Official Journal L 188 , 28/07/1977 P. 0015 - 0015
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1694/77 tal-25 ta' Lulju 1977 li jestendi għas-sitt darba s-sistema tas-sospenzjoni temporanja parzjali tad-dazji tat-Tariffa Komuni Doganali fuq l-inbid, li joriġina fi, u jiġi mit-Turkija, provdut fir-Regolament (KEE) Nru 2823/71 IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 43 tieghu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1847/76 [2] li jestendi għall-ħames darba, is-sistema tas-sospenzjoni temporanja parzjali fuq id-dazji tat-Tariffa Komuni Doganali fuq l-inbid li joriġina fi u jiġi mit-Turkija, diġa provdut fir-Regolament (KEE) Nru 2823/71 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2916/75 [4]; billi, peress li s-sistema definittiva għadha ma ġietx adottata għat-Turkija, is-sistema proviżorja għandha tkun estiża taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li taħthom kienet stabbilita, biex tkun evitata l-interuzzjoni li tista' tagħmel ħsara għall-esportazzjoni ta' l-inbid minn dak il-pajjiż għal ġewwa l-Komunità; billi l-perjodu ta' validità għandu jispiċċa biss fid-data ta' l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazji tad-dwana fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' inbid ta' għeneb frisk li jaqgħu fl-intestatura Nru ex 22.05 tat-Tariffa Komuni Doganali, li joriġina fi jew jiġi mit-Turkija, għandu jammonta għal 60 % tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli fid-data ta' l-importazzjoni. 2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd biss jekk il-kondizzjonijiet miġjuba fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 816/70 tat-28 ta' April 1970 li jipprovdi dispożizzjonijiet addizzjonali għall-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 528/77 [6], huma sodisfatti. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1977. Għandu jgħodd sa l-implimentazzjoni għat-Turkija ta' sistema ta' tariffa definittiva għall-prodotti in kwistjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1977. Għall-Kunsill Il-President H. Simonet [1] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' Lulju 1977 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 204, 30.07.76, p. 4. [3] ĠU L 285, 29.12.71, p. 51. [4] ĠU L 290, 08.11.75, p. 1. [5] ĠU L 99, 05.05.70, p. 1. [6] ĠU L 69, 16.03.77, p. 1. --------------------------------------------------