Official Journal L 039 , 14/02/1976 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0189
Greek special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0189
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0068
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0068
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 tad-9 ta' Frar 1976 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika ta' ħaddiema barranin IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 213 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, [1] Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, [2] Billi għandu jkun hemm statistika dwar in-numru ta' ħaddiema barranin u l-ewwel impjieg ta' dawn il-ħaddiema fl-Istati Membri tal-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom, dwar ħaddiema li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż ieħor, jikkumpilaw statistika dwar: - in-numru ta' ħaddiema, - l-ewwel impjieg ta' kull ħaddiem fit-territorju tagħhom għal kull sena. L-istatistika għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja: - nazzjonalità, - sess, - età, - tip ta' xogħol jew sengħa, - reġjun. 2. Stati Membri għandhom jikkumpilaw l-istatistika darba kull sena minn sorsi varji li normalment ikollhom, partikularment tagħrif mis-sigurtà soċjali, ċensimenti, statistika mogħtija minn min iħaddem jew minn permessi għal residenza jew għal xogħol. L-Artikolu 2 1. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu miġbur dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1). F'perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1). 2. Stati Membri, meta jibagħtu t-tagħrif lill-Kummissjoni, għandhom juru s-sorsi użati. L-Artikolu 3 1. Fit-twettiq ta' dan ir-Regolament, Stati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib mal-Kummissjoni. 2. Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena bil-progress milħuq fl-applikazzjoni tat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill skond it-tagħrif miksub. L-Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Frar, 1976. Għall-Kunsill Il-President G. Thorn [1] ĠU C 129, tal-11.12.1972, p. 13. [2] ĠU C 60, tas-26.7.1973, p. 7. --------------------------------------------------