31977D0795

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru, 1977 li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità

Official Journal L 334 , 24/12/1977 P. 0029 - 0036
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0146
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0084
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0084
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0071
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0071
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 63 - 70


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

tat-12 ta’ Diċembru, 1977

li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità

(77/795/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-programmi ta’ l-azzjoni 1973 [3] u 1977 [4] tal-Komunitajiet Ewropew dwar l-ambjent jipprovdu għall-introduzzjoni ta’ proċedura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn is-sorveljanza tat-tniggiz u n-networks tal-kontroll;

Billi tali proċedura hija neċessarja sabiex tiddetermina il-livelli tat-tniġġiż fix-xmajjar fil-Komunità u għalhekk biex tistabbilixxu linji għall-kontroll tat-tniġġiż u frustrazzjonijiet, li hija waħda mill-oġġettivi tal-Komunità dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien u l-iżvilupp armonjuż ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-partijiet kollha tal-Komunità; billi ma saret l-ebda disposizzjoni fit-Trattat għal poteri speċifċi meħtieġa għal dan il-għan;

Billi tali skambju ta’ informazzjoni dwar il-livelli ta’ tniġġiż huwa wieħed mill-meżżi ta’ kontroll tat-tendenzi fit-tul u t-titjib li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli kurrenti nazzjonali tal-Komunità;

Billi l-iskambju ta’ l-informazzjoni li hemm provvediment dwaru f’din id-Deċiżjoni għandu jippermetti għal paragun sinjifikanti kemm jista’ jkun tar-riżultati miksuba fl-istazzjonijiet tal-kampjuni u tal-kejl;

Billi l-iskambju ta’ l-informazzjoni li hemm provvediment dwaru f’din id-Deċiżjoni għandu jħejji l-pedamenti għall-sistema ta’ kontroll tat-tnġġiż fl-ilma ħelu tal-wiċċ f’livell tal-Komunità u jista’ jikkostitwixxi komponent għal sistema ta’ kontroll globali ta’ l-ambjent li hemm provvediment dwaru fil-programm ta’ l-ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti;

Billi sabiex jintlaħqu dawn l-oġġettivi l-Istati Membri jridu jissottomettu lill-Kummissjoni data relatata ma’ ċerti parametri għall-ilma ħelu tal-wiċċ; billi l-Kummissjoni trid tikkomponi rapport konsolidat li hi tittrasmetti lill-Istati Membri;

Billi l-lista ta’ l-istazzjonijiet fl-Anness I tista’, vantaġġjusament, tiġi modifikata mill-Kummissjoni fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat, sakemm ċerti kriterji jintlaħqu;

Billi l-progress tekniku jitlob li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adattati fil-pront; billi, sabiex jiġu faċilitati l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, għandha ssir disposizzjoni għall-proċedura li tistabbilixxi l-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat biex tiġi adattata din id-Deċiżjoni għall-progress tekniku

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Proċedura komuni għall-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità hija hawnhekk stabbilita.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni "stazzjonijiet li jiehdu jew ikejjlu l-kampjuni" jfissru l-istazzjonijiet imniżżla fl-Anness I.

2. L-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri mniżżla fl-ewwel kolonna ta’ l-Anness II koperta bl-iskambju ta’ l-informazzjoni għandha tkun:

(a) ir-riżultati tal-kejl magħmul mill-istazzjonijiet li jieħdu jew ikejjlu kampjuni;

(b) deskrizzjoni tat-teħied ta’ kampjuni, priservazzjoni tal-kampjuni w metodi ta’ kejl użati u l-frekwenza tat-teħied ta’ kampjuni

Artikolu 3

1. Kull Istat Membru għandu jinnomina aġenzija ċentrali u jinforma l-Kummissjoni biha fi żmien 15-il ġurnata min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

2. L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 2(2) għandha tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni mill-aġenzija ċentrali f’kull Stat Membru.

3. L-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi presentata skond il-modi ta’ l-espressjoni u bil-figuri sinjifikanti stabbiliti fit-tieni u t-tielet kolonni ta’ l-Anness II.

4. L-informazzjoni, li tkopri sena kalendarja, għandha tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni ta’ lanqas kull 12-il xahar.

5. Il-Kummissjoni għandha tipprepara kull sena rapport konsolidat ibbażat fuq l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(2). Il-parti ta’ l-abbozz ta’ dan ir-rapport li tikkonċerna l-informazzjoni provduta minn Stat Membru għandha tintbagħat lill-aġenzija ċentrali ta’ dak l-Istat Membru għall-verifika. Xi kummenti dwar l-abbozz għandhom jiġu nklużi fir-rapport. Il-verżjoni finali għandha tintbagħat lill-Istati Membri.

6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta’ l-effettività tal-proċedura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni u, f’mhux aktar minn żmien tliet snin min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tibgħat l-proposti, fejn xieraq, lill-Kunsill bil-għan li tiġi mtejjba l-proċedura u, jekk neċessarju, jiġu armonizzati il-metodi tal-kejl.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 2(2) mill-aġenziji ċentrali tagħhom għall-ewwel darba fi’ żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

2. L-ewwel informazzjoni li trid tiġi skambjata għandha tkun dik disponibbli fis-sena kalendarja qabel in-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1. Il-lista fl-Anness I tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni fuq talba mill-Istat Membru konċernat.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali emendi meta tkun sodisfatta li l-ħtiġiet li ġejjin jintlaħqu:

- li l-lista ta’ l-istazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl għal kull Istat Membru hija rappreżentattiva biżżejjed għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni,

- li l-istazzjonijiet huma f’punti li huma rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet ta’ l-ilma fiż-żona madwar u mhux direttament u immedjatament influwenzati minn sors tat-tniġġiż,

- li huma kapaċi jkejjlu f’intervalli regolari l-parametri ta’ l-Anness II,

- li huma bħala regola ġenerali mhux aktar minn 100 kilometru bogħod minn xulxin fuq xmajjar prinċipali, mhux inklużi l-friegħi,

- li l-kurrent tagġhom jieħu ‘l fuq minn kull konfluwenza u mhux fuq meddiet tal-kurrent ta’ ilma.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill b’xi emendi li tkun aċċettat.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat għad-deċiżjoni mill-Kunsill xi talbiet għall-emendi li ma setgħetx taċċetta.

Artikolu 6

L-emendi neċessarji biex tiġi adattata l-lista tal-parametri w l-modi ta’ l-espressjoni u l-figuri sinjifikattivi li jikkonċernawhom stabbiliti fl-Anness II għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, sakemm kull żidiet mal-lista jinvolvu biss parametri koperti mil-liġi tal-Komunità u li għalihom l-informazzjoni hija disponibbli fl-istazzjonijiet kollha tat-teħied ta’ kampjuni u kejl ta’ l-Istati Membri. Kull tibdil fil-modi ta’ l-espressjoni w figuri sinjifikattivi ma jistgħux jinvolvu tibdil fil-metodi ta’ kejl użati mill-Istati Membri fil-varji stazzjonijiet fl-Anness I.

Artikolu 7

1. Il-Kumitat biex tiġi adattata din id-Deċiżjoni għall-progress tekniku (hawnhekk iżjed ‘l quddiem magħruf bħala "il-Kumitat") huwa hawnhekk stabbilit u jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu stess tal-proċedura.

Artikolu 8

1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu trid tiġi segwita, l-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kumitat mill-president tagħha, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-każ. L-opinjonijiet għandhom jiġu mogħtija b’maġġoranza ta’ 41 vot, il-voti ta’ l-Istati Membri jiġu mkejjla kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-chairman m’għandux jivvota.

3. (a) Fejn il-miżuri kkontemplati huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom.

(b) Fejn il-miżuri kkontemplati ma humiex konformi mal-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tiġi mibgħuta, l-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tiġi sottomessa lilu l-Kunsill ma jkunx aġixxa, l-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċizzjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Novembru, 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Dhoore

[1] ĠU C 178, tat-2.8.1976, p. 48.

[2] ĠU C 285,tat-2.12.1976, p. 10.

[3] ĠU Ċ112,ta’ l-20.12.1973,p. 3.

[4] ĠU C 139, tat-13.6.1977,p.3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA’ STAZZJONIJIET TAT-TEĦIED TA’ KAMPJUNI JEW KEJL INVOLUT FL-ISKAMBJU TA’ L-INFORMAZZJONI

REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

Stazzjonijiet ta tehied ta’kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Maxau | 362.3 -il km l-isfel max-xmara mill-pont tar-Rhine f’Constance | Rhine |

Mainz | 498.5 -il km l-isfel max-xmara mill-pont tar-Rhine f’Constance | Rhine |

Koblenz/Braubach | 590.3-il km l-isfel max-xmara mill-pont tar-Rhine f’Constance | Rhine |

Palzem | 230.3 -il km ‘l fuq max-xmara tal-konfluwenza mar-Rhine | Moselle |

Koblenz/Moselle | 2 -il km ‘l fuq max-xmara tal-konfluwenza mar-Rhine | Moselle |

Kleve/Bimmen | 864.95 -il km l-isfel max-xmara mill-pont tar-Rhine f’Constance fil-punt fejn ix-xmara tħalli r-Repubblika Federali tal-Ġermanja | Rhine |

Goch | 21.4 -il km ‘l fuq max-xmara tal-konfluwenza mal-Meuse | Niers |

Herbrüm | 284.9 -il km mis-sors (212.04 km Kanal) | Ems |

Hemeln | 11-il km l-isfel max-xmara mill- konfluwenza tal-Werra u l-Fulda | Weser |

Intschede | 329.7-il km l-isfel max-xmara mill- konfluwenza tal-Werra u l-Fulda | Weser |

Geesthacht | 113-il km l-isfel mid-dħul tax-xmara fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (584.5 km Elbe) | Elbe |

Jochenstein | 2203 -il km ‘l fuq max-xmara mill-bokka tad-Danubju | Danubju |

BELĠJU

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Warneton | l-isfel max-xmara mill-konfluwenza mad-Dèule | Lys |

Leers-Nord | fil-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Belġju | Espierre |

Doel | fil-punt fejn ix-xmara toħroġ mill-Belġju | Scheldt |

Bléharies | fil-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Belġju | Scheldt |

Erquelinnes | fil-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Belġju | Sambre |

Heer-Agimont | fil-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Belġju | Meuse |

Lanaye-Ternaaien | fil-punt fejn ix-xmara toħroġ mill-Belġju | Meuse |

Martelange | fil-punt fejn x-xmara toħroġ mill-Belġju | Sure |

Zelzate | fil-punt fejn x-xmara toħroġ mill-Belġju | Ghent-Terneuzen Canal |

DANIMARKA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Nåby | Stazzjon Nru 57.12 | Suså |

Nr Broby | Stazzjon Nru 45.01 | Odense Å |

Tvilum bro | Stazzjon Nru 21.01 | Gudenå |

Ahlergård | Stazzjon Nru 25.05 | Skjern Å |

FRANZA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Méry | l fuq max-xmara tal-konfluwenza ma’ Aube (St 6 000) | Seine |

Montereau | l fuq max-xmara tal-konfluwenza ma’ Yonne (St 14 000) | Seine |

Melun | (St 47 000) | Seine |

Paris | Pont Tolbiac (St 81 000) | Seine |

St Rambert | Pont Andrézieux l-isfel mix-xmara ta’ St Rambert (St 9 000) | Loire |

Roanne | Pont Villécrest ‘il fuq max-xmara Roanne (St 13 000) | Loire |

Orléans | l-isfel max-xmara mill-Orléans (St 51 000) | Loire |

Nantes | l fuq max-xmara min-Nantes (St 137 000) | Loire |

Toulouse | l-isfel max-xmara minn Toulouse (St 161 000) | Garonne |

Lamagistère | l-isfel max-xmara mill-konfluwenza ma’ l-Aveyron (St 117 000) | Garonne |

Couthures | ħdejn Couthures, l-isfel max-xmara mill- konfluwenza ma’ l-Avance (St 81 000) | Garonne |

Auxonne | Pont ta’ Franza (St 11 000) | Saone |

Mulatière | l fuq max-xmara mill-konfluwenza mar-Rhone (St 59 000) | Saone |

Pont Carnot | l-isfel mal-Lag Ġeneva u ‘l fuq l-ilqugħ li jżomm l-ilma Génissiat (St 67 000) | Rhone |

Lyon | l fuq max-xmara mill-konfluwenza mas-Saone mal-Pont Poincaré (St 98 000) | Rhone |

St Vallier | il fuq max-xmara mill-konfluwenza ma’ l-Isère (St 104 000) | Rhone |

IRLANDA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Pont Slane | Bejn wieħed u ieħor 12 -il km l-isfel max-xmara min-Navan (N 96 74) | Boyne |

Pont Corofin | Bejn wieħed u ieħor 19 -il km l-isfel max-xmara mit-Tuam (M 42 43) | Clare |

Pont Graiguenamanagh | Bejn wieħed u ieħor 29 -il km l-isfel max-xmara Muine Bheag (Bagenalstown) (S71 44) | Barrow |

Pont Killavullen | Bejn wieħed u ieħor 13 -il km l-isfel max-xmara ta’ Mallow (W 65 99) | Blackwater (Munster) |

ITALJA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Ponte d’Adige | 308 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Adige |

Trento | 253 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Adige |

Badio Polesine | 66 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Adige |

Meirano | 591 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Po |

Cremona | 281 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Po |

Boretto | 216 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Po |

Borgo Forte | 184 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Po |

Pontelagoscuro | 91 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Po |

Ponte degli Albergi | 38 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Metauro |

Subbiano | 178 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Arno |

Nave di Rosano | 120 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Arno |

Capraia | 70 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Arno |

San Giovanni alla Vena | 37 –il km ‘l-fuq max-xmara fil-bokka | Arno |

Ponte Felcino | 300 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Tiber |

Ponte Nuovo | 273 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Tiber |

Roma | 43 –il km ‘l fuq max-xmara fil-bokka | Tiber |

GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Wasserbillig | ’l fuq max-xmara mill-konfluwenza mal-Moselle | Sûre |

L-OLANDA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Lobith | Fil-punt fejn x-xmara tidħol fl-Olanda | Rhine ta’ fuq |

Kampen | 133 -il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Ijssel |

Gorinchem | 93.5 -il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Merwede ta’ fuq |

Vreeswijk | 89 -il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Lek |

OM 42 | Puttershoek, 120 -il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Oude Mass |

NM 34 | ħdejn il-gżira ta’ Brienenroord, 134 -il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Nieuwe Maas |

L-OLANDA

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Eijsden | 4-5 km l-isfel max-xmara mill-punt fejn il-Meuse tidħol fl-Olanda | Meuse |

Lith | 201 –il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn il-Meuse tidħol fl-Olanda | Meuse |

Keizersveer | 248 –il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn il-Meuse tidħol fl-Olanda | Bergse Mass |

H 9 | Haringvlietdam Pont Haringvliet) | Haringvliet |

H 12 | Ħdejn Haringvlietdam | Haringvliet |

IJ 17 | fil-bokka tal-Keteldiep, 143 –il km l-isfel max-xmara mill-punt fejn ir-Rhine tidħol fl-Olanda | Keyeldiep |

IJ 23 | Ċentru tal-Lag Ijssel | Lag Ijssel |

RENJU UNIT

Stazzjonijiet tat-teħied ta’ kampjuni jew kejl | Lista ta’ xmajjar |

| |

Chollerford | 6 km ‘l fuq max-xmara mill-konfluwenza (NY 919 706) | North Tyne |

Pont Warden | 800 m ‘l fuq max-xmara mill- konfluwenza (NY 910 660) | South Tyne |

Pont Wylam | immedjatament ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (NZ 119 645) | Tyne |

Derwenthaugh | 1.3 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (NZ 187 607) | Derwent |

Pont Whitford | 3 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il- kurrent (SY 262 953) | Axe |

Stazzjon Tregony Gauging | 6 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (SY 921 445) | Fal |

Pont Devoran | immedjatament ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (SW 791 394) | Carnon |

Forge Weir Halton | 1.5 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (SD 514 648) | Lune |

St Michael’s Weir | immedjatament ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (SD 462 411) | Wyre |

Samblesbury | 1.5 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (SD 589 304) | Ribble |

Teddington Weir | (TQ 171 714) | Thames |

Chetwynd | (SK 187 138) | Tame |

Nottingham | (SK 581 383) | Trent |

Yoxall | (SK 131 177) | Trent |

Fochabers | 4 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrrent (NJ 341 596) | Spey |

Craigiehall | 3 km ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent(NT 165 752) | Almond |

Renton Footbridge | immedjatament ‘l fuq max-xmara mil-limitu sa’ fejn jasal il-kurrent (NS 389 783) | Leven |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PARAMETRI LI DWARHOM L-INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI SKAMBJATA

(Modi ta’ espressjoni u figuri sinjifikanti għall-informazzjoni parametrika)

Parametru | Mod ta’ l-espressjoni | Figuri sinjifikanti |

| | Qabel il-punt deċimali | Wara l-punt deċimali |

fiżiku | Rata tal-mixja [1] (fiż-żmien li ittieħdu kampjuni | m3/s | × × × × | ×× |

Temperatura | °C | × × | × |

pH | pH | × × | × |

Konduttività f’20 °C | μ S cm-1 f’20 °C | (<100) × × (>100) × × × | |

kimiku | Klorat | Cl mg/l | (<100) × × (>100) × × × | |

Nitrat | NO3 mg/l | × × × | ×× |

Ammonja | NH4 mg/l | × × × | ×× |

Ossiġenu mdewweb | O2 mg/l | × × | × |

BOD5 | O2 mg/l | × × × | × |

COD | O2 mg/l | × × × | × |

Fosfru totali | P mg/l | × × | ×× |

Sustanzi attivi tal-wiċċ li jirrejaġixxu għall-metalina blu | Sulfat tas-sodju lauryl eq. Mg/l | × × | ×× |

Cadmium totali | Cd mg/l | × | ×××× |

Merkurju | Hg mg/l | × | ×××× |

mikro-bioloġiku | Koliformi tal-ippurgar | /100 ml | ×××××× | |

Koliformi totali [2] | /100 ml | ×××××× | |

Streptococci tal-ippurgar [2] | /100 ml | ×××××× | |

Salmonella [2] | /1 l | × | |

[1] Id-data meta ttieħdu l-kampjuni trid tingħata.

[2] L-informazzjoni relatata ma’ dan il-parametru tiġi skambjata meta tiġi mkejjla.

--------------------------------------------------