31976R1518



Official Journal L 169 , 28/06/1976 P. 0037 - 0037
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0019
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0019
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0165
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0165


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1518/76

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1976

li jikkonkludi l-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija u li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nuħħala u partijiet iebsa tal-qamħ li joriġinaw fl-Alġerija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekomomika Ewropea, u b’mod partikolari l-artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim tal-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Eknomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija ġiet iffirmata fis-26 ta’ April 1976;

Billi l-Ftehim Interim [1] dwar l-implimentazzjoni bil-quddiem tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċ tal-Ftehim tal-Kooperazzjoni iffirmat fl-istess jum jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1976;

Billi l-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija u li jikkonċernaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza (jew nuħħala) u partijiet iebsa tal-qamħ li joriġinaw fl-Alġerija għandhom jiġu konklużi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija u li jikkonċernaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza (jew nuħħala) u partijiet iebsa tal-qamħ li joriġinaw fl-Alġerija huwa b’dan konkluż f’isem il-Komunità,

It-test ta’ dan il-Ftehim huwa annessat ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim bl-għan li jorbot lill-Komunità [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU L 141, tat-28.5.1976, p. 2.

[2] Id-data tal-firma tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------