31977R0338



Official Journal L 048 , 19/02/1977 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0117
Greek special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0117
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0235
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 11 P. 0235


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/77

ta’ l-14 ta’ Frar 1977

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 315/68 li jistabilixxi standards ta’ kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 tas-27 ta’ Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u affarijiet oħra ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin [1], u b’mod speċjali l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni;

Billi l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 tat-12 ta’ Marzu 1968 li jistabbilixxi standards ta’ kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi [2], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2971/76 [3], jistabbilixxi li jekk il-prodott imsemmi fl-Artikolu 1 ma jkunx konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità ma jistax jiġi esibit għall-bejgħ, jiġi offrut għall-bejgħ, jinbiegħ jew jiġi kunsinnat lill-konsumatur għall-ħtiġiet personali tiegħu min-negozjant jew direttament mill-produttur ġewwa l-Komunità;

Billi l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi jistgħu jiġu ppakkjati fl-istadju tal-produzzjoni jew fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa;

Billi, sabiex jiġi żgurat kontroll iżjed sempliċi u effettiv, il-prodott ippakjat għandu jkun suġġett għall-istandards ta’ kwalità;

Billi wkoll l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 jistabbilixxi disposizzjonijiet dwar gradazzjoni tad-daqs; billi dawn id-disposizzjonijiet ma japplikawx għal prodotti tal-ġeneru msemmija hawnhekk: Allium, Anemone, ħlief għall-ispeċi coronaria, Chionodoxa, Endymion, Fritillaria, Puschkinia, Tigridia, Triteleia, u għall-ispeċi Scilla sibirica, il-kultivari u l-ibridi tagħha ħlief għall-kultivar atrocaerulea (Spring beauty); billi, sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-istandards ta’ kwalità, iridu jiġu stabbiliti disposizzjonijiet dwar il-gradazzjoni tad-daqs għal dawn il-prodotti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 315/68 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Jekk il-prodott imsemmi fl-Artikolu 1 ma jkunx konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità, ma jistax:

- fi ħdan il-Komunità:

a) jinżamm jew jiġi trasportat bl-iskop ta’ bejgħ, f’xi stadju tar-reklamar, f’pakketti maħsuba għall-konsumatur;

b) jiġi esebit għall-bejgħ, offrut għall-bejgħ, mibjugħ jew fornit lill-konsumatur, minn xi negozjant jew direttament minn xi produttur,

- jiġi esportat lejn pajjiżi terzi."

Artikolu 2

Għandhom jiżdiedu mat-tabella fil-Kapitolu III ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 315/68, fl-ordni alfabetika, il-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u d-disposizzjonijiet rispettivi marbuta magħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jibda' jse fl-1 ta' Lulju 1977

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Frar 1977.

Għall-Kunsill

J. Silkin

Il-President

[1] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 71, tal-21.3.1968, p. 1.

[3] ĠU L 339, tat-8.12.1976, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni botanika tal-prodotti | Metodu ta’ gradazzjoni | Daqs minimu | Gradazzjoni tad-daqs |

Allium aflatunense, christophii u karataviense | A, B, C | 9.0 ċm | 9-10, 10-12, 12-14, 14 u iżjed |

Allium giganteum | A, B, C | 18.0 ċm | 18-20, 20-24, 24 u iżjed |

Allium oreophilum | A, B, C | 3.5 ċm | 3.5-4, 4-5, 5-6, 6 u iżjed |

Anemone blanda,il-kultivari u l-bridi tagħha | A, B, C | 4.0 ċm | 4-5, 5-7, 7 u iżjed |

Anemone St.Bavo,il-kultivari u l-ibridi tagħha | A, B, C | 4.0 ċm | 4-5, 5-6, 6-7, 7 u iżjed |

Chionodoxa gigantean, lucilae u sardensis | A, B, C | 4.0 ċm | 4-5, 5-7, 7 u iżjed |

Endymion hispanicus Syn. Scilla campanulata, il-kultivari tagħha, u l-ibridi | A, B, C | 7.0 ċm | 7-8, 8-9, 9-10, 10-12, 12 u iżjed |

Fritillaria imperialis,il-kultivari u l-ibridi tagħha | A, B, C | 20.0 ċm | 20-22, 22-26, 26 u iżjed |

Puschkinia scilloides libanotica | A, B, C | 4.0 ċm | 4-5, 5-7, 7 u iżjed |

Scilla sibirica,il-kultivari u l-ibridi tagħha minbarra il-kultivar atrocaerulea | A, B, C | 6.0 ċm | 6-7, 7-8, 8-10, 10 u iżjed |

Tigridia pavonia Syn. Ferraria, il-kultivari u l-ibridi tagħha | A, B, C | 5.0 ċm | 5-6, 6-7, 7-8, 8-10, 10 u iżjed |

Triteleia Syn. Brodiaea laxa u Koningin Fabiola | A, B, C | 4.0 ċm | 4-5, 5-7, 7 u iżjed |

--------------------------------------------------