31977L0537



Official Journal L 220 , 29/08/1977 P. 0038 - 0059
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0178
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0176
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0178
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0190
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0190


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Ġunju 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(77/537/KEE)

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li t-tratturi għandhom jisodissfaw sabiex jkunu konformi mal-liġijiet nazzjonali jirrelataw fost ħwejjeġ oħra mal-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda jew inkella minflok ir-regoli tagħhom eżistenti b’tali mod, illi b’mod partikulari, jippermettu il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienu s-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti kemm għall-agrikoltura kif ukoll għall-forestrija [3], jiġu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-vetturi jwassal għal rikonoxximent reċiproku min-naħa ta’ l-Istati Membri tat-testijiet magħmula minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi ta’l-ħtigiet komuni,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. "Trattur użat għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew bi tracks mingħajr tarf, li għandha ta’ l-inqas żewġ fusien, u li l-funzjoni ewlenija tagħhom hija dik tal-forza ta’ trazzjoni u li hu disinjat speċjalment sabiex jirmonka, jimbotta, jġorr u jinforza ċertu għodda, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ jkun mgħammar sabiex jġorr merkanzija kif ukoll passiġġieri.

2. Din id-Direttiva tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien li l-disinn tal-veloċità massima huwa bejn 6 u 25 kilometru fis-siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip trattur KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fuq il-bażi tal-fatt li l-magni diesel li jmexxu t-trattur jirrilaxxaw inkwinanti jekk it-trattur jissodisfa il-ħtiġiet preskritti fl-Annessi I, II, III, IV u VI.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi il-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi trattur fuq il-bażi tal-fatt li l-magni diesel li jmexxu t-trattur jirrilaxxaw inkwinanti jekk it-trattur jissodisfa il-ħtiġiet preskritti fl-Annessi I, II, III, IV u VI.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li huwa jiġi nfurmat dwar kull modifikazzjoni ta’ parti jew karatteristika msemmija fit-2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jistabbilixxu jekk t-testijiet il-ġodda għandhomx jitwettqu fuq it-trattur modifikat jew jekk għandux isir rapport ġdid. Meta dawn it-testijiet juru nuqqas fil-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni ma tkunx approvata.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa biex jigu adattati il-disposizzjonijiet ta’ l-Annessi I sa X għal din id-Direttiva sabiex jagħtu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni ta’ dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, jiġu kommunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

W.Rodgers

[1] ĠU C 125, tat-8.6.1976, p.51.

[2] ĠU C 197, tat-23.8.1976, p.16.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p.10.

--------------------------------------------------

ANNESS 1 [1]

DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE, SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENT KORRETT TA’ ASSORBIMENT, SPEĊIFIKAZZJONIIET U TESTIJIET U KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

(1.) 2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(2.1.) 2.2. "tip ta’ trattur fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magna" tfisser tratturi li ma jvarjawx f’dawk l-aspetti essenzjali bħat-trattur u l-karatteristiċi tal-magna definiti fl-Anness II;

2.3. "magna diesel" tfisser magna li taħdem bil-prinċipju li taqbad bil-kompressjoni;

2.4. "mekkaniżmu biex il-magna taqbad meta tkun kiesħa" tfisser apparat li permezz ta’l-operazzjoni temporanja jżid l-ammont ta’ karburant provdut lill-magna u intiż sabiex jiffaċilita li titqabbad il-magna;

2.5. "opaċimetru" tfisser strument għall-kejl kontinwu tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tad-dawl mill-gassijiet ta’ l-ispurgar rilaxxati mit-tratturi.

3. KONDIZZJONIJIET GĦAT-TIP TA’ APPROVAZZJONI KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti hawn taħt imsemmija fi tlett kopji u l-partikularitajiet li ġejjin:

3.2.1. deskrizzjoni tat-tip ta’ magna li tinkludi l-partikularitajiet kollha msemmija fl-Anness II;

3.2.2. tpinġijiet ta’ l-ispazju tal-kombustjoni u tal-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istantuff.

3.3. Magna u l-apparat preskritt fl-Anness II li jinsab ma’ dan ir-Regolment, li jitqiegħdu fuq it-trattur li għandu jiġi approvat, għandhom jiġu sottomessi għas-servizz tekniku imwettaq mit-testijiet ta’ approvazzjoni f’5. Iżda, jekk il-manifattur jitlob u s-servizz tekniku li jwettaq it-test jaqbel, test jista’ jitwettaq fuq trattur rappreżentattiv tat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat.

3a. APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

Ċertifikat li jikkonforma ma’ dak muri fl-Anness X għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE.

4. SIMBOLU GĦALL-KOEFFIĊJENT KORRETT TA’ ASSORBIMENT

(4.1.) (4.2.) (4.3.) 4.4. Għal kull trattur li jikkonforma mat-tip ta’ trattur approvat taħt dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b’mod li jidher u f’post li huwa aċċessibbli malajr hekk kif speċifikat fl-Anness taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip muri fl-Anness X, simbolu li jikun rettangolu li jdawwar figura espressa f’m-1 il-koeffiċjent korrett ta’ assorbiment miksub, fiż-żmien l-approvazzjoni, matul it-test taħt aċċelerazzjoni ħielsa, u stabbilit fil-ħin ta’ l-approvazzjoni permezz tal-metodu deskritt f’3.2 ta’ l-Anness IV.

4.5. Dawn il-marki għandhom jkunu viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassrux.

4.6. L-Anness IX jagħti eżempju tas-simbolu.

5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1. Ġenerali

Il-komponenti li x’aktarx jaffettwaw il-emissjonijiet ta’ inkwinanti għandhom jiġu disinjati, kostruwiti u mmuntati b’tali mod, li jippermettu lit-trattur waqt użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li għaliha jista’ jkun suġġett, sabiex jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

5.2. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-mekkaniżi biex il-magna titqabbad meta tkun kiesħa

5.2.1. Il-mekkaniżmu biex il-magna titqabbad meta tkun kiesħa għandu jiġi hekk disinjat u kostruwit li ma jistax jinġieb fi jew jibqa’ jaħdem meta l-magna tkun qed taħdem b’mod normali.

5.2.2. Il-disposizzjonijiet ta’ 5.2.1. ta’ hawn fuq m’għandhomx japplikaw meta tintlaħaq tal-inqas waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

5.2.2.1. il-koeffiċjent ta’ l-assorbiment tad-dawl tal-gassijiet rilaxxati mill-magna kostanti meta imkejjla bil-metodu deskritt fl-Anness III bl-operat tal-mekkaniżmu li jqabbad il-magna meta tkun kiesħa tkun fil-limiti preskritti fl-Anness VI;

5.2.2.2. iż-żamma ta’ l-operazzjoni tal-mekkaniżmu li jqabbad il-magna meta tkun kiesħa iġiegħel li l-magna tieqaf f’ħin raġjonevoli.

5.3. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjonijiet ta’ inkwinanti

5.3.1. l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mit- tip ta’ trattur sottomess għall-approvazzjoni għandha titkejjel permezz taż-żewġ metodi deskritti fl-Annessi III u IV, li għandhom x’jaqsmu rispettivament mal-velo’itajiet kostanti u testijiet f’aċċelerazzjoni ħielsa [2].

5.3.2. Il-emissjonijiet ta’ inkwinanti, kif imkejla bil-metodu deskritt fl-Anness III, m’għandux jeċċedi l-limiti preskritti fl-Annessi VI.

5.3.3. Fil-każ ta’ magni li jaħdmu b’supercharger ta’ l-ispurgar, il-koeffiċjent ta’ l-assorbiment imkejjel f’aċċelerazzjoni ħielsa m’għandux jeċċedi l-limitu preskritt fl-Anness VI għall-valvola nominali tal-kurrent li tikkorispondi mal-koeffiċjent massimu ta’ assorbiment imkejjel matul it-testijiet għal veloċitajiet kostanti, miżjud b’0.5 m-1.

5.4. Strumenti ta’ kejl ekwivalenti għandhom ikunu permessi. Jekk strument barra dawk imsemmija fl-Anness VII jintuża, prova ta’ l-ekwivalenza tiegħu għall-magna taħt konsiderazzjoni hija meħtieġa.

(6.) 7. KONFORMITà TAL-PRODUZZJONI

7.1. Kull trattur fis-serje għandu jikkonforma, fir-rigward tal-komponenti li jaffettwaw l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magna, mat-tip ta’ trattur approvat.

7.2. 7.3. Bħala regola ġenerali l-konformità tat-trattur mat-tip appruvat fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti mil-magni diesel għandhom jiġu verifikati fuq il-bażi tad-deskrizzjoni mogħtija fl-Anness li jinsab maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni KEE muri fl-Anness X. B’żieda:

7.3.1. fejn verifika titwettaq fuq vettura meħuda mis-serje, it-testijiet għandhom jitwettqu kif ġej:

7.3.1.1 trattur li ma jkunx ingħata r-running in għandu jiġi suġġett għat-test ta’ aċċelerazzjoni ħielsa deskritt fl-Anness IV. Il-vettura titqies li tkun tikkonforma mat-tip approvat jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment stabbilit ma jeċċedix il-figura murija fil-marka ta’ approvazzjoni b’iktar minn 0.5 m-1;

7.3.1.2. jekk il-figura stabbilita fit-test imsemmi f’7.3.1.1 ta’ hawn fuq teċċedi l-figura murija fil-marka ta’ l-approvazzjoni b’iktar minn 0.5 m-1, trattur tat-tip konsidrat jew il-magna jew il-magna tiegħu għandu jiġi suġġett għat-test f’veloċitajiet fissi kif deskritt fl-Anness III. Il-livelli ta’ emissjonijiet m’għandhomx jeċċedu il-limitu preskritt fl-Anness VI.

[1] It-test ta’ l-Annessi huwa simili għal dak tar-Regolament Nru 24 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-UN għall-Ewropa; b’mod partikulari it-tqassim f’partiti huwa l-istess. Għal din ir-raġuni, meta partita tar-Regolament Nru 24 m’għandhiex il-kontroparti f’din id-Direttiva, in-numru tagħha jingħata fil-parentesi bħala daħla simbolika.

[2] Test taħt aċċelerazzjoni ħielsa għandu jitwettaq, partikularment sabiex jipprovdi figura ta’ riferenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu sabiex jivverifikaw il-vetturi fl-użu.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNEX III

TEST F’VELOĊITÀ FISSA

1. INTRODUZZJONI

1.1. Dan l-Anness jiddeskrivi il-metodu li bih jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta’ inkwinanti b’veloċitajiet fissi differenti bi 80 % tat-tagħbija massima.

1.2. It-test jista’ jitwettaq jew fuq magna jew fuq trattur.

2. PRINĊIPJU TA’ KEJL

2.1. L-opaċità tal-gassijiet ta’ l-ispurgar prodotti mill-magna għandhom jiġu imkejjla bil-magna taħdem fi 80 % tat-tagħbija massima b’veloċità fissa. Sitt kejlijiet għandhom jittieħdu b’veloċitajiet tal-magna mqassma b’mod uniformi bejn dak li jikkorispondi mal-potenza massima u l-għola minn dawn iż-żewġ veloċitajiet tal-magna li ġejjin:

- 55 % tal-veloċità tal-magna li tikkorispondi mal-potenza massima; u

- 1000 rpm.

Il-punti estremi tal-kejl għandhom ikunu jinsabu fil-limiti ta’ l-intervalli definit hawn fuq.

2.2. Fil-każ ta’magni diesel li huma armati b’supercharger ta’ l-arja li jista’ jitħaddem skond l-għażla, u f’magni li fihom is-supercharger ta’ l-arja jitħaddem awtomatikament iġib żieda fil-kwantità ta’ karburant injettat; il-kejl għandu jsir kemm bis-supercharger jaħdem u kemm meta dan ma jiħaddimx.

Għal kull veloċita tal-magna, ir-riżultat tal-kejl għandu jkun l-għola taż-żewġ figuri miksuba.

3. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1. Trattur jew magna

3.1.1. Il-magna jew trattur għandu jkun sottomess f’kondizzjoni mekkanika tajba. Bil-magna tkun għamlet ir-running in.

3.1.2. Il-magna għandha tiġi ittestjata bl-apparat deskritt fl-Anness II.

3.1.3. L-issettjar tal-magna għandu jkun dak deskritt mill-manifattur u fl-Anness II.

3.1.4. L-apparat ta’ l-ispurgar m’għandu jkollu l-ebda orifiċju li minnu l-gassijiet rilaxxati mill-magna jistgħu jiġu mħalta.

3.1.5. Il-magna għandha tkun fil-kondizzjoni normali tax-xogħol kif preskritta mill-manifattur. B’mod partikulari, l-ilma li jkessaħ u ż-żejt għandhom kull wieħed ikun fit-temperatura normali indikata mill-manifattur

3.2. Karburant

Il-karburant għandu jkun il-karburant ta’ referenza li l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Anness V.

3.3. Test tal-laboratorju

3.3.1. It-temperatura assoluta T tal-laboratorju, espressa f’Kelvin, u l-pressjoni atmosferika H, espressa f’Torr, għandha titkejjel, u l-factor F għandu jiġi stabbilit mill-formula.

F =

×

3.3.2. Sabiex it-test jiġi rikonoxxut bhala validu, il-factor F għandu jkun tali illi 0.98 ≤ F ≤ 1.02

3.4. Apparat ta’ kamjonar u kejl

Il-koeffiċjent ta’ l-assorbiment tad-dawl tal-gassijiet ta’ l-ispurgar għandu jitkejjel b’opaċimetru li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness VII u armat skond l-Anness VIII.

4. LIMITI TAL-VALURI

4.1. Għal kull waħda mis-sitt veloċitajiet tal-magna li fiha l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment jiġi mkejjel skond il-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq, il-kurrent nominali tal-gass G, espress f’litri kull sekonda, għandu jiġi kalkulat premezz tal-formula li ġejja:

- G =

Vn60

- G =

Vn120

fejn:

V hija l-kapaċità taċ-ċilindru tal-magna espressa f’litri; u n hija l-veloċità tal-magna f’dawriet kull minuta,

4.2. Għal kull veloċità tal-magna il-koeffiċjent ta’ l-assorbiment tal-gassijiet ta’ l-ispurgar m’għandux jeċċedi il-limitu tal-valur mogħti fit-tabella ta’ l-Anness VI. Fejn il-valur tal-kurrent nominali ma jkunx wieħed minn dawk mogħti f’dik it-tabbella, il-limitu tal-valur applikabbli għandu jinkiseb permezz ta’ l-interpolazzjoni tal-prinċipju tal-partijiet proporzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TEST TAĦT AĊĊELERAZZJONI ĦIELSA

1. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

1.1. It-test għandu jitwettaq fuq it-trattur jew il-magna li jkun sarilha it-test f ’veloċitajiet fissi kif deskritti fl-Anness III.

1.1.1. Jekk il-magna hija ttestjata fuq il-bank, it-test għandu jitwettaq malajr kemm jista’ jkun wara test tal-kejl ta’ l-opaċità f’veloċita’ fissa. B’mod partikulari, it-tkessiħ ta’ l-ilma u ż-żejt għandu jkun fit-temperaturi normali ndikati mill-manifattur.

1.1.2. Jekk it-test jitwettaq fuq trattur wieqaf, l-magna għandha l-ewwel tinġieb f’kondizzjoni normali ta’ tħaddim permezz ta’ ġirja fit-triq. It-test għandu jsir malajr kemm jista’ jkun wara li titlesta il-ġirja fit-triq.

1.2. L-ispazju tal-kombustjoni m’għandux ikun ġie mkessaħ jew imbagħbas permezz ta’ perjodu twil ta’ idling qabel it-test.

1.3. Il-kondizzjonijiet deskritti f’3.1, 3.2 u 3.3 ta’ l-Anness III għandhom japplikaw.

1.4. Il-kondizzjoniet deskritti f’3.4 ta’ l-Anness III, fir-rigward ta’ l-apparat tal-kampjonar u kejl, għandhom japplikaw.

2. METODI TA’ ITTESTJAR

2.1. Jekk it-test ikun test tal-bank, il-magna għandha tiġi skonnettjata minn mal-brejk, b’dan jkun mibdul jew b’partijiet li jduru li jimxu meta li magna ma tkunx ingranata jew mill-inertia li bejn wieħed u ieħor hija ekwivalenti għal dik tal-partijiet li jduru.

2.2. Jekk it-test jsir fuq trattur, il-ontroll li jbiddel il-gerijiet għandu jiġi ssetjat f’pożizzjoni newtrali u bil-magna ngranata.

2.3. Bil-magna idling, il-kontroll ta’l-aċċelerazzjoni għandu jitħaddem malajr, iżda mhux b’mod vjolenti sabiex jikseb l-ogħla rendiment possibbli mill-pompa ta’ l-injezzjoni. Din il-pożizzjoni għandha tinżamm sakemm il-veloċita massima tal-magna tintlaħaq u l-l-governor jibda jaħdem. Malli din il-veloċità tintlaħaq, l-aċċeleratur għandu jintelaq sakemm il-magna terġa’ tilħaq il-veloċità waqt l-idling u l-opaċimetru jaqleb lura għall-kondizzjonijiet korrispondenti.

2.4. L-operazzjoni deskritta f’2.3 ta’ hawn fuq għandha tiġi ripetuta mhux inqas minn sitt darbiet sabiex tiġi kklerjata s-sistema’ mill-ispurgar u tippermetti kull aġġustament meħtieġ fl-apparat. Il-valuri massimi ta’ opaċità morija f’kull aċċelerazzjoni suċċessiva għandhom jitniżżlu sakemm valuri stabillizati jinkisbu. Ebda kont m’għandu jingħata tal-valuri moqrija meta l-magna tkun idling wara kull-aċċelerazzjoni. Il-valuri moqrija għandhom jiġu meqjusa bħala stabbilizzati meta erba qari konsekkutivi jinsabu f’wisa’ ta’ firxa ta’ 0.25 m-1 u ma jiffurmawx sekwenza li tonqos. Il-koċeffiċjent ta’ l-assorbiment XM li għandu jiġi rekordjat għandu jkun il-medja aritmetika ta’ l-erba valuri.

2.5. Magni armati b’supercharger ta’ l-arja, għandhom jkunu suġġetti fejn meħtieġ, għall-ħtiġiet speċjali li ġejjin:

2.5.1. Fil-każ ta’ magni b’supercharger ta’ l-arja li jkun imqabbad ma’ jew immexxi mekkanikament mill-magna u huwa kapaċi li jiġi disingaġġat, żewġ ċikli kompleti ta’ kejl b’aċċelerazzjonijiet preliminari għandhom jitwettqu, bis-supercharger ta’ l-arja jkun ingaġġat f’każ wieħed u disingaġġat fl-ieħor. Ir-riżultat tal-kejl rekordjat għandu jkun l-għola taż-żewġ riżultati miksuba;

2.5.2. Fil-każ ta’ magni b’supercharger ta’ l-arja li jista’ ma jitħaddimx permezz ta’ sorpass operat mix-xufier, it-test għandu jitwettaq bis-sorpass u mingħajru. Ir-riżultat tal-kejl rekordjat għandu jkun l-għola tar-riżultati miksuba.

3. STABBILIMENT TAL-VALUR KORRETT TAL-KOEFIĊJENT TA’ ASSORBIMENT

3.1. Notament

XM = valur ta’ koeffiċjent ta’ assorbiment b’aċċelerazzjoni ħielsa mkejjel kif deskritt f’2.4 ta’ dan l-Anness;

XL = il-valur korrett ta’ koeffiċjent ta’ l-assorbiment b’aċċelerazzjoni ħielsa;

SM = valur ta’ koeffiċjent ta’ assorbiment imkejjel f’veloċita’ fissa (2.1 ta’ l-Anness III), li huwa l-eqreb għall-limitu tal-valur preskritt li jikkorrispondi ma’ l-istess kurrent nominali;

SL = valur ta’ koeffiċjent ta’ assorbiment (4.2 ta’ l-Anness III) għall-kurrent nominali li jikkorrispondi mal-punt ta’ kejl li ta l-valur SM;

L = tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl ta’ l-opaċimetru.

3.2. Fejn il-koeffiċjenti ta’ assorbiment huma espressi f’m-1 u t-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl f’metri, il-valur korrett XL huwa mogħti permezz ta’ l-iżgħar miż-żewg espressjonijiet li ġejjin:

X′

=

× X

jew

X″

= X

+ 0,5

--------------------------------------------------

ANNESS V

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KARBURANT TA’ REFERENZA PRESKRITT GĦAT-TEST TA’ APPROVAZZJONI U BIEX TIĠI VERIFIKATA L-KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

Nota:

Il-karburant għandu jiġi bbażat fuq distillati puri, idrosulfurizzati jew le, u m’għandux jkun fih addittivi.

| Limiti u Unitajiet | Metodu |

Densità 15/4 °C | 0830 ± 0005 | ASTM D 1298-67 |

Distillazzjoni | | 50 % |

90 % | Punt finali ta’ l-għali |

Min. 245 °C | 330 ± 10 °C |

mas. 370 °C | ASTM D86-87 |

Indiċi Cetane | 54 ± 3 | ASTM D 976-66 |

Viskożita kinetika f’100 °F | 3 ± 0.5 cST | ASTM D 445-65 |

Kontenut ta’ sulfat | 0.4 ± 0.1 % skond il-piż | ASTM D 129-64 |

Punt ta’ qbid | min. 55 °C | ASTM D 93-71 |

Punt meta jiddardar | mas. -7 °C | ASTM D 2500-66 |

Punt aniline | 69 ± 5 °C | ASTM D 611-64 |

Residwu ta’ karbonju f’10 % tal-qiegħan | mas. 0.2 % skond il-piż | ASTM D 524-64 |

Kontenut ta’ Rmied | mas. 0.01 % skond il-piż | ASTM D 482-63 |

Kontenut ta’ ilma | mas. 0.05 % skond il-piż | ASTM D 95-70 |

Ramm – test ta’ korussjoni f’100 °C | mas.1 | ASTM D 130-68 |

+++++ TIFF +++++

Valur kalorifiku nett | | ASTM D 2-68 (An. VI) |

Numru ta’ aċidu b’saħħtu | Nil mg KOH/g | ASTM D 974-64 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

LIMITI TA’ APPLIKABBLI FIT-TEST F’VELOĊITAJIET FISSI

Nota:

Għalkemm il-valuri ta’ hawn fuq huma miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb 0.01 jew 0005, dan ma jfissirx li l-kejl huwa meħtieġ li jsir sa dan il-grad ta’ akkuratezza.

Kurrent nominali G Litri/sekonda | Koeffiċjent ta’ assorbiment k m-1 |

≤ 42 | 45 |

50 | 2.26 |

2.19 | 2.08 |

55 | 60 |

65 | 70 |

1985 | 1.90 |

1.84 | 1775 |

75 | 80 |

85 | 1.72 |

1665 | 1.62 |

90 | 95 |

100 | 1575 |

1535 | 1495 |

105 | 110 |

115 | 1465 |

1425 | 1395 |

120 | 125 |

130 | 1.37 |

1345 | 1.32 |

135 | 140 |

145 | 1.30 |

1.27 | 1.25 |

150 | 155 |

160 | 1225 |

1205 | 1.19 |

165 | 170 |

175 | 1.17 |

1155 | 1.14 |

180 | 185 |

190 | 1125 |

1.11 | 1095 |

195 | ≥200 |

1.08 | 1065 |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KARATTERISTIĊI TA’ L-OPAĊIMETRI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-opaċimetri użati fit-testijiet deskritti fl-Annessi III u IV.

2. SPEĊIFIKAZZJONIIET BASIĊI GĦALL-OPAĊIMETRI

2.1. Il-gas li jitkejjel għandu jiġu miżmum f’egħluq li jkollu wiċċ intern li ma jirriflettix.

2.2. Fl-istabbiliment tat-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl mill-gas, kont għandu jingħata ta’ l-Influwenza possibbli ta’ mekkaniżmi li jipproteġu s-sors tad-dawlu ċ-ċella fotoelettrika. Dan it-tul effettiv għandu jiġi indikat fuq l-istrument.

2.3. Il-wiċċ ta’ indikazzjoni ta’ l-opaċimetru għandu jkollu żewġ skali ta’ kejl, waħda f’unitajiet assoluti ta’ l-assorbiment tad-dawl minn 0 sa ∞ (m-1) u l-ieħor lineari minn 0 sa 100; iż-żewġ scali għandu jkollhom firxa 0 fil-flux totali tad-dawl sa skala sħiħa fid-dlam komplet.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOSTRUZZJONI

3.1. Ġenerali

Id-disinn għandu jkun tali illi taħt kondizzjonijiet fissi ta’ veloċita ta’ operazzjoni il-kontenitur tad-duħħan ikun mimli b’duħħan ta’ opaċità unifromi.

3.2. Kontenitur tad-duħħan u korp ta’ l-opaċimetru

3.2.1. L-uqigħ ta’ dawl imferrex fuq iċ-ċella fotoelettrika minħabba riflessjonijiet interni jew effetti ta’ diffużżjoni għandhom jiġu ridotti għall-minimu (eż. permezz ta’ immatjar ta’ l-uċuh interni bl-iswed u b’esponiment adattat ġenerali).

3.2.2. Il-karatteristiċi ottiċi għandhom jkunu tali illi l-effett kombinat tad-diffużżjoni u r-riflessjoni ma jeċċedix unità waħda fuq l-iskala lineari meta l-kontenitur tad-duħħan jimtela b’duħħan li jkollu koeffiċjent ta’ assorbiment qrib l-1.7 m-1.

3.3. Sors ta’ dawl

Is-sors ta’ dawl għandu jkun lampa inkandexxenti b’temperatura tal-kulur fil-firxa ta’ 2800 to 3250 K.

3.4. Riċevitur

3.4.1. Ir-riċevitur għandu jikkonsisti minn ċella fotoelettrika b’kurva responsiva spettrali simili għall-kurva foto-ottika ta’ l-għajn tal-bniedem (rispons massimu fil-firxa 550/570 nm; inqas minn 4 % tar-rispons massimu inqas minn 430 nm u aktar minn 680 nm).

3.4.2. Il-kostruzzjoni taċ-ċirkwit elettriku, bl-inklużjoni ta’ wiċċ indikatur, għandu jkun tali li l-ħruġ tal-kurrent miċ-ċella fotoelettrika ikun funzjoni lineari ta’ intensità ta’ dawl riċevuta matul il-firxa ta’ temperatura tat-tħaddim taċ-ċella fotoelettrika.

3.5. Skali ta’ kejl

3.5.1. Φ = Φ

· e

−kL, fejn L huwa t-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl li jgħaddi mill-gass li għandu jitkejjel Φ il-flux ta’ inċidenza u Φ l-flux emerġenti.

Meta t-tul effettiv L ta’ tip ta’ opaċimetru ma jkunx jista’ jiġi stmat direttament mill-ġeometrija tiegħu, t-tul effettiv għandu jiġi stabbilit;

- jew permezz tal-metodu deskritt f’4 ta’ dan l-Anness; jew

- permezz ta’ korrelazzjoni b’tip ta’ opaċimetru li għalih it-tul effettiv huwa magħruf.

3.5.2. Ir-relazzjoni bejn 0 sa 100 skala lineari u l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment tad-dawl k jingħata skond il-formula

k = −

log

N

100

fejn N hija l-qari fuq l-iskala lineari u k huwa il-valur korrispondenti tal-koeffiċjent ta’ assorbiment.

3.5.3. Il-wiċċ indikatur ta’ l-opaċimetru għandu jippermetti illi l-koeffiċjent ta’ assorbiment ta’ 1.7 m-1 jinqara b’mod akkurat ta’ 0025 m-1.

3.6. Issettjar u ittestjar ta’ l-apparat tal-kejl

3.6.1. Iċ-ċirkwit elettriku taċ-ċella fotoelettrika u l-wiċċ indikatur għandhom jiġu aġġustati biex l-indikatur jista’ jiġi rrisettjat f’zero meta il-fluss tad-dawl jgħaddi mill-kontenitur tad-duħħan mimli b’arja nadifa jew permezz ta’ kontenitur li għandu karatteristiċi identiċi.

3.6.2. Bil-lampa mitfija u ċ-ċirkwit elettriku ta’ kejl miftuħ jew short-circuited, il-qari fuq l-iskala tal-koeffiċjent ta’ assorbiment ikun ∞, u għandu jibqa’ f’∞ meta ċ-ċirkwit tal-kejl jerġa jkun imqabbad.

3.6.3. Verifika intermedjarja għandha titwettaq billi jitqiegħed ġewwa l-kontenitur tad-duħħan skrijn illi jirrapresenta gass illi l-koeffiċjent magħruf ta’ assorbiment tad-dawl k, imkejjel kif deskritt f’3.5.1, ikun bejn 1.6 m-1 u 1.8 m-1. Il-valur ta’ k għandu jkun magħruf sa 0025 m-1. Il-verifika tikkonsisti permezz ta’ l-ivverifikar ta’ dan il-valur ma jkunx differenti b’iktar minn 0.05 m-1 għal dak moqri fuq il-wiċċ indikatur ta’ l-opaċimetru meta l-iskrijn jiddaħħal bejn is-sors ta’ dawl u ċ-ċella fotoelettrika.

3.7. Rispons ta’ l-opaċimetru

3.7.1. Il-ħin tar-rispons taċ-ċirkwit elettriku ta’ kejl, li jkun il-ħin meħtieġ biex il-wiċċ indikatur jilħaq 90 % tad-diflessjoni fuq skala sħiħa amd-dħul ta’ l-iskrijn li jgħatti għall-kollox iċ-ċella fotoelettrika, għandu jkun minn 0.9 sa 1.1 sekonda.

3.7.2. Id-damping taċ-ċirkwit elettriku ta’ kejl għandu jkun tali li l-overswing inizjali ‘l mill-qari finali sod wara kull varjazzjoni momentarja fi dħul (eż. l-iskrijn ta’ kalibrazzjoni) ma jeċċedix l-4 % mill-qari ta’ l-unitajiet ta’ l-iskala lineari.

3.7.3. Il-ħin ta’ rispons ta’ l-opaċimetru li huwa dovut minħabba fenomenu fiziku ġewwa l-kontenitur tad-duħħan huwa il-ħin bejn il-bidu tad-dħul tal-gass ġewwa l-apparat tal-kejl sakemm jimtela kollu kemm hu l-kontenitur tad-duħħan; m’għandux jeċċedi 0.4 sekonda.

3.7.4. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw unikament għall-opaċimetri wżati biex titkejjel l-opaċità f’aċċelerazzjoni ħielsa.

3.8. Il-pressjoni tal-gass li għandha titkejjel u l-arja għar-rimi

3.8.1. Il-pressjoni tal-gass ta’ l-ispurgar fil-kontenitur tad-duħħan m’għandiex tvarja b’iktar minn 735 Pa mill-pressjoni atmosferika.

3.8.2. Il-varjazzjonijiet fil-pressjoni tal-gass li għandu jitkejjel u ta’ l-arja għar-rimi m’għandhiex iġiegħel li l-koeffiċjent ta’ assorbiment ivarja b’aktar minn 0.05 m-1 fil-każ illi l-gass jkollu koeffiċjent ta’ assorbiment ta’1.7 m-1.

3.8.3. L-opaċimetru għandu jkun armat bl-apparat adegwat sabiex ikejjel il-pressjoni ġewwa l-kontenitur tad-duħħan.

3.8.4. Il-limiti tal-varjazzjoni tal-pressjoni tal-gass u l-arja għar-rimi għandhom jiġu ndikati mill-manifattur tal-apparat.

3.9. It-temperatura tal-gass li għandha titkejjel

3.9.1. F’kull punt ġewwa l-kontenitur tad-duħħan it-temperatura tal-gass fil-mument tal-kejl għandha tkun bejn 70 °C u t-temperatura massima speċifikata mill-manifattur ta’ l-opaċimetru, b’tali mod illi l-qari f’din il-firxa ta’ temperaturi ma tvarjax b’iktar minn 0.1 m-1 jekk il-kontenitur jimtela b’gass li jkollu koeffiċjent ta’ assorbiment ta’ 1.7 m-1.

3.9.2. L-opaċimetru għandu jkun armat b’apparat adattat sabiex jkejjel it-temperatura fil-kontenitur tad-duħħan.

4. IT-TUL EFFETTIV "L" TA’ L- OPAĊIMETRU

4.1. Ġenerali

4.1.1 F’ċerti tipi ta’ opaċimetru il-gass bejn is-sors ta’ dawl u ċ-ċella fotoelettrika, jew bejn il-partijiet trasparenti li jipproteġju is-sors u ċ-ċella fotoelettrika ma jkunx ta’ opaċita kostanti. F’dawn il-każijiet it-tul effettiv L għandu jkun dak ta’ kolonna ta’ gass ta’ opaċità uniformi li tagħti l-istess assorbiment ta’ dawl bħal dak miksub meta il-gass normalment jidħol fl-opaċimetru.

4.1.2. It-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl huwa miksub billi jitqabbel il-qari N ta’ l-opaċimetru waqt li jopera b’mod normali mal-qari N, miksub bl-opaċimetru modifikat sabiex il-gass tat-test jimla tul definit sew Lo.

4.1.3. Ikun meħtieġ li jittieħdu qari komparattivi f’suċċessjoni rapida sabiex tiġi stabbilita l-korrezzjoni li għandha ssir għaċ-ċaqlieq taż-zero.

4.2. Metodu ta’ stima ta’ l-L

4.2.1. Il-gass tat-test għandu jkun gass ta’ spurgar ta’ opaċità kostanti jew gass li jassorbi d-dawl ta’ densità gravimetrika simili għal dik tal-gass spurgat.

4.2.2. Kolonna ta’ tul L ta’ l-opaċimetru, li jista’ jimtela b’mod uniformi bil-gassijiet tat-test u li t-truf tiegħu sostanzjalment f’angoli ta’ 90 grad mal-passaġġ tad-dawl, għandha tiġi stabbilita b’mod akkurat. Dan it-tul L, għandu jkun viċin għat-tul effettiv preżunt ta’ l-opaċimetru.

4.2.3. It-temperatura medja tal-gass tat-test fil-kontenitur tad-duħħan għandha titkejjel.

4.2.4. Fejn meħtieġ, tank ta’ espansjoni ta’ disinn kompatt u ta’ kapaċità suffiċjenti li tmewwet il-vibrazzjonijiet jista’ jiġi nkorporat fil-linja ta’ kampjun viċin kemm jista’ jkun għas-sonda. Apparat li jkessaħ jista’ wkoll jiġi armat. Iż-żieda tat-tank ta’ l-espansjoni u ta’ l-apparat li jkessaħ m’għandux jiddisturba bla bżonn il-komposizzjoni tal-gass spurgat.

4.2.5. It-test sabiex jiġi stabbilit it-tul effettiv għandu jikkonsisti milli jingħadda kampjun tal-gass tat-test b’mod alternattiv fl-opaċimetru mħaddem b’mod normali kif ukoll minn ġo l-istess apparat hekk kif indikat f’4.1.2.

4.2.5.1. Il-qari ta’ l-opaċimetru għandhom jiġu rekordjati b’mod kontinwu matul it-test permezz ta’ rekorder li r-rispons tiegħu tal-ħin huwa daqs jew inqas minn dak ta’ l-opaċimetru.

4.2.5.2. Bl-opaċimetru jaħdem b’mod normali, il-qari fuq l-iskala lineari ta’ l-opaċità N u dak tat-temperatura medja espressa f’Kelvin huwa T.

4.2.5.3. Bit-tul magħruf L, mimli bl-istess gass tat-test, il-qari fuq l-iskala lineari ta’ l-opaċita huwa N u t-temperatura medja tal-gass espressa f’Kelvin hija T.

4.2.6. It-tul effettiv jkun

L = L

1 −

1 −

4.2.7. It-test għandu jiġi ripetut b’ta’ l-inqas erbgħa gassijiet tat-test li jagħtu qari mqassam b’mod uniformi bejn 20 u 80 fuq l-iskala lineari.

4.2.8. It-tul effettiv L ta’ l-opaċimetru għandu jkun il-medja aritmetika tat-tulijiet effettivi miksuba kif murija fil-4.2.6 ma’ kull wieħed mill-gassijiet.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

INSTALLAZZJONI U UŻU TA’ L- OPAĊIMETRU

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jispeċifika l-installazzjoni u l-użu ta’ l-opaċimetri għat-testijiet deskritti fl-Annessi III u IV.

2. OPAĊIMETRU TA’ IKKAMPJONAR

2.1. Installazzjoni għal testijiet b’velocitajiet fissi

2.1.1. Il-proporzjon ta’ l-erja tas-sezzjoni tas-sonda ma’ dik tal-pajp ta’ l-ispurgar m’għandhiex tkun anqas minn 0.05. Il-pressjoni b’lura mkejjla fil-pajp ta’ liispurgar fid-daħla tas-sondal mgħandhiex teċċedi 735 Pa.

2.1.2. Is-sonda għandha tkun tubu b’tarf miftuħ li jħares lejn il-pern tal-pajp ta’ l-ispurgar, jew tal-pajp ta’ l-estensjoni jekk wieħed ikun meħtieġ meħtieġ. Għandu jkun lokat f’sezzjoni fejn id-distribuzzjoni tad-duħħan hija ftit jew wisq uniformi. Biex jintlaħaq dan il-għan, is-sonda għandha titqiegħed l-isfel kemm jista’ jkun fil-pajp ta’ l-ispurgar jew, jekk meħtieġ, fl-estensjoni tal-pajp biex, jekk D huwa d-dijametru tal-pajp ta’ l-ispurgar fil-ġruġ tiegħu, it-tarf tas-sonda ikun jinsab f’porzjon dritt ta’ l-anqas 6D fit-tul il-fuq tal-punt tal-kampjun u 3D fit-tul l-isfel. Jekk jekk jintuża pajp ta’ l-estensjoni, l-ebda arja m’għandha titħalla tidħol fil-ġonta.

2.1.3. Il-pressjoni tal-pajp ta’ l-ispurgar u l-karatteristiċi tat-tnaqqis fil-pressjoni fil-linja tal-kampjun għandha tkun tali li s-sonda tiġbor tiġbor kampju sostanzjalment ekwivalenti għal dak li kien jinkiseb b’ikkampjonar isokinetiku.

2.1.4. Jekk meħtieġ, tank ta’ espansjoni ta’ disinn kompatt u kapaċità suffiċjenti li jassorbi l-vibrazzjonijiet jista’ jiġi nkorporat fil-linja tal-kampjun viċin kemm jista’ jkun mas-sonda. Jista’ wkoll jitwaħħal apparat li jkessaħ. Iż-żieda tat-tank ta’ l-espansjoni u l-apparat li jkessaħ m’għandhomx jiddisturbaw indebitament il-komposizzjoni tal-gass spurgat.

2.1.5. Valvola farfett jew mezzi oħra li jżid il-pressa tal-kampjun tista’ titqiegħed fil-pajp ta’ l-ispurgar ta’ l-inqas 3D ‘l isfel mis-sonda tal-kampjun.

2.1.6. Il-pajpijiet li jikkonettjaw is-sonda, il-mekkaniżmu tat-tkessiħ, u t-tank ta’ l-espansjoni (jekk meħtieġ) u l-opaċimetru għandhom jkunu qosra kemm jista jkun filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-pressjoni u temperatura deskritti f’3.8 u 3.9 ta’ l-Anness VII. Il-pajp għandu jkun immejjel ‘l fuq mill-punt tal-kampjun sa l-opaċimetru, u liwjiet stretti fejn jista’ jakkumula l-ġmied għandhom jiġu evitati. Jekk mhux imdaħħal fl-opaċimetru, valvola ta’ sorpass għandha tiġi provduta ‘l fuq.

2.1.7. Verifika għandha titwettaq matul it-test biex jiġi assigurat li l-għanijiet ta’ 3.8 ta’ l-Anness VII, li jikkonċernaw il-pressjoni u dawk ta’ 3.9 ta’ l-Anness VII, li jikkonċernaw it-temperatura fl-ispazju tal-kejl jintlaħqu.

2.2. Installazzjoni għal testijiet taħt aċċelerazzjoni ħielsa

2.2.1. Il-proporzjon ta’ l-erja tas-sezzjoni tas-sonda ma’ dak tal-pajp ta’ l-ispurgar m’għandux jkun inqas minn 0.05. Il-pressjoni lura imkejjla fil-pajp ta’ l-ispurgar fid-dħul tas-sonda m’għandhiex teċċedi s-735 Pa.

2.2.2. Is-sonda għandu jkun tubu b’tarf miftuħ jħares lejn il-pern tal-pajp ta’ l-ispurgar, jew tal-pajp ta’ l-estensjoni jekk wieħed ikun meħtieġ. Għandu jkun lokat f’post fejn id-distribuzzjoni tad-duħħan hija ftit jew wisq uniformi. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, is-sonda għandha titqiegħed l-isfel kemm jista’ jkun fil-pajp ta’ l-ispurgar jew, fil-pajp ta’ l-estensjoni sabiex, jekk D huwa d-dijametru tal-pajp ta’ l-ispurgar fil-ħruġ, it-tarf tas-sonda jkun jinsab f’porzjon dritt ta’ l-inqas 6D fit-tul ‘l fuq mill-punt tal-kampjun u 3D fit-tul ‘l isfel. Jekk jintuża pajp ta’ l-estensjoni, l-ebda arja m’għandha titħalla tidħol fil-ġonta.

2.2.3. Is-sistema tal-kampjonar għandha tkun tali li f’kull veloċità tal-magna il-pressjoni tal-kampjun fl-opaċimetru tkun fil-limiti speċifikati f’3.8.2 ta’ l-Annex VII. Dan jista’ jiġi verifikat billi tiġi nnotata l-pressjoni tal-kampjun bil-magna idling u veloċitajiet massimi mingħajr tagħbija. Skond il-karatteristiċi ta’ l-opaċimetru, il-kontroll tal-pressjoni kampjun tista’ tintlaħaq permezz ta’ restrizzjoni fissa jew ta’ jew ta’ valvola farfett fil-pajp ta’ l-ispurgar jew fil-pajp ta’ l-estensjoni. Irrespettivament mil-liema metodu jintuża, il-pressjoni b’lura mkejjla fil-pajp ta’ l-ispurgar fid-dħul tas-sonda m’għandiex teċċedi s-735 Pa.

2.2.4 Il-pajpijiet imwaħħlin ma’ l-opaċimetru għandhom jkunu qosra kemm jista’ jkun. Il-pajp għandu jkun immejjel ‘l fuq mill-punt tal-kampjun sa l-opaċimetru, u liwjiet stretti fejn jista jakkumula l-ġmied għandhom jiġu evitati. Valvola ta’ sorpass tiata’ tiġi tiġi provduta ‘l fuq mill-opaċimetru sabiex tiżolah mill-kurrent ta’ gas spurgat meta l-ebda kejl ma jkun qiegħed jittieħed.

3. KURRENT SĦIĦ TA’ L-OPAĊIMETRU

Il-prekawzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu osservati biss f’testijiet ta’ veloċita’ fissa u ta’ aċċelerazzjoni ħielsa huma li ġejjin:

3.1. il-ġonot fil-pajpijiet ta’ konnessjoni bejn il-pajp ta’ l-ispurgar u l-opaċimetru m’għandhomx jippermettu li tidħol arja minn barra;

3.2. il-pajpijiet imwaħħlin ma’ l-opaċimetru għandhom ikunu qosra kemm jista’ jkun, bħal fil-każ ta’ l-opaċimetri tal-kampjun. Il-pajp għandu jkun immejjel ‘l fuq mill-punt tal-kampjun sa l-opaċimetru, u liwjiet stretti fejn jista’ jakkumula l-ġmied għandhom jiġu evitati. Valvola ta’ sorpass tista’ tiġi provduta ‘l fuq mill-opaċimetru biex tiżolah mill-kurrant tal-gass spurgat meta l-ebda kejl ma jkun qiegħed jittieħed;

3.3. sistema ta’ tkessieħ tista’ wkoll tkun meħtieġa ‘l fuq mill-opaċimetru.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

EŻEMPJU TAS-SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENT IKKOREĠUT TA’ ASSORBIMENT

+++++ TIFF +++++

Is-simbolu ta’ hawn fuq juri li l-koeffiċjent ikkoreġut ta’ assorbiment huwa 1.30 m-1.

--------------------------------------------------

ANNESS X

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------