 17.01 | Zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, f'għamla solida: | | | | A.Zokkor abjad; zokkor imħawwar jew bil-kulur… | 80 (L) | – | | B.Zokkor mhux maħdum: | | | | I.Għar-raffinar … | 80 (L) | – | | IIOħrajn … | 80 (L) | – | 19. It-test ta' l-intestatura Nru 17.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 17.02 | Zokkrijiet oħrajn f'forma solida; xiroppi taz-zokkor, li ma jkunx fihom żida ta' materjal bit-tgħoma jew bil-kulur; għasel artifiċjali, seww jekk imħallat u anki jekk le ma l-għasel naturali; karamella: | | | A. | (L-ebda tibdi)l | B. | | | | Ċ. Zokkor u xiropp ta' l-aċer: | | | II. Zokor ta' l-aċer f'għamla solida, bit-tgħoma jew bil-kulur … | 67 (L) | – | II. Oħrajn … | 42 (L) | 20 | D. Zokkrijiet u xiroppi oħrajn: | | | I. Isoglukosju … | 80 (L) | – | II. Oħrajn … | 80 (L) | – | E. | L-ebda tibdil | F. | | | | 20. It-test ta' l-intestatura Nru 17.03 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 17.03 | Molassi (għasel iswed) … | 65 (L) (b) | – | L-inċiż li ġej għandu jkun miżjun mal-postilla li telenka r-rati tad-dazju awtonomu għal-intestatura Nru 17.03: "— 67 % għall-molassi bit-tgħoma jew bil-kulur." 21. L-intestatura Nru 17.05 għandha tkun imħassra. 22. L-intestatura Nru 19.01 għandha tkun imħassra. 23. It-test ta' l-intestatura Nru 19.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 19.02 | Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tat-dqiq, smida, lamtu jew estratt tax-xgħir tat-tip użat bħala ikel għat-trabi jew għal skopijiet djetetiċi jew kulinari, li jkun fihom anqas minn 50 % bil-piż tal-kawkaw: | | | | A.Estratt tax-xgħir: | | | | II.B'estratt ta' kontenut xott ta' 90 % jew aktar bil-piż … | 16 3 + vc | 8 + vc | | II.Oħrajn … | 16.3 + vc | 8 + vc | | B.Oħrajn: | | | | I.Li jkun fihom estratt tax-xgħir u mhux anqas minn 30 % bil-piż ta' zokkrijiet li jnaqsu (espressi bħala maltosi)… | 19 6 + vc | 11 + vc | | II.Oħrajn: | | | | (a)Li ma jkun fihom l-ebda grass tal-ħalib jew li jkun fihom anqas minn 1,5 % bil-pis ta' gras bħal dan: | | | | 1.Li jkun fihom anqas minn 14 % bil-piż ta'lamtu: | | | | aa)Li ma jkun fihom l-ebda sukrosi jew li jkun fihom anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Li jkun fihom bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi): | | | | 11.5 % jew aktar imma anqas minn 60 % … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 22.60 % jew aktar … | 19.6 + vc | 11 + vc | | B. II a) 2.Li jkun fih 14 % jew aktar imma anqas minn 32 % bil-piż ta' lamtu: … | | | | aa)Li ma jkun fih l-ebda sukrosi jew li jkun fih anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Oħrajn … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 3.Li jkun fih 32 % jew aktar imma anqas minn 45 % bil-piż ta' lamtu: | | | | aa)Li ma jkun fih l-ebda sukrosi jew li jkun fih anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Oħrajn … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 4.Li jkun fih 45 % jew aktar imma anqas minn 65 % bil-piż ta' lamtu: | | | | aa)Li ma jkun fih l-ebda sukrosi jew li jkun fih anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Oħrajn … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 5.Li jkun fih 65 % jew aktar imma anqas minn 80 % bil-piż ta' lamtu: | | | | aa)Li ma jkun fih l-ebda sukrosi jew li jkun fih anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi ) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Oħrajn … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 6.Li jkun fih 80 % jew aktar imma anqas minn 85 % bil-piż ta' lamtu: | | | | aa)Li ma jkun fih l-ebda sukrosi jew li jkun fih anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrosi (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrosi) … | 19.6 + vc | 11 + vc | | bb)Oħrajn … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 7.Li jkun fih 85 % jew aktar bil-piż ta' lamtu … | 19.6 + vc | 11 + vc | | (b)Li jkun fih bil-piż ta' grass tal-ħalib: | | | | 1.1,5 % jew aktar imma anqas minn 5 % … | 19.6 + vc | 11 + vc | | 2.5 % jew aktar … | 19 6 +vc | 11 +vc | 24. L-intestatura Nru 19.05 għandha tkun imħassra. 25. It-test ta' l-intestatura Nru 19.07 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 19.07 | Hobż, biskutelli tal-vapuri u prodotti ordinarji oħrajn tal-furnara, li ma fihomx żieda ta' zokkor, għasel, bajd, xaħmijiet, ġobon jew frott; ostji tat-tqarbin, cachets tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili: | | | | A:Biskuttelli … | 24 + vc | 9 + vc b'masimmu ta' 24 + adf | | B:Matzos … | 20 + vc | 6 + vc b'masimmu ta' 20 + adf | | Ċ.Ostji tat-tqarbin, cachets tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili … | 19.5 + vc | 7 + vc | | D.Oħrajn, li jkun fihom lamtu bil-piż: | | | | III.Anqas minn 50 %… | 26.5 + vc | 14 + vc | | IV.50 % jew aktar … | 26.5 + vc | 14 + vc | 26. It-testi tas-subintestaturi 20.07 B II a) 1 u 2 u 20.07 B II b) 1 u 2 għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 20.07 | B.II. Oħrajn: | | | | (a)Ta’ valur li jeċċedi 30 u.a. kull 100 kg piż nett: | | | | 1.Ġulepp tal-larinġ … | 21 | 19 + ads | | 2.Ġulepp tat-tronġiet … | 21 | 15 + ads | | (b)Ta’ valur ta' 30 u.a jew anqas kull 10 kg piż nett: | | | | 1.Ġulepp tal-laring: | | | | aa)B'kontenut ta' żida ta' zokkor li jeċċedi 30 % bil-piż … | 21 + (L) | 19 + ads | | bb)Oħrajn… | 21 | 15 + ads | | 2.Ġulepp tat-tronġiet | | | | aa)B'kontenut ta' żida ta' zokkor li jeċċedi 30 %bil-piż … | 21 + (L) | 15 + ads | | bb)Oħrajn… | 21 | 15 + ads | 27. Fil-Kapitolu 21: (a) Id-dettal il-ġdid (e) li ġej għandu jkun miżjud man-Nota 1: "(e) Enżimi ppreparati ta' l-Intestatura Nru 35.07". (b) L-intestatura "Nota Addizzjonali" għall-Kapitolu 21, għandha tkun mibdula bl-intestatura "Noti Addizzjonali". (ċ) In-Nota Addizzjonali eżistenti għandha ssir in-Nota Addizzjonali 1, u n-Nota Addizzjonali 2 li ġejja għandha tkun miżjuda: "2. Għall-iskopijiet tas-subintestatura 21.07 F III, "isoglukosi" ifisser il-ġulepp miksub mill-ġulepp tal-glukosi b'kontenut bil-piz, fl-istat xott, ta': - mill-inqas 10 % fruktosi, u - mill-anqas 1 % tat-total ta' oligosakkaridi u polysakkaridi." 28. L-intestatura Nru 21.01 għandha tkun imħassra. 29. It-test ta' l-intestatura Nru 21.02 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 21.02 | Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tat-te jew tal-matè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati; ċikwejra nkaljata u sostituti u estratti inkaljati oħrajn tal-kafè; essenzi u konċentrati tagħhom: | | | | A.Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè u preparazzjonijiet bil-bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati … | 30 | 18 | | B.Estratti, essenzi u konċentrati, tat-te jew tal-matè u preparazzjonijiet bil-bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati … | 30 | 12 | | Ċ.Ċikwejra nkaljata u sostituti nkaljati oħrajn tal-kafè: | | | | I.Ċikwejra nkaljata … | 18 | – | | II.Oħrajn … | 16 9 + vc | 8 + vc | | D.Estratti taċ-ċikwejra nkaljata u sostituti nkaljati oħrajn tal-kafè: | | | | I.Ċikwejra nkaljata … | 22 | – | | II.Oħrajn … | 16 9 + vc | – | 30. Is-Subintestatura 21.07 F għandha ssir 21.07 G. 31. Subintestatura ġdida Nru 21.07 F għandha tkun miżjuda mal-intestatura Nru 21.07, li t-test tagħha hu kif ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 21.07 | F.Xiroppi taz-zokkor imħawwar jew bil-kulur: | | | | V.Xitopp tal-laktosi … | 67(L) | – | | VI.Xiropp tal-glukosi … | 67(L) | – | | VII.Isoglukosju … | 67(L) | – | | VIII.Oħrajn … | 67(L) | – | 32. Fin-Nota Addizzjonali 2 tal-Kapitolu 23, "17.05 A" għandha tkun mibdula bi "21.07 F I". 33. Fis-subtintestatura 23.07 B "17.05 B" fit-tieni linja għandu jiġi mibdul bi "21.07 F II". L-Anness (Intestaturi jew subintestaturi li tagħhom parti biss huma koperti b'konċessjoni tal-GATT jew li konċessjonijiet differenti ġew mogħtija). Dan issa hu emendat kif ġej: 1. It-test ta' l-intestatura Nru 05.15 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: 05.15 | Prodotti mill-annimali li mhumiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi; annimali mejta tal-Kapitolu 1 jew 3, mhumiex tajbin għall-konsum uman: | | | ex A.Ħut, krustaċej u molluskoli: | | | —Bajd tal-ħut; bajd tal-merluzz għall-użu bħala lixka … | B'xejn | | ex B.Oħrajn: | | | —Kuċċinilja; demm ta' l-annimali, nervituri u muskoli; ġlud u skart ieħor, tal-ġlud u l-qxur nhux maħduma | B'xejn | 2. Intestarura addizzjonali Nru 11.04 għandha tkun miżjuda, li t-test tagħha għandu jkun kif ġej: 11.04 | Dqiq ta' ħxejjex legumeni mqadda li jidħlu taħt l-intestatura Nru 07.05 jew tal-frott li jidħol taħt l-intestatura fil-Kapitolu 8; dqiq u smida tas-sagu u ta' l-għeruq u t-tuberi li jidħol taħt l-intestatura Nru 07.06: | | | Ex A.Dqiq ta' ħxejjex legumeni mqadda li jidħlu taħt l-intestatura Nru 07.05 | | | —Tal-piżelli, fażola jew l-għadds … | 12 | 3. L-intestatura Nru 20.07, il-postilla u n-nota (ads), u t-tabella li tirrigwardja l-Intestatura Nru 20.07 għandhom ikunu mħassra. --------------------------------------------------