31977L0313



Official Journal L 105 , 28/04/1977 P. 0018 - 0036
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0025
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0025
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0035
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0035


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-5 ta’ April 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar sistemi ta’ kejl ta’ likwidi minbarra ilma

(77/313/KEE)

<0}IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi f'kull Stat Membru l-kostruzzjoni u l-metodi ta’ kontroll ta’ sistemi ta’ kejl ta’ likwidi huma soġġetti għal disposizzjonijiet obbligatorji li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u li konsegwentement ixekklu l-kummerċ f’dawn is-sistemi; billi għalhekk huwa meħtieġ li dawn id-disposizzjonijiet jiġu approssimizzati;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll metodi ta’ kontroll metroloġiku [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 72/427/KEE [4], stipulat il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u tal-verifikazzjoni inizjali tal-KEE għal strumenti ta’ kejl; billi, skond dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti tekniċi għad-disinn u għall-funzjonament ta’ sistemi ta’ kejl għal likwidi minbarra l-ilma għandhom jiġu stipulati;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/319/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar meters għal likwidi minbarra l-ilma [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 71/348/KEE tat-12 ta’ Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar apparat anċillari għal metersgħal likwidi minbarra l-ilma [6] diġà stipulaw ir-rekwiżiti tad-disinn tekniku u operazzjonali li dawn il-meters għandhom jissodisfaw; billi hija speċifikata fid-Direttiva 71/319/KEE li sistemi ta’ kejl li jinkludu meter wieħed jew iżjed għal likwidi minbarra l-ilma għandhom ikunu s-suġġett ta' Direttiva separata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal sistemi ta’ kejl għal likwidi minbarra l-ilma li jinkorporaw meters volumettriċi li fihom il-likwidu jikkawża l-moviment ta’ ħitan mobbli ta’ kompartamenti li jkejlu.

Artikolu 2

Dawk is-sistemi ta’ kejl li jista’ jkollhom sinjali u marki tal-KEE fuqhom huma deskritti fl-Anness t'hawnhekk. Dawn għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness jirrikjedu dan u għandhom jgħaddu minn verifikazzjoni inizjali tal-KEE taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ hawnhekk.

Taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness, l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE tista’ tingħata wkoll għal komponenti u sub-assemblaġġi ta’ sistemi ta’ kejl.

Artikolu 3

Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet relatati mal-proprjetajiet metroloġiċi tagħhom, jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sistemi ta’ kejl għal likwidi minbarra l-ilma u li jġibu s-sinjali u l-marki provduti f’din id-Direttiva kif speċifikat bid-Direttiva 71/316/KEE.

Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet relatati mal-proprjetajiet metroloġiċi tagħhom, jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqiegħid fis-suq ta’ komponenti ta’ sistemi ta’ kejl u sub-assemblaġġi li jġibu s-sinjal ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Owen

[1] ĠU Nru C 125, 8.6.1976, p. 43.

[2] ĠU Nru C 131, 12.6.1976, p. 53.

[3] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 1.

[4] ĠU Nru L 291, 28.12.1972, p. 156.

[5] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 32.

[6] ĠU Nru L 239, 25.10.1971, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL SISTEMI TA’ KEJL

1.1. Definizzjonijiet

1.1.1. Sistema ta’ kejl

Sistemi ta’ kejl ta’ likwidi li mhumiex ilma jinkludu, flimkien mal-meter innifsu li jikkonforma mad-Direttiva 71/319/KEE u l-apparat anċillari li jikkonforma mad-Direttiva 71/348/KEE li jista’ jiġi assoċjat miegħu, l-apparat kollu li jassigura li jkun hemm kejl korrett jew li hu intenzjonat biex jiffaċilita l-operazzjoni u l-apparat l-ieħor kollu li jista’ jaffettwa l-kejl b’xi mod possibbli.

Jekk bosta meters intenzjonati għal operazzjonijiet ta’ kejl separati joperaw flimkien ma’ komponenti komuni, kull meter għandu jitqies li jinkludi, mal-komponenti komuni, sistema ta’ kejl.

Jekk bosta meters ikunu intenzjonati għal operazzjoni ta’ kejl waħda, il-meters huma meqjusa li jiffurmaw sistema ta' kejl waħda.

1.1.2. Konsenja minima

Il-konsenja minima ta’ sistema ta’ kejl hija stabbilita skond il-kondizzjonijiet tad-Direttivi 71/319/KEE u 71/348/KEE, wara li jiġu kunsidrati d-Disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

F'sistemi ta’ kejl intenzjonati biex ikejlu likwidu rċevut fis-sistema, l-iżgħar volum ta’ likwidu fir-rigward ta’ liema kejl għandu jkun awtorizzat huwa msejjaħ riċezzjoni minima. Il-kondizzjoni preċedenti dwar konsenja minima tapplika, b’analoġija, għal riċezzjoni minima.

1.1.3. Separatur tal-gass.

Separatur tal-gass huwa appart għas-separazzjoni u tneħħija kontinwa ta’ kull arja jew gass fil-likwidu minn strument apposta.

L-istrument ta’ l-evakwazzjoni tal-gass huwa, bħala prinċipju, awtomatiku fl-operazzjoni tiegħu. Madanakollu, din il-kondizzjoni tista’ titwarrab jekk ikun hemm mekkaniżmu li awtomatikament iwaqqaf iċ-ċirkolazzjoni ta’ likwidu jekk ikun hemm riskju li xi arja jew gass ikunu sejrin jidħlu fil-meter. F’dan il-każ, il-kejl jista’ jissokta biss meta titneħħa l-arja jew il-gass, kemm jekk awtomatikament jew bl-idejn.

1.1.4. Estrattur ta’ gass.

Estrattur ta’ gass huwa apparat disinjat biex jiġbed ’il barra arja jew gass li jakkumulaw fis-sistema tal-pajpijiet iktar ’il fuq mill-meter fil-forma ta’ bżieżaq li jkunu mħalltin ftit biss mal-likwidu.

Il-kondizzjonijiet li ġejjin dwar l-istrument għall-evakwazzjoni tal-gass għas-separatur tal-gass għandhom japplikaw ukoll għal dak ta’ l-estrattur tal-gass.

1.1.5. Estrattur speċjali tal-gass

Estrattur speċjali tal-gass huwa apparat li, bħas-separatur tal-gass imma taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni inqas strinġenti, jissepara kontinwament kull arja jew gass li jinsab fil-likwidu, u li awtomatikament iwaqqaf iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu jekk ikun hemm riskju li xi arja jew gass akkumulati fil-forma ta’ bżieżaq li huma mħalltin ftit biss mal-likwidu jidħlu fil-meter.

1.1.6. Tray tal-kondensazzjoni

Tray tal-kondensazzjoni huwa tank magħluq disinjat biex jiġbor, f’sistemi ta’ kejl ta’ gass bil-pressa u f’forma likwida, il-gassijiet li jinsabu fil-likwidu li għandu jitkejjel u li jikkondensahom qabel il-kejl.

1.1.7. Indikatur ta’ gass

Indikatur ta’ gass huwa strument li jippermetti li jsir għarfien faċli ta’ kull bżieżaq ta’ arja jew ta’ gass li jistgħu jkunu presenti fiċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu.

1.1.8. Ħġieġa minn fejn wieħed iħares

{0<<}0{<Ħġieġa minn fejn wieħed iħares hija strument li minnu wieħed jikkontrolla li s-sistema ta’ kejl kollha jew parti minnha hija mimlija kompletament bil-likwidu.<0}

1.2. Firxa ta' Applikazzjoni

Il-kondizzjonijiet ġenerali tas-sezzjoni 1 għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ sistemi ta’ kejl sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fis-sezzjoni 2.

1.3. Meters, limiti tar-rata ta’ ċirkolazzjoni

Meters inkorporati f’sistema ta’ kejl, inkluż kull apparat anċillari, għandu jkun ta’ mudell tal-KEE approvat għall-kejl tal-likwidu konċernat taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali.

Dawn il-meters għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata tal-mudell tal-KEE jew għal approvazzjoni inkluża fl-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE tas-sistema ta’ kejl li fihom huma inkorporati. Il-limiti taċ-ċirkolazzjoni (rati ta’ ċirkolazzjoni massimi u minimi) ta’ sistema ta’ kejl jistgħu jkunu differenti minn dawk tal-meter armat magħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jiġi kontrollat li r-rati massimi u minimi ta’ ċirkolazzjoni tas-sistema ta’ kejl huma kumpatibbli ma’ dawk tal-meter. Anki meta meter ikun ġie approvat bħala komponent inkorporat f’sistema ta' kejl, għandu f’kull każ jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 71/319/KEE. Meta numru ta’ meters ikunu mmuntati b’mod parallel fuq sistema ta’ kejl singolari, is-somma tar-rati massimi u minimi taċ-ċirkolazzjoni tal-meters diversi għandhom, bl-eċċezzjoni tal-każijiet speċifiċi stipulati fl-Anness, jiġu kunsidrati waqt li jkunu qegħdin jiġu ffissati l-limiti tar-rata ta’ ċirkolazzjoni tas-sistema ta’ kejl. Ir-rata ta’ ċirkolazzjoni massima tas-sistema ta’ kejl għandha tkun ta’ mill-inqas id-doppju tar-rata ta’ ċirkolazzjoni minima totali tal-meter jew meters tagħha.

1.4. Punt ta’ trasferiment

1.4.1. Sistemi ta’ kejl għandhom jinkorporaw punt li jiddefinixxi l-kwantità ta’ likwidu konsenjata jew irċevuta u msejjaħ il-punt ta’ trasferiment. Dan il-punt ta’ trasferiment jinsab iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni tal-meter f'sistemi ta’ konsenja, iktar ’il fuq mill-meter f’sistemi li jirċievu.

1.4.2. Sistemi ta’ kejl jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi: sistemi b'"pajp vojt" u sistemi b"'pajp mimli"; il-kelma "pajp" tinkludi sistema ta’ pajpijiet riġida.

1.4.2.1. Sistemi b'pajpijiet vojta huma, fil-każ ta’ apparat ta’ konsenja, sistemi ta’ kejl fejn il-punt ta’ trasferiment jinsab ’il fuq mill-pajp ta’ konsenja. Dan il-punt ta’ trasferiment jieħu l-forma jew ta’ ħġieġa minn fejn wieħed iħares tat-tip ‘weir’ jew strument li tagħlaq biha, fiż-żewġ każijiet, b'sistema li tassikura l-iżvujtar tal-pajp ta’ konsenja wara kull operazzjoni ta’ kejl.

1.4.2.2. Sistemi b'pajpijiet vojta huma, fil-każ ta’ apparat ta’ konsenja, sistemi ta’ kejl fejn il-punt ta’ trasferiment jikkonsisti fi strument ta’ doża li jinsab fis-sistema tal-pajpijiet tal-konsenja. Jekk is-sistema tal-pajpijiet ikollha tarf ħieles, l-istrument li jagħlaq għandu jitpoġġa kemm jista’ jkun viċin ta’ dan it-tarf.

1.4.2.3. Fil-każ ta’ apparat li jirċievi, l-istess kondizzjonijiet japplikaw b'analoġija għas-sistema ta’ pajpijiet li jirċievu iktar ’il fuq mill-meter.

1.5. Filtri

Sistemi ta’ kejl għandhom jinkorporaw strument iktar ’il fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meters, intenzjonati biex jiġbru impuritajiet solidi mill-likwidi (filtru). Il-filtri għandhom kemm jista’ jkun jiġu irranġati b'tali mod li jkunu faċilment aċċessibbli.

1.6. Eliminazzjoni ta’ arja jew gass

1.6.1. Ħtiġiet ġenerali

Sistemi ta’ kejl għandhom jiġu installati b'tali mod li ma jipproduċux normalment, iktar ’il fuq mill-meter, dħul ta’ arja jew ħelsien ta’ gass fil-likwidu. Jekk ikun hemm riskju li din il-kondizzjoni ma tiġix sodisfatta, sistemi ta’ kejl għandhom jinkorporaw apparat għall-eliminazzjoni ta’ gass li jippermetti l-eliminazzjoni kif suppost ta’ kull arja jew gass mhux li ma jinħallx li jista’ jinsab fil-likwidu qabel ma jgħaddi minn ġo l-meter.

L-apparat għall-eliminazzjoni tal-gass għandu jkun adattat għall-kondizzjonijiet tal-provista u għandu jkun irranġat b'tali mod li l-iżball addizzjonali minħabba l-influwenza ta’ l-arja u tal-gassijiet fuq ir-riżultati ta’ kejl ma jaqbżux:

- 0.5% tal-kwantità mkejla għal likwidi apparti minn likwidi potabbli ta’ viskosità li ma taqbiżx il-1 mPa -s,

- 1% tal-kwantità mkejla għal likwidi potabbli u dawk li l-viskosità tagħhom taqbeż il-1 mPa -s.

Madanakollu, m'għandu jkun hemm ebda bżonn li l-iżball ikun inqas minn 1 % tal-konsenja minima.

1.6.2. Ċirkolazzjoni ppumpjata

1.6.2.1. Mingħajr preġudizzju għal 1.6.6, meta l-pressa fid-dħul tal-pompa taqa’, anki jekk mumentarjament, taħt il-pressjoni atmosferika jew il-pressjoni tal-fwar saturat tal-likwidu, għandu jiġi provdut separatur tal-gass.

1.6.2.1.1. Separatur tal-gass intenzjonat biex jopera b’rata ta’ ċirkolazzjoni massima li ma taqbiżx il-100 m3/h jista’ jkun soġġett jew għal approvazzjoni ta’ l-mudell tal-KEE separata jew għal approvazzjoni inkluża fl-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE tas-sistema ta’ kejl li minnu tifforma parti, meta dan l-Anness jipprovdi għall-approvazzjoni ta’ sistema ta’ din ix-xorta. Madanakollu, fir-rigward ta’ separaturi ta’ gass disinjati biex joperaw b'rata ta’ ċirkolazzjoni massima li taqbeż il-100 m3/h, tista’ tingħata approvazzjoni ta’ mudell b'analoġija b'mudell approvat ta’ l-istess għamla u ta’ dimensjonijiet iżgħar. Separaturi ta’ gass li jkunu rċevew approvazzjoni separata tal-mudell tal-KEE jistgħu jintużaw f'sistemi ta’ kejl mingħajr indikaturi ta’ gass.

1.6.2.1.2. Is-separatur tal-gass għandu bħala prinċipju jiġi installat iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-pompa. Jista’, madanakollu, jiġi magħqud mal-pompa.

Għandu dejjem jiptoġġa kemm jista’ jkun viċin lejn il-meter ħalli l-waqgħa fil-pressjoni dovuta għaċ-ċirkolazzjoni ta’ likwidu bejn iż-żewġ komponenti tkun negliġibbli.

1.6.2.1.3. Il-limiti operazzjonali ta’ separatur ta’ gass għandhom ikunu kif ġej:

(a) ir-rata jew rati ta’ ċirkolazzjoni massima għal likwidu speċifikat wieħed jew iżjed;

(b) il-limiti ta’ pressjoni massimi u minimi kumpatibbli ma’ l-operat proprju ta’ l-istrument li jelimna l-gass.

1.6.2.1.4. Meta separatur ta’ gass intenzjonat biex jopera b'rata massima ta’ ċirkolazzjoni li ma taqbiżx il-100 m3/h tkun koperta minn approvazzjoni tal-mudell tal-KEE separata, dan għandu, fil-limiti ta' żbalji stipulati f’1.6.1, jiżgura li jiġu eliminati l-arja jew il-gass imħalltin mal-likwidu li għandu jiġi mkejjel, taħt il-kondizzjonijiet ta’ test li ġejjin:

(a) is-sistema ta’ kejl għandha topera bir-rata ta’ ċirkolazzjoni massima u bil-pressjoni minima stipulata għas-separatur tal-gass.

(b) Kull proporzjon skond il-volum ta’ arja jew ta’ gass relattiv għal-likwidu huwa permissibbli jekk is-separatur tal-gass ikun disinjat għal rata ta’ ċirkolazzjoni massima inqas jew daqs 20 m3/h; għandha tiġi limitata għal 30% jekk is-separatur tal-gass ikun disinjat għal rata massima ta’ ċirkolazzjoni għola minn 20 m3/h. (Arja jew gass għandhom jitkejlu bil-pressjoni atmosferika sabiex jiġi determinat il-persentaġġ tagħhom.)

Kif ukoll, l-istrument awtomatiku ta’ tneħħija ta’ gass għandu jkompli jopera kif suppost bil-pressjoni massima stipulata għal separaturi ta’ gass.

1.6.2.1.5. Meta separatur ta’ gass ikun approvat bħala komponent inkorporat f'sistema ta’ kejl approvata, il-kondizzjonijiet ta’ 1.6.2.1.4 jistgħu jiġu applikati għaliha. F'dan il-każ, indikatur tal-gass m'huwiex meħtieġ.

Meta s-sistema tal-kejl tinkorpora indikatur tal-gass li jikkonforma mad-definizzjoni f'1.1.7, is-separatur tal-gass għandu, fil-limiti ta’ l-iżbalji stipulati f'1.6.1, jiżgura li jkun hemm eliminazzjoni ta’ arja jew gass imħallat mal-likwidu li għandu jitkejjel, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) is-sistema ta’ kejl għandha topera bir-rata ta’ ċirkolazzjoni massima tagħha u bi pressjoni minima;

(b) il-proporzjon skond il-volum ta’ arja jew gass relattivi għal-likwidu m'għandux jinqabeż:

- 20 % għal likwidi apparti minn likwidi potabbli ta’ viskosità li ma taqbiżx il-1 mPa -s,

- 10% għal likwidi potabbli u għal likwidi oħrajn ta’ viskosità ’l fuq minn 1 mPa -s [1].

Meta l-proporzjoni skond il-volum ta’ arja jew gass relattiv għal-likwidu jaqbeż il-persentaġġi hawn fuq imsemmija u s-separatur tal-gass ma jissodisfax il-kondizzjonijiet fir-rigward ta’ l-iżbalji massimi permissibbli, gass jew bżieżaq ta’ l-arja għandhom ikunu jidhru b'mod ċar fl-indikatur tal-gass.

1.6.2.2. Meta l-pressjoni fid-daħla tal-pompa tkun dejjem ikbar mill-pressjoni atmosferika u mill-pressjoni tal-fwar saturat tal-likwidu, u ma jkun hemm ebda separatur tal-gass, ikun meħtieġ estrattur tal-gass jew estrattur tal-gass speċjali jekk formazzjonijiet gassużi jkunu aktarx sejrin jinġemgħu bejn il-pompa u l-meter waqt perjodi meta ma jkunx hemm ċirkolazzjoni jew jekk bżieżaq ta’ l-arja jistgħu jidħlu fis-sistema tal-pajpijiet (e.g. meta t-tank tal-provvista jkun kompletament vojt) b'tali manjiera li jkun hemm żball speċifiku ta’ iktar minn 1 % tal-konsenja minima.

1.6.2.2.1. L-estrattur tal-gass jew l-estrattur tal-gass speċjali intenzjonat biex jopera b’rata ta’ ċirkolazzjoni massima li ma taqbiżx il-100 m3/h jista’ jkun soġġett jew għal approvazzjoni tal-mudell tal-KEE separata jew għal approvazzoni inkluża fl-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE tas-sistema ta’ kejl li minnu tifforma parti, meta dan l-Anness jipprovdi għall-approvazzjoni ta’ sistema ta’ din ix-xorta.

Madanakollu, fir-rigward ta’ estratturi ta’ gass intenzjonati biex joperaw b'rata ta’ ċirkolazzjoni massima li taqbeż il-100 m3/h, tista’ tingħata approvazzjoni ta’ mudell b'analoġija b'mudell approvat ta’ l-istess għamla u ta’ dimensjonijiet iżgħar.

Estratturi ta’ gass li jkunu rċevew approvazzjoni separata tal-mudell tal-KEE jistgħu jintużaw f'sistemi ta’ kejl mingħajr indikaturi ta’ gass.

1.6.2.2.2. L-estrattur tal-gass jew l-estrattur tal-gass speċjali għandu bħala prinċipju jiġi nstallat iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-pompa. Jista’, madanakollu, jiġi magħqud mal-pompa.

Fiż-żewġ każijiet, għandu normalment jiġi nstallat fl-għola punt fis-sistema tal-pajpijiet, kemm jista’ jkun viċin tal-meter u iktar ’il fuq minnu. Jekk ikun installat taħt il-livell tal-meter, għandu jiġi inkorporat strument ta’ mingħajr ritorn, armat jekk meħtieġ b'valv li jillimita l-pressa, sabiex iżomm il-pajpijiet ta’ bejn il-valv u l-meter milli jiżvojta.

Jekk is-sistema tal-pajpijiet ’il fuq mill-meter tkun tinkorpora diversi punti għoljin, bosta estratturi ta’ gass jistgħu jkunu meħtieġa.

1.6.2.2.3. Il-limiti ta’ operazzjoni ta’ estrattur ta’ gass jew ta’ estrattur ta’ gass speċjali kif definit għal separaturi ta’ gass f' 1.6.2.1.3 inkluża l-konsenja minima fir-rigward ta’ liema huma provduti dawn l-istrumenti.

1.6.2.2.4. Estrattur ta’ gass jew estrattur ta’ gass speċjali għandu, bir-rata ta’ ċirkolazzjoni massima tas-sistema ta’ kejl, jiżgura li jiġu eliminati gass jew bżieżaq ta’ l-arja, imkejla taħt pressjoni atmosferika, ta’ volum ta’ mill-inqas daqs il-konsenja minima mingħajr żball addizzjonali ta’ iktar minn 1 % tal-konsenja minima. Kif ukoll, estrattur speċjali tal-gass għandu jkun kapaċi wkoll li jissepara kontinwament volum ta’ gass jew arja daqs 5 % tal-volum tal-likwidu ikkonsenjat bir-rata ta’ ċirkolazzjoni massima mingħajr l-iżball addizzjonali riżultanti li jaqbeż il-limiti ffissati f'1.6.1.

1.6.2.3. Il-kondizzjonijiet ta’ 1.6.2.1 u 1.6.2.2 m'għandhomx jipprojbixxu l-eżistenza ta’ strumenti ta’ estrazzjoni manwali jew awtomatiċi f'installazzjonijiet fissi ta’ dimensjonijiet kbar.

1.6.2.4. Jekk il-provista ta’ likwidu tkun irranġata b'tali mod li, ikunu x’ ikunu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu, ebda gass jew arja ma jistgħu jifformaw jew jippenetraw fis-sistema tal-pajpijiet ta’ riċezzjoni iktar ’il fuq mill-meter waqt il-kejl, ebda strument ta’ eliminazzjoni ta’ gass m'hu meħtieġ, sakemm ma jkunx hemm xi formazzjoni ta’ gass li aktarx tkun sejra tinġabar waqt perjodi meta ma jkunx hemm ċirkolazzjoni li tikkawża żball speċifiku ta’ iktar minn 1 % tal-konsenja minima.

1.6.3. Ċirkolazzjoni mingħajr pompa

1.6.3.1. F'każijiet fejn il-meter ikun fornit bis-saħħa tal-gravità, mingħajr l-użu ta’ pompa, jekk il-pressa tal-likwidu fil-partijiet kollha tas-sistema ta’ pajpijiet ’il fuq mill-meter u fil-meter innifsu tkun ikbar mill-pressa tal-fwar saturat u mill-pressjoni atmosferika, ma jkunx meħtieġ eliminatur tal-gass. Madanakollu, wara li s-sistema tal-kejl tkun bdiet tintuża, ikun meħtieġ arranġament li jiżgura li din tibqa' mimlija sew.

1.6.3.2. Jekk il-pressa tal-likwidu tkun aktarx sejra tkun inqas mill-pressjoni atmosferika waqt li tibqa’ ikbar mill-pressa tal-fwar saturat, l-introduzzjoni ta’ arja fil-meter għandha tiġi evitata permezz ta’ strument addattat.

1.6.3.3. Meta l-meter jiġi fornit taħt pressjoni tal-gass, id-dħul ta’ gass fil-meter għandu jiġi evitat permezz ta’ strument adattat.

1.6.3.4. Fiċ-ċirkostanzi kollha l-pressa tal-likwidu bejn il-meter u l-punt ta’ trasferiment għandha tkun ogħla mill-pressjoni tal-fwar saturat tal-likwidu.

1.6.4. Tneħħija ta’ gass

Il-pajp għat-tneħħija ta’ gass ta’ eliminatur tal-gass m'għandux jinkludi valv kontrollat bl-idejn jekk l-għeluq ta’ dan il-valv iwaqqaf l-operazzjoni ta’ l-eliminatur tal-gass. Jekk, madanakollu, strument ta’ l-għeluq ta’ din ix-xorta jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà, għandu jkun possibbli li wieħed jiżgura li dan jinżamm f'pożizzjoni miftuħa permezz ta’ strument li jissiġilla.

1.6.5. Strument kontra t-tidwir.

Jekk ikun intenzjonat bħala regola ġenerali li t-tank ta’ provista ta’ sistema ta’ kejl jiġi svujtat kompletament, il-fetħa ta’ ħruġ tat-tank għandha tiġi armata bi strument kontra t-tidwir ħlief fejn is-sistema tkun tinkorpora separatur tal-gass.

1.6.6. Likwidu viskuż

Billi l-effikaċja ta’ separaturi ta’ gass u ta’ estratturi ta’ gass tonqos b'żieda fil-viskosità tal-likwidu, dawn l-istrumenti m'għandhomx għalfejn jiġu armati fil-każ ta’ likwidi b'viskosità dinamika ta’ iktar minn 20 mPa -s f'20 ºC. Il-pompa għandha tiġi rranġata b'tali mod li l-pressa tad-daħla tkun dejjem ikbar mill-pressjoni atmosferika. Jekk din il-kondizzjoni aktarx ma tkunx sejra tiġi sodisfatta dejjem, għandu jitwaħħal strument li jwaqqaf iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu awtomatikament malli l-pressa fid-dħul taqa’ taħt il-pressjoni atmosferika. Għandu jintuża manometer biex jissorvelja din il-pressjoni. Dawn il-kondizjonijiet m'humiex meħtieġa jekk is-sistema ta’ kejl tkun tinkorpora strumenti li jiżguraw li ma tidħolx arja bejn il-ġonot fis-sezzjonijiet tas-sistema tal-pajpijiet li jiġu soġġetti għal pressjoni mnaqqsa.

Meta s-sistema ta’ kejl ma tkunx qiegħda tintuża, is-sistema ta’ pajpijiet għandha tinżamm mimlija likwidu sal-punt ta’ trasferiment.

1.7. Indikatur ta’ gass

1.7.1. Għandu jiġi armat indikatur tal-gass mas-sistemi ta’ kejl. Dawn l-istrumenti jistgħu jsiru obbligatorji fil-każijiet speċifikati fis-sezzjoni 2.

1.7.2. L-indikatur tal-gass għandu jiġi disinjat b'tali mod sabiex jipprovdi indikazzjoni sodisfaċenti tal-preżenza ta’ gass jew arja fil-likwidu.

1.7.3. L-indikatur tal-gass għandu jiġi installat iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter.

1.7.4. F'sistemi ta’ kejl tal-pajp vojt l-indikatur tal-gass jista’ jieħu l-forma ta’ ħġieġa minn fejn wieħed iħares tat-tip ‘weir’u jista’ jintuża wkoll bħala punt ta’ trasferiment.

1.7.5. L-indikatur tal-gass jista’ jkollu ‘bleed screw’ jew xi strument tat-tip ‘blow-off' meta jkun jifforma punt għoli fis-sistema ta’ pajpijiet. Ebda pajp m'għandu jiġi mqabbad ma’ l-istrument ‘blow-off’. Indikatur taċ-ċirkolazzjoni (e.ż spinners) jistgħu jiġu inkorporati ma’ l-indikatur tal-gass, sakemm dawn l-istrumenti ma jżommux xi formazzjonijiet gassużi li jistgħu jkunu presenti fil-likwidu milli jidhru.

1.8. Mili sħiħ tas-sistema ta’ kejl.

1.8.1. Il-meter u s-sistema tal-pajpijiet mill-meter sal-punt ta’ trasferiment għandhom awtomatikament jinżammu mimlija bil-likwidu waqt l-operazzjoni ta’ kejl u meta s-sistema ma tkunx qiegħda tintuża.

Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix sodisfatta, partikolarment f'każijiet fejn l-installazzjoni tkun fissa, għandu jkun possibbli li l-mili sħiħ tas-sistema ta’ kejl sal-punt ta’ trasferiment jkun jista’ jsir bl-idejn u jkun jista’ jiġi sorveljat waqt it-tkejjil, u dana meta s-sistema ma tkunx qiegħda tintuża. Sabiex tkun żgurata l-eliminazzjoni kompleta ta’ arja u gass mis-sistema ta’ kejl, strumenti ‘blow-off’, jekk possibbli bi twieqi żgħar, għandhom jitpoġġew f'pożizzjonijiet adattati.

1.8.2. Is-sistema ta’ pajpijiet bejn il-meter u l-punt ta’ trasferiment m'għandhiex, b'mod ġenerali, permezz ta’ varjazzjonijiet fit-temperatura, toħloq żbalji addizzjonali ta’ iktar minn 1 % tal-konsenja minima.

Is-sezzjoni 2 għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti f'ċerti każijiet speċjali sabiex ikun jista’ jkun sodisfatt dan ir-rekwiżit.

1.8.3. Jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi installat strument għaż-żamma tal-pressa iktar ’l isfel mill-meter sabiex jiġi assigurat li l-pressa fl-eliminaturi tal-gass fil-meter tkun dejjem ikbar mill-pressjoni atmosferika u mill-pressjoni taċ-ċpar saturat tal-likwidu.

1.8.4. Sistemi ta’ kejl li fihom ikun hemm possibbiltà li l-likwidu jiċċirkola f'direzzjoni bil-maqlub taċ-ċirkolazzjoni normali meta titwaqqaf il-pompa, għandhom jiġu armati b'valv ta’ mingħajr ritorn, armat bi strument li jillimita l-pressjoni jekk meħtieġ.

1.8.5. F'sistemi ta’ kejl b'pajp vojt is-sistema ta’ pajpijiet iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter u, jekk ikun meħtieġ, is-sistema ta’ pajpijiet iktar ’il fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter, għandu jkollhom punt għoli b'mod li l-partijiet kollha tas-sistemi ta’ kejl jibgħu dejjem mimlija. It-tneħħija ta’ l-ilma mill-pajp ta’ konsenja msemmija f'1.4.2.1 għandha tiġi assigurata permezz ta’ ventilatur ta’ l-arja. F'ċerti każijiet dan il-ventilatur ta’ l-arja jista’ jiġi mibdul bi strumenti speċjali bħal pompa awżiljari jew injettur ta’ gass-kompress. F'sistemi ta’ kejl disinjati għal konsenji minimi ta’ inqas minn 10 m3, dawn l-istrumenti għandhom joperaw awtomatikament.

1.8.6. F'sistemi ta’ kejl tal-pajp mimli t-tarf ħieles tal-pajp għandu jinkorpora strument li jiżgura li l-pajp ma jiġix żvujtat waqt perjodi meta s-sistema ma tkunx qiegħda tintuża. Dan ir-rekwiżit m'għandux għalfejn japplika għal gass likwefatt.

Meta strument ta’ għeluq jitpoġġa iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni minn dan l-istrument, il-volum ta’ l-ispazju bejniethom għandu jkun żgħir kemm jista’ jkun u f'kull każ inqas mill-iżball massimu permissibbli għall-konsenja minima tas-sistema ta’ kejl.

Fil-każ ta’ sistemi intenzjonati għat-tkejjil ta’ likwidi viskużi, it-tarf taż-żennuna għandha tiġi disinjata b'tali mod li ma tistax iżżomm kwantità ta’ likwidu li huwa iktar minn 0.4 darba daqs l-iżball massimu permissibbli għall-konsenja minima tas-sistema ta’ kejl.

1.8.7. Jekk il-pajp ikun jikkonsisti f'diversi komponenti, dawn għandhom jiġu armati jew permezz ta’ konnettur speċjali li jżomm il-pajp mimli jew permezz ta’ sistema ta’ konnessjoni li hija jew magħluqa jew li tassikura li huwa prattikament impossibbli li wieħed jissepara l-komponenti mingħajr għodda speċjali.

1.9. Varjazzjoni tal-volum intern tal-pajpijiet mimlijin.

Fil-każ ta’ pajpijiet mimlijin f'sistema ta’ kejl provduta b'rukkell tal-pajp, iż-żieda fil-volum intern dovuta għall-bidla mill-pożizzjoni mkebba, meta ma jkunx soġġett għall-pressjoni, għall-pożizzjoni mhux imkebba, meta tiġi soġġetta għal pressjoni mingħajr ċirkolazzjoni ta’ likwidu, m'għandhiex tkun iktar mid-doppju ta’ l-iżball massimu permissibbli għall-konsenja minima.

Jekk is-sistema ta’ kejl ma jkollhiex rukkell tal-pajp, iż-żieda fil-volum intern m’għandhiex taqbeż l-iżball massimu permissibbli għall-konsenja minima.

1.10. Fergħat

1.10.1. F'sistemi ta’ kejl intenzjonati biex jikkonsenjaw likwidi, fergħat iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter għandhom jitħallew biss jekk ikunu rranġati b'tali mod li jiżguraw li l-likwidu joħroġ biss minn fetħa waħda f'ħin wieħed. F'sistemi ta’ kejl intenzjonati biex jirċievu likwidi, fergħat iktar ’il fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter għandhom jitħallew biss jekk ikunu rranġati b'tali mod li l-likwidu jidħol biss minn pajp wieħed f'ħin wieħed.

Derogi minn dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu approvati biss fil-każ ta’ sistemi ta’ konsenja li huma installati speċifikament biex jissupplixxu lill-utent wieħed biss f'ħin wieħed, u sistemi li jirċievu li ma jistgħux joperaw fir-rigward ta' iktar minn fornitur wieħed f'ħin wieħed.

1.10.2. F'sistemi ta’ kejl li joperaw jew b'pajp vojt jew b'pajp mimli u li jkollhom pajpijiet flessibbli, għandu jiġi inkorporat jekk meħtieġ valv ta’ mingħajr ritorn fis-sistema ta’ pajpijiet riġida mal-pajp mimli immedjatament iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-valv selettur. Inoltre, il-valv selettur m'għandu f'ebda pożizzjoni jippermetti l-konnessjoni tal-pajp tar-rimi, li jkun qiegħed jaħdem bħala pajp vojt, mas-sistema ta’ pajpijiet li twassal għall-pajp mimli.

1.11. Bajpassijiet

Kull konnessjoni intenzjonata sabiex jiġi bajpassjat il-meter għandha tingħalaq permezz ta’ ‘blanking flanges’. Madanakollu, jekk ir-rekwiżiti ta’ l-operazzjoni jagħmlu dan il-bajpass neċessarju, dan għandu jingħalaq jew permezz ta’ diska li tagħlaq jew permezz ta' strument li jagħlaq doppju b'valv ta’ sorveljanza fin-nofs. Għandu ikun possibbli li wieħed jassigura l-għeluq permezz ta’ siġilli.

1.12. Valvi u mekkanismi ta’ kontroll.

1.12.1. Jekk ikun hemm riskju li l-kondizzjonijiet ta’ provista jistgħu jwasslu biex il-meter jitgħabba żżejjed, strument li jirristrinġi ċ-ċirkolazzjoni għandu jiġi installat. Dan l-istrument għandu jitpoġġa iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter jekk jikkawża telf ta’ pressjoni. Għandu ikun possibbli li jiġi siġillat.

1.12.2. Id-diversi pożizzjonijiet għall-komponenti operattivi ta’ valvi f'bosta direzzjonijiet għandhom ikunu jidhru faċilment u mpoġġija permezz ta’ talji, buttuni u strumenti oħrajn tat-twaħħil. Derogi minn dan ir-rekwiżit huma permissibbli kull meta l-pożizzjonijiet li jmissu ma’ xulxin tal-manku operattiv jifformaw angolu ta’ 90º jew iżjed.

1.12.3. Valvi ta’ ritenzjoni u mekkaniżmi ta’ ritenzjoni li mhumiex użati biex jiddefinixxu l-kwantità mkejla għandhom, jekk meħtieġ, ikollhom valvi ta’ soljev sabiex jinxterdu pressjonijiet għoljin b'mod anormali li jistgħu jinqalgħu fis-sistema ta’ kejl.

1.13. Organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kejl.

Sistemi ta’ kejl għandhom jiġu installati b'tali manjiera li l-istrument indikattiv ikun jidher b'mod ċar taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali. L-istrument indikatur u, jekk preżenti, l-indikatur tal-gass tas-separatur tal-gass għandhom kemm jista’ jkun ikunu jistgħu jiġu osservati minn pożizzjoni waħda. L-istrumenti ta’ siġill għandhom ikunu faċilment aċċessibbli, il-pjanċi għandhom jitwaħħlu b'mod li ma jistgħux jinqalgħu u l-marki statutorji għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u b'mod ma jistgħux jitħassru.

1.14. Strumenti ta’ verifikazzjoni fuq il-post

Il-verifikazzjoni ta’ l-installazzjoni, kif provdut f'3.2 għandha tkun possibbli. Jekk ikun meħtieġ, għandu jkun hemm sistema ta’ pajpijiet li tirritorna l-likwidu mkejjel f'tank ta’ ħażna. L-installazzjoni għandha, skond kif ikun meħtieġ, tkun armata b'viti tat-temperatura u tal-pressjoni, speċjaliment meta l-operazzjoni jew l-ittestjar tas-sistemi ta’ kejl tkun tirrikjedi l-għarfien ta’ dawn il-fatturi.

1.15. Karatteristiċi ta’ sistema ta’ kejl.

Il-karatteristiċi ta’ sistema ta’ kejl huma kif ġej:

- rati ta' ċirkolazzjoni massimi u minimi,

- pressjoni massima ta’ operazzjoni,

- jekk meħtieġ, pressjoni minima ta’ operazzjoni,

- il-likwidu jew likwidi li għandhom jiġu mkejla u l-limiti ta’ viskosità, kinematika jew dinamika, meta indikazzjoni tax-xorta tal-likwidi waħedhom ma tkunx biżżejjed biex tistabbilixxi l-viskosità tagħhom,

- konsenja minima,

- il-marġni tat-temperatura fil-każ meta l-likwidu jkun jista’ jiġi mkejjel f'temperatura inqas minn - 10 ºC jew iktar minn + 50 ºC.

1.16. Marki

Sistema ta’ kejl, komponent jew sub-assemblaġġ li tkun ingħatat approvazzjoni tal-mudell għandha jkollha, b'mod li jinqara u li ma jistgħax jiġi mħassar, jew fuq il-wiċċ tal-mekkanismu indikatur jew fuq pjanċa speċjali deskrittiva, l-informazzjoni li ġejja:

(a) is-sinjal ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE;

(b) il-marka ta’ identifikazzjoni jew l-isem tal-manifattur;

(ċ) id-desinjazzjoni tal-manifattur, jekk ikun hemm;

(d) in-numru tas-serje u s-sena ta’ manifattura;

(e) il-karatteristiċi tas-sistema ta’ kejl kif definita f'1.15;

(f) kull informazzjoni supplimentari speċifikata fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-mudell.

Jekk diversi meters ikunu joperaw f'sistema waħda bl-użu ta’ komponenti komuni, il-marki meħtieġa għal kull parti tas-sistema jistgħu jingħalqu fuq pjanċa waħda.

Il-marki fuq il-wiċċ tal-mekkaniżmu indikattiv tal-meter li jifforma parti mis-sistema ta’ kejl ma għandhomx jikkontradixxu dawk fuq il-pjanċa deskrittiva tas-sistema ta’ kejl.

Jekk is-sistema ta’ kejl tkun tista’ tiġi trasportata mingħajr ma tiġi żarmata l-marki għal kull parti jistgħu jingħaqdu wkoll fuq panċa waħda.

1.17. Siġilli

L-issiġillar għandu preferibbilment isir permezz ta’ stampar biċ-ċomb. Madanakollu, ċerti siġilli magħmula b'pinzetti għandhom jitħallew isiru fuq strumenti fraġli jew meta dawn is-siġilli ikunu protetti biżżejjed kontra kull periklu ta’ ksur aċċidentali.

Is-siġilli għandhom f'kull każ ikunu faċilment aċċessibbli.

Għandu jkun hemm strumenti ta’ siġill fuq il-partijiet kollha tas-sistemi ta’ kejl li ma jistgħux jiġu protetti b'xi mod ieħor kontra operazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ir-reqqa tal-kejl. Madanakollu, m'għandux għalfejn ikun hemm strumenti ta’ siġill fuq konnessjonijiet li jistgħu jiġu żarmati biss permezz ta’ għodda.

L-istrumenti ta’ siġill għandhom jiġu disinjati b'tali mod li tkun tista’ tiġi mwaħħla l-marka ta’ verifikazzjoni parzjali u inizjali tal-KEE.

Għandu jkun possibbli li wieħed jissiġilla l-pjanċa ta’ stampar imsemmija f'3.3.2.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE ma’ bażi tas-sistema ta’ kejl. Din tista’ tingħaqad mal-pjanċa deskrittiva fuq is-sistema ta’ kejl msemmija f'1.16.

Fil-każ ta’ sistema ta’ kejl użata għal likwidi li jinxtorbu, is-siġilli m'għandhomx jiġu mwaħħla, ħalli s-sistema tkun tista’ tiġi żarmata għall-iskopijiet ta’ tindif.

2. REKWIŻITI SPEĊJALI GĦAL TIPI DIFFERENTI TA’ SISTEMI TA’ KEJL

Sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu [2]

2.1.1. Sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu huma sistemi ta’ kejl intenzjonati għall-konsenja ta’ fjuwil likwidu fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ vetturi ta’ fuq it-triq.

Sistemi ta ‘kejl użati għal dgħajjes tad-divertiment tat-tip ‘refuelling’ u ajruplani żgħar bi fjuwil likwidu għandhom jiġu meqjusa bħala sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu.

Dawn jistgħu jinkludu l-arranġamenti ta’ provista tagħhom jew jiġu disinjati għal installazzjoni f'sistema ta’ provista ċentrali.

Il-proporzjon bejn ir-rati ta’ ċirkolazzjoni massimi u minimi ta’ dawn is-sistemi għandu jkun ta’ mill-inqas 10: 1.

2.1.2. Meta s-sistema ta’ kejl ikollha l-arranġament ta’ provista tagħha stess, għandu jiġi installat, jekk possibbli, separatur tal-gass immedjatament ’il fuq miċ-ċirkolazzjoni tad-daħla tal-meter.

Dan is-separatur tal-gass għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ 1.6.2.1.4 jew 1.6.2.1.5 [3].

F'dan il-każ ta’ l-aħħar, ebda strument ‘blow-off' kif imsemmi f'1.7.5 m’għandu jkun permess.

2.1.3. Meta s-sistema ta' kejl tkun disinjata għal installazzjoni f'sistema ta’ provista ċentrali għal ‘refuelling’ minn distanza, ir-regoli ġenerali ta’ 1.6 għandhom jiġu applikati.

2.1.4. Sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu għandhom jiġu armati bi strument li jerġa jpoġġi l-indikatur tal-volum fuq żero b'mod konformi ma’ 1.1, 1.2, 1.3 u 1.5 ta’ l-Anness tad-Direttiva 71/348/KEE, kif ukoll totalizzant tal-volum.

Meta dawn is-sistemi jinkorporaw ukoll indikatur ta’ prezz, l-indikatur għandu jkun armat bi strument li jerġgħa jpoġġih fuq żero.

Strumenti li jerġgħu jpoġġu l-indikatur tal-prezz u l-indikatur tal-volum lura fuq żero għandhom jiġu inkorporati b'tali mod li t-treġġija lura ta’ xi wieħed minn dawn l-indikaturi fuq żero awtomatikament treġġa lill-ieħor lura għal żero wkoll.

2.1.5. Meta s-sistema ta’ kejl għal fuels likwidi jkollha l-arranġament ta’ provista tagħha operata permezz ta’ mutur elettriku, għandu jiġi armat strument li, wara li jkun waqaf il-mutur, iwaqqaf il-konsenja ulterjuri tal-likwidu sakemm l-indikatur ma jitreġġax lura għal żero.

Taħt ebda ċirkostanzi m'għandha tkun possibbli t-treġġija lura għal żero waqt li tkun qiegħda ssir konsenja.

2.1.6. L-istrument ta’ mingħajr ritorn imsemmi f' 1.8.4 għandu jkun obbligatorju. Għandu jiġi installat bejn l-eliminatur tal-gass u l-meter. Madanakollu jista’ jitpoġġa immedjatament iktar ’l isfel mill-meter jekk l-eliminatur tal-gass jiġi installat ’il fuq mil-livell tal-meter. F'dan il-każ, jista’ jingħaqad ma’ l-istrument imsemmi f'1.8.3. Meta l-istrument ta’ mingħajr ritorn ikun installat bejn l-eliminatur tal-gass u l-meter, it-telf fil-pressjoni riżultanti għandha tkun baxxa biżżejjed li tista’ tiġi meqjusa bħala negliġibbli.

2.1.7. Il-pajpijiet fuq sistemi ta’ kejl b'pajp mimli għandhom jinkorporaw mekkaniżmu ta' għeluq bl-idejn li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ 1.8.6. Jista’ jiġi inkorporat ukoll mekkanismu ta’ għeluq awtomatiku.

Sistemi ta’ kejl ta’ pajp mimli forniti biss permezz ta’ pompa mħaddma bl-idejn, għandu ikollhom biss il-mekkaniżmu ta’ għeluq msemmi f'1.8.6.

2.1.8. Sistemi ta’ kejl b'rata ta’ ċirkolazzjoni massima ta' 60 litru/minuta għandha jkollha konsenja minima ta’ mhux iktar minn ħames litri.

2.1.9. Meta l-meter ikun armat bi stamperija ta’ biljetti, l-istrument li jistampa l-biljetti għandu jkun mqabbad ma’ l-istrument li jreġġa l-indikatur tal-volum lura għal żero. Dan l-arranġament għandu jippermetti li l-biljett jiġi kontrollat wara l-istampar b'paragun ma’ l-indikazzjoni murija.

2.1.10. B'mod konformi ma’ 3.2, il-verifikazzjoni inizjali tas-sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu għandha titwettaq fi stadju wieħed jew f'żewġ stadji, skond jekk ikollhomx sistema ta’ provista tagħhom stess jew le.

2.2. Sistemi ta’ kejl armati ma’ tankers tat-toroq għat-trasport u konsenja ta’ liwidi b'viskosità baxxa viskosità= 20 mPa-s) maħżuna fi pressjoni atmosferika, ħlief għal likwidi li potabbli.

2.2.1. Ir-rekwiżiti ta’ 2.2 għandhom japplikaw għal sistemi ta’ kejl armati ma’ tankers ta’ fuq it-toroq jew ma’ tankijiet trasportabbli.

Sistemi ta’ kejl jistgħu jiġu installati fuq tankers ta' fuq it-triq li jkun fihom kompartament wieħed jew iżjed, f'liema każ kull kompartament għandu jiġi armat bil-valv ta’ għeluq tiegħu stess (manwali jew awtomatiku).

2.2.2. B'mod konformi mar-regoli nazzjonali dwar użu, jekk dawn ikunu jeżistu, kull sistema ta’ kejl għandha tintuża għal prodott speċifikat jew għal kategorija ta’ prodotti fir-rigward ta’ liema l-meter ikun ingħata approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

Is-sistema ta’ pajpijiet għandha tiġi disinjata b'tali mod li t-taħlit ta’ prodotti fis-sistema ta’ kejl ikun jista’ jiġi evitat faċilment.

2.2.3. Meta tankijiet ikunu armati ma’ trejlers jew semi-trejlers, is-sistemi ta’ kejl jistgħu jiġu mwaħħla jew mat-trakter jew mat-trejler jew semi-trejler.

2.2.4. Sistema ta’ kejl armata ma’ tanker ta’ fuq it-triq tista’ tkun tat-tip tal-pajp vojt jew pajp mimli. Jista’ jkollha wkoll jew pajp vojt u pajp mimli jew żewġ pajpijiet mimlijin ta’ dimensjonijiet differenti rranġati b'tali mod li jkunu jistgħu jitħaddmu alternattivament.

It-tibdil m'għandux ikun possibbli waqt operazzjoni ta’ kejl.

2.2.5. Meta l-meter ikun armat bi stamperija ta’ biljetti, l-istampar tal-biljett għandu jkun abbinat mat-treġġija lura għal żero ta’ indikatur tal-volum.

2.2.6. Sistema ta’ kejl armata ma’ tanker ta’ fuq it-triq tista’ tiġi disinjata biex topera biss permess ta’ pompa, bil-gravità biss, jew bil-pompa jew bil-gravità, jew bil-pressjoni tal-gass.

2.2.6.1. Sistemi ta’ kejl forniti biss minn pompa jistgħu joperaw bħala sistemi ta’ pajp mimli jew ta’ pajp vojt.

2.2.6.1.1. Jekk ikun hemm riskju li l-kondizzjoni f'1.6.2.4 tista' ma tiġix sodisfatta, qabel il-meter għandu jkun hemm eliminatur ta’ gass bħal:

(a) separatur tal-gass addattat, li għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ 1.6.2.1.4 jew 1.6.2.1.5 [4];

(b) estrattur tal-gass;

(ċ) estrattur tal-gass speċjali.

Meta l-pressjoni fl-iżbokk tal-meter fis-sistema ta’ kejl tkun tista’ taqa’ taħt il-pressjoni atmosferika imma tibqa’ iktar għolja mill-pressjoni tal-fwar saturat tal-likwidu mkejjel, dawn l-istrumenti għandhom jingħaqdu ma’ mekkaniżmu awtomatiku li jirrallenta u jwaqqaf iċ-ċirkolazzjoni, ħalli jżomm l-arja milli tgħaddi ġol-meter.

Jekk ma jkun hemm ebda riskju li l-pressjoni fl-iżbokk tal-meter taqa’ taħt il-pressjoni atmosferika (li huwa l-każ, b'mod partikolari, f'sistemi li joperaw biss fuq pajp mimli) ma jkunux meħtieġa mekkaniżmi li jirrallentaw u jwaqqfu ċ-ċirkolazzjoni.

2.2.6.1.2. L-estrattur ta’ gass speċjali bi strument ta’ waqfien awtomatiku għandu jiġi armat bi ħġieġa minn fejn wieħed jista’ jħares b'mod konformi ma’ 1.1.8.

2.2.6.1.3. Il-kompartamenti f'tankers ta’ fuq it-triq għandhom ikunu armati bi strument kontra t-tidwir, ħlief meta s-sistema ta’ kejl ikollha separatur ta’ gass b’mod konformi mal-parti 1.6.2.1.4.

2.2.6.2. Sistemi ta’ kejl li jaħdmu biss permezz tal-gravità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

2.2.6.2.1. L-apparat għandu jiġi disinjat b'tali mod li l-kontenut totali tal-kompartament jew kompartamenti jkunu jistgħu jiġu mkejla b'rata ta’ ċirkolazzjoni ikbar jew daqs ir-rata ta’ ċirkolazzjoni minima tas-sistema ta’ kejl.

2.2.6.2.2. Jekk ikun hemm konnessjonijiet mal-fażi gassuża fit-tank, strumenti xierqa għandhom iwaqqfu l-gass milli jidħol fil-meter.

2.2.6.2.3. Il-kompartamenti tat-tank għandhom ikunu armati bi strument għal kontra t-tidwir.

2.2.6.2.4. Ir-rekwiżiti ta’ 1.6.3.1, 1.6.3.2 u 1.6.3.4 għandhom japplikaw. Pompa ta’ aċċelarazzjoni tista’ tintuża iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-punt ta’ trasferiment jekk il-kondizzjonijiet hawn fuq imsemmija jkunu sodisfatti. Pompa ta’ din ix-xorta m'għandhiex tippermetti ebda waqa’ fil-pressjoni tal-meter.

2.2.6.2.5. F'xi sistemi ta’ kejl, partikolarment dawk li jkollhom estrattur ta’ gass sepċjali bi strument ta’ waqfien awtomatiku u dawk li jkollhom komunikazzjoni ta’ ventilazzjoni permanenti ma’ l-astmosfera immedjatament ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-punt ta’ trasferiment, indikatur ta’ gass m'huwiex meħtieġ.

Madanakollu, f'sistemi ta’ kejl b'ventilatur ta' l-arja manwali immedjatament ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-punt ta’ trasferiment, indikatur ta’ gass għandu jkun obbligatorju ħlief f'sistemi meta l-pressjoni ma tistax taqa’ taħt il-pressjoni atmosferika.

2.2.6.3. Sistemi ta’ kejl li jistgħu joperaw jew bil-pompa jew bil-gravità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 2.2.6.1 u 2.2.6.2.

2.2.6.4. Sistemi ta’ kejl forniti biss permezz ta’ pressjoni tal-gass jistgħu joperaw bħala sistemi ta’ pajp mimli jew ta’ pajp vojt. Is-sistema ta’ pajpijiet li tikkomunika l-istrument li jwaqqaf il-gass milli jidħol fil-meter, kif speċifikat f'1.6.3.3, u l-meter innifsu, m'għandhomx jinkorporaw xi kostrizzjoni jew komponent li aktarx jista’ jikkawża telf fil-pressjoni li tiġġenera formazzjoni gassuża bili tirrilaxxa l-gass li jkun maħlul fil-likwidu.

Sistemi bħal dawn għandhom jinkorporaw manometer li jindika l-pressjoni ġewwa t-tank. Iż-żona ta' pressjonijiet permissibbli għandha tintwera fuq il-wiċċ tal-manometer.

2.3. Sistemi għat-tkejjil tar-riċezzjoni waqt il-ħatt ta’ tankers marittimi, tal-ferroviji jew ta’ fuq it-toroq

2.3.1. Sistemi ta’ kejl disinjati biex ikejlu l-volum ta’ likwidi imħottin minn tankers marittimi, tal-ferroviji u ta’ fuq it-toroq għandhom jinkorporaw tank intermedjarju fejn il-livell jiddetermina l-punt ta’ trasferiment.

It-tank intermedjarju jista’ jiġi disinjat biex ikun adattat għall-eliminazzjoni ta’ gass.

2.3.1.1. Fil-każ ta’ tankers ta’ fuq it-triq u tal-ferroviji, it-tank intermedjarju għandu awtomatikament iżomm livell kostanti li huwa viżibbli jew li b'xi mod ieħor jista’ jintgħaraf fil-bidu u meta titlesta l-operazzjon ta’ kejl. Il-varjazzjonijiet permissibbli fil-livell kostanti għandhom jaqblu ma’ volum ta’ mhux iktar mill-iżball massimu permissibbli għar-riċezzjoni minima.

2.3.1.2. Fil-każ ta’ tankers marittimi, m’hux meħtieġ li jkun hemm manutenzjoni awtomatika ta’ livell kostanti; jekk ikun hemm din ix-xorta ta’ manutenzjoni, il-varjazzjonijiet fil-kontenut għandhom jitkejlu.

Jekk it-tanker marittimu jiġi żvujtat permezz ta’ pompi li jinsabu fil-qiegħ tat-tanker, ikun hemm bżonn li jintuża t-tank intermedjarju biss fil-bidu u fit-tmiem tar-riċezzjoni.

2.3.1.3. Fiż-żewġ każijiet msemmija f'2.3.1.1 u f'2.3.1.2, il-kontro-sezzjoni tat-tank intermedjarju għandha tkun tali li kwantità daqs l-iżball massimu permissibbli għar-riċezzjoni minima tkun taqbel mad-differenza fil-livell ta’ mill-inqas 2 mm.

2.4. Sistemi ta’ kejl, kemm jekk ikunu ma jiċċaqalqux jew armati ma’ tankers ta’ fuq it-triq, għall-kejl ta’ gass bil-pressjoni u likwefatt (esklużi likwidi ċiroġeniċi)

2.4.1. Għandu jkun hemm konnessjoni permanenti matul is-sistema ta’ pajpijiet riġida bejn dawn is-sistemi ta’ kejl u t-tankijiet li jissupplixxuhom. Valv ta’ mingħajr ritorn għandu jiġi armat bejn it-tankijiet li jissupplixxu u l-meter.

2.4.2. Strument għaż-żamma tal-pressjoni mpoġġija iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter għandha tassigura li l-prodott ikun fi stat likwidu ġewwa l-meter waqt il-proċess ta’ kejl. Il-pressjoni meħtieġa tista’ tinżamm jew fuq valur fiss jew fuq valur aġġustat biex ikun addattat għall-kondizzjonijiet tat-tkejjil.

2.4.2.1. Jekk il-pressjoni tinżamm fuq valur fiss, dak il-valur għandu jkun ta’ mill-inqas daqs il-pressjoni tal-fwar tal-prodott f'temperatura 15 ºC ogħla mill-ogħla possibbli f'temperatura waqt l-użu. Għandu jkun possibbli li ladarba l-istrument għaż-żamma tal-pressjoni jiġi ffissat, din il-fissazzjoni tiġi siġillata.

2.4.2.2. Meta l-pressjoni tiġi aġġustata biex tkun addattata għal kondizzjonijiet ta’ kejl, din għandha taqbeż il-pressjoni tal-fwar tal-likwidu b'ta’ mill-inqas 100 kPa (1 bar) waqt it-tkejjil. Din il-funzjoni għandha tkun awtomatika.

2.4.2.3. Fil-każ ta’ sistemi ta’ tkejjil li ma jiċċaqalqux għal użu industrijali, is-servizz ta’ metroloġija kompetenti jista' jawtorizza l-użu ta’ strumenti taż-żamma tal-pressjoni li jistgħu jiġu aġġustati bl-idejn, f'liema każ il-pressjoni fl-iżbokk tal-meter m'għandhiex tkun inqas mill-pressjoni tal-fwar tal-prodott f'temperatura ta’ 15 ºC iktar mit-temperatura tal-likwidu waqt it-tkejjil. Għandha titwaħħal dijagramma mas-sistema ta’ kejl sabiex turi l-pressjoni tal-fwar tal-prodott imkejjel bħala funzjoni tat-temperatura tagħha. Jekk ikun antiċipat li dawn is-sistemi ta’ kejl jista’ jkun li jkollhom joperaw għal perjodi twal mingħajr sorveljanza, it-temperatura u l-pressjoni għandhom jiġu reġistrati kontinwament minn apparat li jirrekordja.

2.4.3. Strument għall-eliminazzjoni ta’ gass għandu jiġi provdut ’il fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter li jikkonsisti jew f'separatur tal-gass jew f'tray tal-kondensazzjoni.

2.4.3.1. Is-separatur tal-gass għandu jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali stipulati fis-sezzjoni 1 jew għall-gass likwefatt innifsu jew għal likwidu ta’ viskosità ikbar.

Madanakollu, minħabba d-diffikultà ta’ verifikazzjoni, huwa permissibbli li separatur tal-gass jiġi approvat jekk il-volum effettiv tiegħu ma jkunx inqas minn 1.5% tal-volum konsenjat f'minuta waħda b'rata ta’ ċirkolazzjoni massima f'każijiet fejn il-pajp li jikkomunika l-meter mat-tank tal-ħażna ma jkunx iktar minn 25 m twil, Jekk jaqbeż il-25 m fit-tul, il-volum effettiv tas-separatur tal-gass m'għandux ikun inqas minn 3 % tal-volum konsenjat f'minuta waħda b'rata ta’ ċirkolazzjoni massima.

M'huwiex meħtieġ li wieħed jarma indikatur ta’ gass jew ħġieġa minn fejn wieħed iħares ma’ sistemi tat-tkejjil ta’ gass likwefatt.

Il-pajp għall-evakwazzjoni tal-gass jista’ jiġi mqabbad ma’ l-ispazju li fih il-fażi tal-gass fit-tank ta’ provista jew ma’ strument għaż-żamma tal-pressjoni miżmum fih innifsu ssettjat fuq pressjoni ta’ 50 sa 100 kPa (0.5 sa 1 bar) taħt il-pressjoni fl-iżbokk tal-meter. Dan il-pajp jista’ jinkorpora valv li jagħlaq għal kollox, imma ma għandux ikun possibbli li dan il-valv jingħalaq waqt proċess ta’ kejl.

2.4.3.2. Il-volum tal-tray tal-kondensazzjoni għandu jiddependi fuq il-volum tas-sistema ta' pajpijiet bejn it-tank tal-valv tal-provista u l-valur ta’ żamma ta’ pressjoni ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter. M'għandux ikun inqas mid-doppju tal-volum tal-likwidu li aktarx ikun sejjer jonqos jekk it-temperatura taqa’ b'valur konvenzjonalment iffissat bħala 10 oC għal sistema ta’ pajpijiet esposta għall-atmosfera u 2 oC għal sistemi ta’ pajpijiet midfuna jew termalment iżolati. Għall-valutazzjoni tal-volum, koeffiċjenti ta’ espansjoni termali ta’ 3.10-3 għal kull grad Celsius għal propan u propilin u 2.10-3 għal kull grad Celsius għal butan u butadin għandhom jintużaw minnflok valuri eżatti. Għal prodotti oħrajn bi pressjoni ta’ fwar għolja, il-valuri tal-koeffiċjent li għandhom jiġu adottati għandhom jiġu ffissati mis-servizz ta’ metroloġija kompetenti

It-tray kondensatur għandu jiġi armat bi strument ‘blow- off' imħaddem bl-idejn.

F'sistema ta’ kejl, it-tray tal-kondensatur għandu jitpoġġa fl-għola punt fis-sistema ta’ pajpijiet.

Il-volum kalkulat skond il-metodu hawn fuq imsemmi jista’ jinqasam fuq bosta trays kondensaturi li jkunu jinsabu fil-punti l-iktar għoljin tas-sistema tal-pajpijiet.

2.4.4. Għandu jkun hemm thermowell fil-viċinanzi immedjati tal-meter. It-termometru użat għandu jkollu intervall bl-iskala ta’ mhux iktar minn 0.5 ºC u għandu jiġi verifikat.

Għandu jiġi armat manometer bejn il-meter u l-valv taż-żamma tal-pressjoni.

Għal sistemi ta’ kejl inkorporati f'tankers ta' fuq it-triq, sokit ta’ manometer għandha tkun biżżejjed.

2.4.5. Meta l-proċess ta’ kejl isir fuq sistema armata ma’ tanker ta' fuq it-triq, m'għandu jkun hemm ebda konnessjoni bejn il-fażijiet tal-gass fit-tank tal-provista u t-tank ta’ riċezzjoni.

2.4.6. Valvi ta’ sigurtà jistgħu jiġu inkorporati fis-sistemi ta’ kejl għall-iskop li tiġi evitata pressjoni għolja b'mod anormali. Jekk dawn il-valvi ikunu jinsabu ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni tal-meter, dawn għandhom jiftħu fl-atmosfera jew jiġu konnessi mat-tank ta’ riċezzjoni.

Taħt ebda ċirkostanzi m'għandhom il-valvi ta’ sikurezza li jinsabu ’l fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter jiġu konnessi b'pajpijiet li jibbajpassjaw il-meter tal-valvi li jinsabu iktar ’l isfel fiċ-ċirkolazzjoni.

2.4.7. Jekk il-kondizzjonijiet ta’ ħidma jinneċessitaw l-użu ta’ pajpijiet li jinqalgħu, il-pajpijiet għandhom jibqgħu mimlijin jekk il-volum tagħhom ikun ikbar mill-iżball massimu permissibbli għall-konsenja minima.

Pajpijiet mimlijin li jinqalgħu għandhom ikunu armati b'konnessjonijiet speċjali coupler għal pajpijiet mimlijin. Strumenti manwali ‘blow- off' għandhom jiġu provduti, jekk meħtieġa, fit-truf ta’ dawn il-pajpijiet.

2.4.8. Il-valv ta’ sorveljanza ta’ l-istrument li jagħlaq doppju speċifikat f'1.11 għal kull sistema ta’ pajpijiet li tibbajpassja l-meter għandu jkun kapaċi jiġi magħluq għal raġunijiet ta’ sigurezza. F'dawn il-każijiet, manometer armat bejn iż-żewġ valvijet shut-off jew kull sistema ekwivalenti oħra għandu jissorvelja kull telf ta’ likwidu.

2.5. Sistemi ta’ kejl għall-ħalib

2.5.1. Ir-rekwiżiti ta’ 2.5 għandhom japplikaw għal sistemi ta’ kejl li jistgħu jinġarru u li huma użati biex jissorveljaw ir-riċezzjoni ta’ ħalib minn tankers li jiġbru, għal sistemi fissi ta’ kejl użati għar-riċezzjoni u għal sistemi li jistgħu jinġarru jew dawk fissi użati għall-konsenja tal-ħalib.

2.5.2. F'apparat ta’ riċezzjoni, il-punt ta’ trasferiment għandu jikkonsisti f'livell kostanti f'tank li jinsab ’l fuq fiċ-ċirkolazzjoni mill-meter. Dan il-livell kostanti għandu jkun viżibbli qabel u wara kull operazzjoni ta’ kejl, u għandu jerġa’ jiġi stabbilit awtomatikament.

2.5.2.1. Jekk il-meter ikun fornit minn pompa, it-tank ta’ livell kostanti jista’ jiġi installat qabel il-pompa jew bejn il-pompa u l-meter.

2.5.2.1.1. Fl-ewwel każ it-tank jista’ hu nnifsu jiġi fornit permezz tal-gravità, permezz ta’ l-iżvujtar ta’ chums, jew bl-għajnuna ta’ pompa awżiljari jew sistema vakum.

Jekk il-ħalib jiġi kkonsenjat f'tank bl-għajnuna ta’ pompa jew ta’ sistema vakum, ikun meħtieġ eliminatur tal-gass; dan l-eliminatur jista’ jingħaqad ma’ tank ta’ livell kostanti.

2.5.2.1.2. Fit-tieni każ, it-tank ta’ livell kostanti għandu jaħdem bħala eliminatur ta’ gass.

2.5.2.2. Minkejja r-rekwiżiti ta’ 1.8.3, il-meter jista’ jaħdem bl-għajnuna ta’ sistema vakum. F'dan il-każ, billi l-pressjoni ġewwa s-sistema ta’ pajpijiet bejn it-tank ta’ livell kostanti u l-meter hija iktar baxxa mill-pressjoni atmosferika, il-konnessjonijiet tas-sistema ta’ pajpijiet għandhom ikunu perfettament issiġillati kontra t-telf ta’ likwidi. Għandu ikun possibbli li wieħed jikkontrolla kemm jagħlqu sew.

2.5.2.3. Fil-każijiet kollha ta’ riċezzjoni, is-sistema ta’ pajpijiet ’l fuq fiċ-ċirkolazzjoni tal-livell kostanti għandha tiġi żvujtata kompletament permezz ta’ mekkanismu awtomatiku taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali.

2.5.2.4. Il-livell kostanti għandu jiġi sorveljat permezz ta’ ħġieġa minn fejn wieħed iħares jew indikatur ta’ livell. Il-livell għandu jitqies bħala kostant meta joqgħod f'żona li tinsab bejn żewġ linji li jaqblu mad-differenza fil-volum ta’ mhux iktar mid-doppju ta’ l-iżball massimu permissibbli fuq konsenja minima. Id-distanza bejn iż-żewġ linji għandha tkun ta’ mill-inqas 15 mm.

2.5.2.5. Jekk, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ 2.5.2.4, mekkaniżmi deċeleranti jiġu inkorporati fis-sistema ta’ kejl, ir-rata ta’ ċirkolazzjoni waqt il-perjodu ta’ deċelerazzjoni ma tistax taqa’ taħt ir-rata ta’ ċirkolazzjoni minima tal-meter.

2.5.2.6. Jekk, f'apparat ta’ riċezzjoni, il-likwidu mkejjel ikun mwassal f'livell iktar baxx min dak tal-meter, m’għandu jkun hemm mekkaniżmu awtomatiku li jiżgura li jkun hemm pressjoni iktar għolja mill-pressjoni atmosferika fl-iżbokk tal-meter.

2.5.3. Sistemi ta’ kejl użati għall-konsenja ta’ ħalib għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sezzjoni 1.

2.5.4. Minkejja r-rekwiżiti ġenerali tas-sezzjoni 1 fir-rigward ta’ l-eliminazzjoni ta’ arja jew gass, apparat għall-eliminazzjoni ta’ gass għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ 1.6.1 taħt kondizzjonijiet operattivi biss, i.e. meta l-arja tidħol fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ kejl.

Għal apparat ta’ riċezzjoni, l-utent għandu jkun jista’ jivverifika kemm jagħlqu tajjeb il-konnessjonijiet ħalli ebda arja ma tidħol kontra l-kurrent tal-meter waqt it-tkejjil. Għal apparat ta’ konsenja, is-sistema għandha tiġi mmuntata b'mod li l-pressjoni likwida fil-pajpijiet ta’ konnessjoni li tiġri mit-tank ta’ provista tkun dejjem pożittiva.

3. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE U VERIFIKAZZJONI INIZJALI TAL-KEE

3.1. Approvazzjoni tal-mudell tal-KEE

3.1.1. Is-sistemi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE:

- sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu, msemmija f'2.1. Meta dawn is-sistemi ikunu disinjati għal installazzjoni f'sistema ta’ provista ċentrali, iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell għandu ikun akkumpanjat b'tpinġija waħda jew iżjed f'forma ta’ spesimen li turi l-kondizzjonijiet għall-immuntar fil-post ta’ użu,

- sistemi ta’ kejl armati ma’ tankers ta’ fuq it-triq għat-trasport u l-konsenja ta’ likwidi ta’ viskosità baxxa (viskosita’ = 20mPa-s) maħżuna fi pressjoni atmosferika (ħlief għal likwidi li jistgħu jinġarru), imsemmija f'2.2,

- sistemi ta’ kejl ta’ gass likwefatt taħt pressjoni armati ma’ tankers ta' fuq it-triq, imsemmija f'2.4,

- sistemi ta’ kejl għar-riċezzjoni ta’ ħalib, imsemmija f'2.5.

3.1.2. Testijiet

3.1.2.1. Waqt li jkunu qegħdin isiru testijiet, il-livelli tax-xogħol u l-użu tagħhom għandu jiġi stabbilit b'tali mod li n-nuqqas ta’ reqqa fil-kejl tal-metodu ta’ kalibrazzjoni ma jaqbiżx il-wieħed fuq ħamsa ta’ l-iżball massimu permissibbli għas-sistema ta’ kejl li tkun qiegħda tiġi eżaminata.

3.1.2.2. Test tal-meter

Huwa l-ewwel neċessarju li tiġi stabbilita l-kurva ta’ żbalji bħala funzjoni tar-rata ta’ ċirkolazzjoni, permezz ta’ numru li huwa kbir biżżejjed ta’ punti ta’ kejl bejn ir-rata ta’ ċirkolazzjoni minima u dik massima. Huwa neċessarju li tiġi vverifikata b'mod partikolari l-wisgħa tal-marġni ta’ żbalji tal-meter fiż-żona; il-pożizzjoni tal-kurva ta’ l-iżbalji f'relazzjoni mal-lina żero hija ta’ importanza inqas.

Jista’ jkun neċessarju li jsiru testijiet li jmorru lil hinn mil-limiti rati ta’ ċirkolazzjoni permessi.

It-testijiet għandhom isiru wkoll kemm jista’ jkun fil-limiti operazzjonali, i.e. għat-temperaturi u viskositajiet massimi u minimi speċifikati u għall-konsenja minima.

Ħlief fil-każ ta’ testijiet għal konsenja minima, il-volum tat-test għandu jintgħażel kbir biżżejjed b'mod li jkun assikurat li l-valur ta’ l-iskala ta’ l-indikatur qatt ma jkun ikbar minn terz ta’ l-iżball massimu permissibbli.

Meta approvazzjoni tal-mudell tal-KEE tkun diġà ingħatat fir-rigward tal-meter u ta’ l-apparat anċillari tiegħu, huwa neċessarju li jiġi verifikat jekk il-karatteristiċi tal-meter u tas-sistema ta’ kejl humiex kumpatibbli biżżejjed. Jekk ikun il-każ, il-meter ma għandux jingħadda minn iktar testijiet, imma l-konsenja minima tas-sistema ta’ kejl għandha tiġi stabbilita b'mod konformi ma’ 4.2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness tad-Direttiva 71/319/KEE.

Jekk il-karatteristiċi tal-meter ma jkunux kumpatibbli ma’ dawk tas-sistema ta’ kejl, jew jekk ma tkun ingħatat ebda approvazzjoni tal-mudell tal-KEE fir-rigward tal-meter (u ta’ l-apparat anċillari tiegħu), is-sistema ta’ kejl kollha għandha tiġi ttestjata b'mod konformi ma’ din id-Direttiva u mad-Direttivi 71/319/KEE u 71/348/KEE.

3.1.2.3. Testijiet għall-eliminazzjoni ta’ arja jew gass

It-testijiet għandhom juru li l-apparat għall-eliminazzjoni ta’ arja jew gass jissodisfa r-rekwiżiti ta’ 1.6.2.1.4, 1.6.2.1.5 u 1.6.2.2.4.

Meta jkunu armati separaturi tal-gass u estratturi speċjali tal-gass, l-eliminazzjoni kontinwa għandha tiġi kontrollata b'paragun tar-riżultati tal-kejl ta’ meter volumettriku xieraq imdaħħal skond il-kurrent tas-separatur (estrattur speċjali) biż-żieda ta’ arja jew gass jew mingħajr.

Meta jiġu armati estratturi speċjali, huwa neċessarju wkoll li jsiru testijiet għall-iżvujtar komplet tat-tank. Jekk possibbli, it-testijiet għandhom isiru bil-likwidu l-inqas favorevoli. F'testijiet fuq mock-ups jew mudelli fuq skala differenti mill-apparat attwali, għandhom jiġu meqjusa l-liġijiet ta’ similarità dwar viskosità (ReyNrulds), gravità (Froude) u tensjoni tal-wiċċ (Weber). Bħala regola ġenerali testijiet fuq mudelli għandhom isiru biss meta dan ikun ġustifikat.

3.1.2.4. Testijiet fuq sistemi ta’ kejl speċjali.

3.1.2.4.1. Sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu.

It-testijiet għandhom jikkonsistu f'dan li ġej:

(a) Iċċekkjar tal-meter, iċċekjar ta’ l-apparat anċillari u eżaminazzjoni ta’ l-influenza ta’ dan l-apparat (indikatur tal-prezz, printer, strument li jipprisettja, eċċ);

(b) Iċċekkjar ta’ l-eliminatur tal-gass;

(ċ) iċċekkjar ta’ kemm huwa kostanti l-volum tal-pajp;

(d) kontroll speċjali sabiex jiġi verifikat l-avvanz regolari ta’ l-indikatur tal-prezz (avvanz irregolari jista’ jiġi kkawżat fl-ewwel komponent ta’ l-indikatur tal-prezz permezz ta’ għeluq f'salt tal-valv tal-konsenja).

3.1.2.4.2. Sistemi għat-tkejjil ta’ gass likwefatt.

It-testijiet għandhom jikkonsistu f'dan li ġej:

(a) verifikazzjoni minn tpinġijiet tal-marġni ta’ effiċjenza u d-disinn tas-separaturi tal-gass;

(b) test ta’ ftuħ fuq l-eliminatur tal-gass (regolatur livell), li jista’ jiġi inkorporat fis-separatur tal-gass.

L-istrument għaż-żamma tal-pressjoni għandu jiġi verifikat ukoll fuq it-tpinġija. Test mudell jista’ jkun meħtieġ mill-awtorità ta’ spezzjoni f'każijiet speċjali.

3.2. Verifikazzjoni inizjali tal-KEE

3.2.1. Generali

3.2.1.1. Verifikazzjoni inizjali tal-KEE ta’ sistemi ta’ kejl tista’ titwettaq fi stadju wieħed jew tnejn.

3.2.1.1.1. Għandha titwettaq fi stadju wieħed meta s-sistema tkun kompletament manifatturata minn manifattur wieħed, tista’ tiġi trasportata mingħajr ma tiġi żarmata u meta tiġi verifikata taħt il-kondizzjonijiet li fihom hija intenzjonata li tiġi mħaddma.

3.2.1.1.2. Għandha titwettaq f'żewġ stadji fil-każijiet l-oħrajn kollha.

L-ewwel stadju jirrigwarda l-meter biss jew il-meter armat b'xi apparat anċillari li għandu jiġi assoċjat miegħu, kemm jekk ikun inkorporat f'sub-assemblaġġ u kemm jekk le.

It-testijiet ta’ l-ewwel stadju jistgħu jsiru fuq bank tat-testijiet (possibbilment fil-fabbrika tal-manifattur) jew fuq is-sistema ta’ kejl installata. F'dan l-istadju, l-eżamijiet metroloġiċi jistgħu jitwettqu b'likwidi apparti minn dawk fir-rigward ta’ liema s-sistema hija intenzjonata.

It-tieni stadju jirrigwarda s-sistema ta’ kejl taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni attwali. Dan għandu jsir fil-post ta’ installazzjoni, taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni, u bil-likwidu li għalih hija intenzjonata s-sistema.

Madanakollu, it-tieni stadju jista’ jitwettaq f'post magħżul mis-servizz metroloġiku konċernat meta s-sistemi ta’ kejl jistgħu jiġu trasportati mingħajr ma jiġu żarmati u t-testijiet jistgħu jitwettqu taħt il-kondizzjonijiet fejn is-sistema ta’ kejl hija intenzjonata li tiġi mħaddma.

3.2.2. Testijiet

3.2.2.1. Meta l-verifikazzjoni inizjali tal-KEE titwettaq fi stadju wieħed, it-testijiet kollha msemmija f'3.2.2.2 għandhom jitwettqu.

3.2.2.2. Meta t-testijiet isiru f'żewġ stadji:

L-ewwel stadju għandu jikkonsisti f’:

- eżamijiet tal-konformità tal-meter, inkluż kull apparat anċillari (konformità mal-mudelli rispettivi),

- eżami metroloġiku tal-meter, inkluż apparat anċillari mibni ġewwa.

It-tieni stadju għandu jikkonsisti f’:

- eżami tal-konformità tas-sistema ta’ kejl, inkluż il-meter u l-apparat anċillari,

- eżami metroloġiku tal-meter u apparat anċillari fis-sistema ta’ kejl,

- test ta’ operazzjoni fuq l-eliminazzjoni tal-gass, jekk armat; m'huwiex neċessarju li wieħed jikkontrolla jekk inqabżux l-iżbalji massimi permissibbli għal dan l-istrument kif stipulat f'1.6,

- spezzjoni ta’ l-aġġustament ta’ l-istrument għaż-żamma tal-pressjoni metħieġa,

- verifikazzjoni ta’ varjazzjonijiet fil-volum intern ta’ pajpijiet f'sistemi ta’ pajpijiet mimlijin,

- Determinazzjoni tal-kwantitajiet residwali f'sistemi ta’ pajp vojt. '

[1] L-esperjenza turi li r-rekwiżit msemmi fis-subparagrafi (a) u (b) huwa ġeneralment sodisfatt minn separatur mibni separatament jekk il-volum effettiv tiegħu jkun ta’ mill-inqas daqs 8% tal-volum konsenjat f'minuta biċ-ċirkolazzjoni massima indikata fuq il-pjanċa tas-sistema tal-kejl.

[2] Disposizzjonijiet addizzjonali għandhom jiżdiedu wara dwar sistemi ta’ kejl ta’ fjuwil likwidu li jinkorporaw:

- meters tat-taħlit ta’ fuels tal-muturi,

- meters tat-taħlit ta’ fuels u lubbrikanti tal-muturi,

- indikaturi elettriċi jew elettroniċi u strumenti anċillari,

- strumenti self-service, u

- sistemi ta’ kejl intenzjonati għall-provista ta’ gass likwefatt.

[3] Fil-każ ta’ separaturi li jikkonforaw ma’ 1.6.2.1.5. l-esperjenza turi li r-rekwiżit huwa ġeneralment sodisfatt jekk il-volum effettiv tas-separatur ikun ta’ mill-inqas 5 % tal-volum fornit f'minuta waħda bir-rata massima ta’ ċirkolazzjoni indikata fuq il-pjanċa tal-miter.

[4] Fil-każ ta’ separaturi li jikkonforaw ma’ 1.6.2.1.5. l-esperjenza turi li r-rekwiżit huwa ġeneralment sodisfatt jekk il-volum effettiv tas-separatur ikun ta’ mill-inqas 5 % tal-volum fornit f'minuta waħda bir-rata massima ta’ ċirkolazzjoni tas-sistema ta’ kejl.

--------------------------------------------------