Official Journal L 088 , 06/04/1977 P. 0009 - 0010
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0119
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0024
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0024
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self ta' l-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nuklejari (77/270/Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikoli 2, 172 u 203 tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-użu ta' l-enerġija nuklejari jista' jnaqqas id-dipendenza eċċessiva tal-Komunità fuq għajnuna esterna ta' enerġija u b'hekk itejjeb il-kondizzjonijiet li fuqhom l-enerġija hija importata; Billi taħt il-kondizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi preżenti, l-użu ta' l-enerġija nuklejari għall-produzzjoni ta' l-elettriku huwa ekonomikament vantaġġjuż u aktar soddisfaċenti mill-użu tal-prodotti tal-petrolju; Billi l-investiment addizzjonali meħtieġ għal impjant nuklejari mqabbel ma impjant konvenzjonali, flimkien ma' l-ispejjeż li qed iġġib magħha ż-żieda fil-prezzijiet ta' prodotti tal-petrolju li jħallu effett fuq l-ispiża tat-tħaddim ta' "power stations" konvenzjonali, tfisser li l-produtturi ta' l-elettriku qed ikollhom jissellfu iżjed; Billi l-Artikolu 2(c) tat-Trattat jagħti lill-Komunità l-biċċa xogħol li tiffaċilita l-ivestiment u taċċerta ruħha, partikularment bl-għajnuna ta' venċers minn azjendi, it-twaqqif ta' l-installazzjonijiet bażiċi meħtieġa għall-isvilupp ta' l-enerġija nuklejari fil-Komunitżà; billi, jekk kontribuzzjoni għandha ssir għall-iffinanzjar ta' "power stations" nuklejari, iridu jsiru arranġamenti għal tislif u self; billi tali azzjoni tidher li li hi neċessarja jekk l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(c) tat-Trattat għandhom jiġu milħuqa, għalkemm it-Trattat ma jipprovdix għall-poteri neċessarji għal dan il-għan; Billi minħabba l-ammont kbir ta' kapital meħtieġ il-potenzjal għall-iffinanzjar għandu jiżdied; billi jidher li l-Komunità tista' tipprovdi ammont sostanzjali t'għajnuna f'dan il-qasam; billi l-Komunità għandha d-dover li tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiffaċilita l-akkwist ta' l-għanijiet addottati taħt l-istrateġija l-ġdida ta' enerġija komuni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kummissjoni qegħda b'dan tingħata l-jedd li toħroġ self, f'isem il-Komunità Europea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u f'ammonti iffissati mill-Kunsill, li l-profitt tiegħu ikun misluf għall-iskop ta' finanzjament ta' proġetti t'investiment b'konnessjoni ma' l-industrija Produzzjoni ta' l-elettriku fil-"power stations" nuklejari u installazzjonijiet industrijali. Installazzjonijiet relatati maċ-ċiklu tal-"fuel". Il-Kummissjoni m'għandhiex tissellef aktar mill-ammonti f'self li għalihom tkun irċeviet applikazzjonijiet. It-tranżazzjonijiet ta' tislif u dawk ta' self relatati magħhom għandhom ikunu imwettqa fl-istess munita u taħt l-istess kondizzjonijiet rigward il-ħlas lura tas-somma prinċipali u l-ħlas ta' l-interessi. L-ispejjeż minfuqa mill-Komunità sabiex tiġi konkluża u mwettqa kull tranżazzjoni għandhom jiġu miġjuba mill-azjenda benefiċjarja konċernata. Artikolu 2 Il-kondizzjonijiet tas-self li jsir għandhom ikunu negozjati mill-Kummissjoni fl-aħjar interessi tal-Komunità wara li tkun ikkunsidrat il-kondizzjonijiet tas-swieq kapitali u skond ir-restrizzjonijiet imposti mill-perjodi li għalihom jingħata s-self. Artikolu 3 Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-għotja ta' kull somma mislufa. Id-deċiżjonijiet tagħha jkunu ibbażati b'mod partikulari fuq il-prinċipju li għandha tingħata preferenza lill-użu ta' riżorsi taħt l-aktar kondizzjonijiet favorevoli f'installazzjonijiet ta' daqs idejali. Is-self għandu jkun garantit kif soltu fil-prattika bankarja. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew f'intervalli regolari dwar it-tranżazzjonijiet ta' dħul u infiq li joħorġu mill-ikkuntrattar u servizz ta' self tal-Euratom maħruġ u mogħti. Kull sena hija għandha tissottometti reviżjoni tal-poliza ta' self tagħha flimkien ma' l-estimi tal-baġit. Artikolu 5 Il-kontroll u l-verifika finanzjarja għandha titwettaq skond ir-Regolament Finanzjarju tal-25 t'April 1973 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [3]. Magħmula fi Brussel, id-29 Marzu 1977. Għall-Kunsill Il-President T. Benn [1] ĠU C 157, 14.07.75, p. 35. [2] ĠU C 248, 29.10.75, p. 8. [3] ĠU L 116, ta' l-1.5.1973, p. 1. --------------------------------------------------