31976R0312



Official Journal L 039 , 14/02/1976 P. 0002 - 0002
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
Greek special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0069
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0069


Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76

tad-9 ta' Frar 1976

li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi għandu jiġi speċifikat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fil-Komunità [3], illi ħaddiema li huma sudditi ta' Stat Membru u li huma impjegati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom igawdu wkoll trattament ugwali fir-rigward ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet trejdunjonistiċi rigward l-eliġibilità għal postijiet ta' amministrazzjoni jew treġija ta' trade union,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-ewwel sentenza ta' paragrafu 1 wara "inkluż id-dritt għall-vot": "u li jkun eliġibbli għall-postijiet t'amministrazzjoni jew treġija ta' trade union".

2. Il-paragrafu 2 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Frar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU C 280, tat-8.12.1975, p. 43.

[2] ĠU C 12, tas-17.1.1976, p. 2.

[3] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 2.

--------------------------------------------------