31976R1445



Official Journal L 161 , 23/06/1976 P. 0010 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0102
Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0125
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0102
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0112
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0112


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/76

tat-22 ta’ Ġunju 1976

li jispeċifika l-varjetajiet differenti ta’ Lolium perenne L.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 671/75 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi fl-Anness VIII li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 833/76 tal-5 April 1976 li jiffissa ċerti prezzijiet u ammonti oħra applikabbli fl-agrikoltura għas-sena tas-suq 1976/77 [3], l-ammont ta’ għajnuna għaż-żrieragħ kienet iffissata f’livelli differenti għal-Lolium perenne L. ta’ persistenza għolja, tarda jew tarda medja, għall-Lolium perenne L. ta’ persistenza baxxa, tarda medja, medja bikrija jew bikrija, u għall-varjetajiet ġodda u oħrajn tal-Lolium perenne L.;

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi mal-Komunità kollha tal-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna, il-varjetajiet differenti ta’ Lolium perenne L. Għandhom ikunu definiti u l-lista tal-varjetajiet ta’ persistenza għolja, tarda jew medja tarda u ta’ dawn il-varjetajiet ta’ persistenza baxxa, medja tarda, medja bikrija jew bikrija, għandhom ikunu stabbiliti;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 964/75 tal-11 ta’ April 1975 li jispeċifika l-varjetajiet ta’ Lolium perenne L. li għandhom jiġu meqjusa bħala "tardi", "medja tardi", u "bikrin" [4];

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma fl-opinjoni tal-Kumitat Tal-Ġestjoni taż-Żrieragħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Varjetajiet ta’ Lolium perenne L. Għandhom, fit-tifsira tad-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71, ikunu kklassifikati bħala "ta’ persistenza għolja, tarda jew medja tarda", u bħala "ta’ persistenza baxxa, medja tarda, medja bikrija jew bikrija", b’referenza għal-listi elenkati fl-Annessi li jinsabu ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 964/75 qieġħed b’dan jiġi mħassar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1976.

Għall-Kummissjoni

P.J. Lardinois

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[2] ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 21.

[3] ĠU L 100, ta’ l-14.4.1976, p. 24.

[4] ĠU L 93,tal- 15.4.1975, p.10.

--------------------------------------------------

ANNEX IANHANG IBIJLAGE IALLEGATO IBILAG IANNEXE I

Varieties of high persistence, late or medium late

Sorten mit hoher Persistenz, späte oder mittelspäte

Zeer standvastige rassen, late of halflate

Varietà ad alta persistenza, tardiva o semi-tardiva

Sorter med høj persistens, sildige eller halvsildige

Variétés à haute persistance, tardives ou mi-tardives

1) Aberstwyth S. 23

2) Aberstwyth 101

3) Angela

4) Akron

5) Barenza

6) Berlenna

7) Barrage

8) Caprice

9) Compas

10) Endura

11) Ensporta

12) Fingal

13) Karin

14) Kelvin

15) Kent Indigenous

16) Lamora (Mommersteg's

17) Loretta

18) Maestro

19) Manhattan

20) Marathon

21) Midas

22) Mom LP 16 (Grandstand)

23) Moretti

24) Parcour

25) Patora

26) Pelo

27) Perma

28) Perray

29) Pickmere

30) Pleno

31) Romney

32) Semperweide

33) Splendor

34) Sportiva

35) Springfield

36) Sprinter

37) Talbot

38) Tresceaver

39) Vigor (Melle)

40) Wendy

--------------------------------------------------

ANNEX IIANHANG IIBIJLAGE IIALLEGATO IIBILAG IIANNEXE II

Varieties of low persistence, medium late, medium early or early

Sorten mit geringer Persistenz, mittelspäte, mittelfrühe oder frühe

Weinig standvastige rassen, halflate, halvroege of vroege

Varietà a bassa persistenza, semi-tardiva, semi-precoce o precoce

Sorter med lav persistens, halvsildige, halvtildige eller tildige

Variétés à basse persistance, mi-tardives, mi-précoces ou précoces

1) Atempo

2) Bocage

3) Dux Øtofte

4) Gazon

5) Hunsballe

6) Mito Daehnfeldt

7) Northern Irish

8) Odengrün

9) Odstein

10) Omar

11) Oriel

12) Pax Øtofte

13) Presto Pajbjerg

14) Printo

15) Real (T)

16) Tailteann

17) Verna Pajbjerg

18) Victoria trifolium

19) Viris (Weiris)

--------------------------------------------------