31976L0769



Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0201 - 0203
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0178
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0208
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0208
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0229
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0229


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(76/769/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi kwalunkwe regoli li jikkonċernaw it-tpoġġija fis-suq ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi għandhom ikollhom il-għan li jipproteġu lill-pubbliku, partikolarment persuni li jużaw dawn it-tipi ta’ sustanzi u preparazzjonijiet;

Billi għandhom jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent mis-sustanzi u l-preparazzjonijiet li għandhom karatteristiċi ta’ tossiċità ekoloġika jew li jistgħu iħammġu l-ambjent;

Billi għandhom ukoll ikollhom l-għan li jsaħħu, jippreservaw u jtejbu l-kwalità tal-ħajja umana;

Billi sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi huma rregolati b’liġijiet fl-Istati Membri; billi dawn ir-regoli huma differenti skond il-kundizzjonijiet tas-suq u l-użu tagħhom; billi dawn id-differenzi joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jaffettwaw direttament is-seħħ u l-mod kif jaħdem is-suq komuni;

Billi dan l-ostaklu għandu għalhekk jiġi mneħħi; billi dan iġib miegħu l-approssimazzjoni tal-liġijiet li jirregolaw din il-materja fl-Istati Membri;

Billi dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi diġà ġew stabbiliti fid-Direttivi tal-Komunità; billi għad hemm il-bżonn li jinħolqu regoli għal prodotti oħra, b’mod partikolari dawk li għalihom l-organizzazzjonijiet internazzjonali għamlu restrizzjonijiet bħal ma huma l-bifenili poliklorinati (PCB), deċiżjoni li tirrestrinġi l-produzzjoni u l-użu li kien adottata mill-Kunsill ta’ l-OECD fit-13 ta’ Frar 1973; billi miżura bħal din hija neċessarja biex il-ġisem uman ma jiblgħax il-PCB u b’hekk jiġi evitat il-periklu għas-saħħa tal-bniedem;

Billi studji dettaljati wrew li l-terfenili poliklorinati (PCT) jġibu riskji simili bħal dawk tal-PCB; billi s-suq u l-użu ta’ sustanzi bħal dawn għandhom wkoll jiġu restritti;

Billi jkun hemm il-bżonn, barra minnhekk, li kultant żmien jirrevedu l-problema bil-għan li gradwalment jersqu għat-tneħħija sħiħa ta’ PCB u PCT;

Billi l-użu tal-"chloro-1-ethylene (monomer vinyl chloride)" bħala propellant minn aerosol jinvolvi perikli għas-saħħa umana u għalhekk l-użu tiegħu għandu jkun ipprojbit

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra relevanti tal-Komunità, din id-Direttiva għandha l-għan li tillimita l-marketing u l-użu fl-Istati Membri tal-Komunità, tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi elenkati fl-Anness.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) għat-trasport tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi bil-ferrovija, bit-triq, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bil-baħar jew bl-ajru;

(b) sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi esportati lejn pajjiżi mhux membri;

(ċ) sustanzi u preparazzjonijiet suġġetti għall-ispezzjoni tad-dwana waqt li jkunu jinġarru, basta ma jgħaddu mill-ebda proċess.

3. Għal fini ta’ din id-Direttiva:

(a) "sustanzi" ifissru elementi kimiċi u l-kompożizzjonijiet kif iseħħu fl-istat naturali jew kif huma prodotti fl-industrija;

(b) "preparazzjonijiet" tfisser preparazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet magħmula minn żewġ sustanzi jew aktar.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li s-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi elenkati fl-Anness jistgħu biss jitħallew fis-suq jew jiġu użati skond il-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk. Dawn it-tipi ta’ restrizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għas-swieq jew l-użu tar-Riċerka u l-Iżvilupp jew għal għanijiet ta’ analiżi.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u jinformaw minnufih b’dan lill-Kommissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw f’dan il-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU Ċ 60, 13.3.1975, p.49.

[2] ĠU Ċ 16, 23.1.1975 p.25

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tas-sustanza, tal-gruppi ta’ sustanzi jew ta’ preparazzjonijiet | Kondizzjonijiet ta’ restrizzjoni |

1.Bifenili poliklorinati (PCB), minbarra mono-u bifenili diklorinati.Terfenili poliklorinati (PCT)Preparazzjonijiet bil-kontenut ta’ PCB jew PCT ogħla minn 0.1 % bil-piż. | M’għandhomx jintużaw jekk mhux f’dawn il-kategoriji li gejjin: 1.apparat elettriku b’cirkuwitu magħluq: transformers, reżistenzi u indutturi;2.kondensaturi kbar (= 1 kilo ta’ piż totali);3.kondensaturi żgħar (basta l-PCB jkollu kontenut massimu ta’ 43 % u ma jkollux aktar minn 3.5 % ta’ penta- jew ikbar bifenali klorinati).Kondensaturi żgħar li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq, jistgħu jitħallew fis-suq ghal sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Din id-Direttiva ma tapplikax għal kondensaturi żgħar li diġà qed jkunu wżati;4.fluwidi li jittrasmettu s-sħana f’ċirkuwiti magħluqa f’istallazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sħana (minbarra l-istallazzjonijet għall-ipproċessar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, għalf tal-bhejjem, prodotti farmaċewtici u veterinarji; madankollu, jekk PCB ikunu wżati fl-istallazzjonijiet msemmija hawn fuq fiż-żmien tan-notifika ta’ din id-Direttiva, jistgħu jibqgħu jiġu wżati sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1979);5.fluwidi idrawliċi użati fi:(a)apparat ta’ mini ta’ taħt l-art(b)makkinarju għaċ-ċelloli (c) għall-produzzjoni elettrolitika ta’ l-aluminium, fl-użu meta din id-Direttiva tkun adottata, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1979;6.prodotti primarji u intermedjarji li jiġu pproċessati fi prodotti oħra li m’humiex ipprojbiti minn din id-Direttiva. |

2.Chloro-l-ethylene (monomer vinyl chloride) | Ma jistgħux jiġu wżati fl-ebda każ. bħala propellant fl-aerosol |

--------------------------------------------------