Official Journal L 088 , 06/04/1977 P. 0011 - 0011
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0121
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0026
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0026
Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1977 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270 li tagħti l-poteri lill-Kummissjoni biex toħroġ self mill-Euratom għall-għan ta' kontribuzzjoni lejn l-iffinanzjar ta' impjanti ta' l-enerġija nukleari (77/271/Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Wara l- kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-poteri lill-Kummissjoni biex toħroġ self Euratom għall-għan ta' kontribuzzjoni lejn l-iffinanzjar ta' impjanti ta' l-enerġija nukleari [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 miġjub fih, Billi l-ammont massimu ta' self li l-Kummissjoni għandha l-poter li toħroġ għan-nom tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika għandu jiġi fissat għal 500 miljun unitajiet Ewropej ta' kontijiet; Billi l-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill kif mistħoqq meta l-valur totali tat-transazzjonijiet effettwati ikun laħaq it-300 miljun unitajiet Ewropej ta' kontijiet, sabiex il-Kunsill ikun jista' jiddeċiedi, fid-dawl ta' esperjenza ggwadanjata, dwar l-iffissar ta' ammont ġdid, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-uniku Artikolu Self kif provvdut fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom jistgħu jinħarġu bi ftehim formali għal ammonti li t-total tagħhom m' għandux jaqbeż il-500 miljun unitajiet Ewropej ta' kontijiet; il-unit Ewropej ta' kontijiet huwa definiti fid-Deċiżjoni 75/250/KEE [2]. Meta l-valur totali tat-transazzjonijiet effettwati jilħaq it-300 miljun unitajiet Ewropej ta' kontijiet, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill li, huwa u jaġixxi unanimament, għandu jiddeċiedi dwar l-iffissar ta' ammont ġdid kemm jista' jkun malajr. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1977. Għall-Kunsill Il-President T. Benn [1] Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 104, ta' l-24.4.1975, p. 35. --------------------------------------------------