Official Journal L 339 , 08/12/1976 P. 0017 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0204
Greek special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0082
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 11 P. 0082
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2971/76 tas-7 ta’ Diċembru 1976 l i jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 315/68 u (KEE) Nru 537/70 rigward l-istandards ta’ kwalità għall-basal ta’ l-Iris danfordiae u l-Iris reticulate IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 tas-27 ta’ Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u oħrajn simili, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin [1], u b’mod speċjali l-Artikolu 4 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 tat-12 ta’ Marzu 1968 li jistabbilixxi l-istandards ta’ kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi [2], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 949/75 [3], u b’mod speċjali l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 315/68 stabilixxa l-istandards ta’ kwalità għall-basal tal-fjuri, il-basal tal-qasab u t-tuberi; billi l-esperjenza turi li, skond il-metodi ta’ teknika ta’ produzzjoni li qegħdin jintużaw bħalissa u l-kultivari u l-ibridi ta’ l-Iris reticulata li hawn fis-suq, jeħtieġ li jinbidlu l-iżgħar daqsijiet għall-basal ta’ l-Iris danfordiae u l-Iris reticulata; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 537/70 tat-23 ta’ Marzu 1970 [4] awtorizzat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jidderogaw minn ċerti ħtiġiet ta’ l-istandards ta’ kwalità applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi; billi, fir-rigward ta’ l-Iris reticulata, il-ħtiġiet kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi mhux membri ġew konformi ma’ dawk li jeżistu ġewwa l-Komunità; billi l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri għall-prodott in kwestjoni għandha tiġi rtirata; Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pjanti Ħajjin, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fit-tabella li tidher fil-Kapitolu III ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 315/68: - fil-linja li għandha x’taqsam ma’ l-Iris danfordiae: - il-figura "4·5 ċm" fil-kolonna tad-daqs minimu hija mibdula bil-figura "5·0 ċm", - il-gradazzjoni tad-daqs "4·5 sa 5·5" u ‘l fuq huma mibdula bil-kelma "xejn"; - fil-linja li għandha x’taqsam ma’ l-Iris reticulata, il-kliem "il-kultivaru u l-ibridi tagħha" huma miżjuda mal-kolonna "Deskrizzjoni botanika tal-prodott". Artikolu 2 1. Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 537/70, il-kliem "Iris reticulata" huwa mħassar. 2. Fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 537/70, id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Iris reticulata huma mħassra. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1977. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Diċembru 1976. Għall-Kummissjoni P.J. Lardinois Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 55, tat-28.6.1968, p. 1. [2] ĠU L 55, tat-28.6.1968, p. 1. [3] ĠU L 91, tat-12.4.1975, p. 14. [4] ĠU L 67, ta’ l-24.3.1970, p. 10. --------------------------------------------------