Official Journal L 186 , 26/07/1977 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0114
Greek special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0114
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0241
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0241
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1663/77 tat-18 ta' Lulju 1977 dwar il-miżuri tas-salvagward ipprovvduti fil-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Alġerija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi fis-26 ta' April 1976 kienu ffirmati Ftehim ta' Koperazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Koperazzjoni') u Ftehim Interim [2] bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Alġerija;" Billi bil-għan li jiġu implimentati l-klawsoli tas-salvagward u l-miżuri prekawzjonarji pprovvduti fl-Artikoli minn 34 sa 36 u 49 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikoli minn 26 sa 28 u 35 tal-Ftehim Interim, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati sabiex jiġu applikati r-Regolmenti Komunitarji, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1439/74 ta' l-4 ta' Ġunju 1974 dwar ir-regoli komuni ta' l-importazzjonijiet [3] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 459/68 tal-5 ta' April 1968 dwar il-protezzjoni mir-rimi ta' l-iskart bil-massa jew il-konċessjoni ta' rigali ta' flus jew sussidji mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2011/73 [5], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fil-każ tal-prattiċi lijabbli li jagħmlu lill-Komunità miftuħa għall-miżuri tas-salvagward fuq il-bażi ta' l-Artikolu 36 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikolu 28 tal-Ftehim Interim, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva tagħha nfisha jew fuq it-talba ta' Stat Membru, jekk il-prattiċi fil-kwistjoni humiex kompatibbli mal-Ftehim. Artikolu 2 Fil-każ tar-rimi ta' l-iskart bil-massa jew l-għajnuniet pubbliċi lijabbli li jagħtu mandat lill-Komunità li tapplika l-miżuri pprovvduti fl-Artikolu 34 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikolu 26 tal-Ftehim Interim, id-dħul ta' dmirijiet kontra r-rimi ta' l-iskart bil-massa jew ta' kontro-bilanċ għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura u r-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 459/68. Artikolu 3 Fil-każ ta' prattiċi lijabbli li jagħtu l-mandat lill-Komunità li tapplika l-miżuri pprovvduti fl-Artikoli 35 u 49 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikoli 27 u 35 tal-Ftehim Interim, jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill il-miżuri approprjati tas-salvgward, fuq il-kondizzjonijiet iddefiniti f'dawn l-Artikoli, skond il-proċedura u r-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1439/74, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u (3) tiegħu. F'emerġenza u fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikolu 27 tal-Ftehim Interim: - il-Kummisjoni tista' tadotta l-miżuri approprjati tas-salvagward skond il-proċedura u r-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolment (KEE) Nru 1439/74, u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) u (3) tiegħu, - kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri interim tas-salvagward skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 14 minn (1) sa (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1439/74 skond il-paragrafi minn 2 sa 4 ta' dan ir-Regolament. Artikolu 4 1. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-orgnizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli tal-Komunità jew id-disposizzjonijiet amministrattivi Komunitarji jew nazzjonali li jirriżultaw minnhom jew tar-Regolamenti adottati skond l-Artikolu 25 tat-Trattat għall-prodotti agrikoli pproċessati; għandu japplika b'żieda magħhom. 2. Madankollu, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-prodotti koperti b'dawn ir-Regolamenti. Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill ta' Koperazzjoni u lill-Kumitat Konġunt kif stabbilit fl-Artikolu 36 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni u l-Artikolu 28 tal-Ftehim Interim. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1977. Għall-Kunsill Il-President A. Humblet [1] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' Lulju 1977 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU C 141, tat-28.5.1976, pġ. 1. [3] ĠU L 159, tal-15.6.1974, pġ. 1. [4] ĠU C 93, tas-17.4.1968, pġ. 1. [5] ĠU C 206, tas-27.7.1973, pġ. 3. --------------------------------------------------