31976L0765



Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0143 - 0148
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0172
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0117
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0172
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0182
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0182


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol

(76/765/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li fl-Istati Membri d-definizzjoni, disinn u proċeduri għall-approvazzjoni u prova ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u b’hekk ifixklu l-moviment u l-kummerċ ta’ dawn l-istrumenti ġewwa l-Komunità; filwaqt li għalhekk hemm bżonn li jkunu approssimati dawn id-dispożizzjonijiet;

Filwaqt li l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti hi essenzjali wkoll bħala qbil ma’ dispożizzjonijiet eżistenti li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih tkun stabbilita s-saħħa alkoħolika mir-riżultat ta’ kejl meħud, sabiex jitneħħa kull riskju ta’ ambigwità jew kwistjoni fuq ir-riżultati ta’ tali kejl;

Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Stati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl u kemm metodi ta’ kontroll metroloġiku [3] stabbiliet il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ta’ verifikazzjoni inizjali tal-KEE; filwaqt li bi qbil ma’ dik id-Direttiva hemm bżonn li jkunu stabbiliti l-ħtiġiet tekniċi li d-disinn u funzjonament ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandhom jissodisfaw sabiex ikunu impurtati, imqiegħda fis-suq u wżati liberament wara li jkunu għaddew mill-ispezzjonijiet meħtieġa u wara li jkunu ġew provduti bil-marki u sinjali meħtieġa;

Filwaqt li, fir-risoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1973 [4] dwar politika industrijali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tgħaddilu qabel l-1 ta’ Diċembru 1974 proposta għal Direttiva dwar meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tiddefinixxi l-karatteristiċi ta’ dwar meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol wżati sabiex jistabbilixxu s-saħħa alkoħolika ta’ taħlitiet ta’ ilma u ethanol.

Artikolu 2

Dawn il-meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol li jistgħu jġibu l-marki u sinjali tal-KEE huma deskritti fl-Anness.

Tali strumenti għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni ta’ mudell ta’ KEE u għandhom ikunu sottomessi għal verifikazzjoni inizjali tal-KEE.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ kwalunkwe alcoholometer jew idrometru alkoħol li jġib is-sinjal ta’ approvazzjoni ta’ mudell tal-KEE jew il-marka ta’ verifikazzjoni tal-KEE fuq il-bażi tal-karatteristiċi metroloġiċi tagħhom.

Artikolu 4

1. Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw fi perjodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw ma’ l-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1980.

2. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU Ċ 76, 7.4.1975, p. 39

[2] ĠU Ċ 248, 29.10.1975, p. 22

[3] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1

[4] ĠU Ċ 117, 31.12.1973, p. 1

--------------------------------------------------

ANNESS

METERSTA’ L-ALKOĦOL UHYDROMETERSTA’ L-ALKOĦOL

1. DEFINIZZJONI TA’ L-ISTRUMENTI

1.1. Meters ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ li juru:

- is-saħħa alkoħolika skond il-massa, jew

- is-saħħa alkoħolika skond il-volum,

ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol.

Huma deskritti bħala jew meters ta’ l-alkoħol tal-massa jew meters ta’ l-alkoħol tal-volum, jiddependi fuq x’inhu mkejjel.

Idrometri ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ maħsuba sabiex titkejjel id-densità tat-taħlita ta’ ilma u ethanol.

1.2. L-istrumenti mfissra f’din id-Direttiva huma ggradwati f’temperatura ta’ referenza ta’ 20 ºĊ, bi qbil mal-valuri li jidhru fil-listi internazzjonali ta’ alkoħol ippubblikati mill-Organizazzjoni Internazzjonali ta’ Metroloġija Legali.

1.3. Huma ggradwati għal kejl magħmul fil-wiċċ orrizontali liberu tal-likwidu.

2. DESKRIZZJONI TA’ L-ISTRUMENTI

2.1. Meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ, li jikkonsistu minn:

- forma ċilindrika, li l-qiegħ tagħha jkun f’forma ta’ kon jew ta’ emisferu sabiex ma żżommx bżieżaq ta’ l-arja fiha,

- għonq ċilindriku vojt minn ġewwa mwaħħal mal-parti ta’ fuq tal-parti prinċipali; bit-tarf ta’ fuq magħluq.

2.2. Il-wiċċ kollu minn barra ta’ kull strument għandu jkun simmetriku madwar il-fus prinċipali tiegħu.

Il-cross-section ma għandha turi ebda bidla f’daqqa.

2.3. Il-parti ta’ isfel tal-parti prinċipali għandu jkun fiha l-materjal tat-tagħbija, li l-għan tiegħu jkun li jaġġusta l-massa ta’ l-istrument.

2.4. L-għonq għandu jkollu skala mmarkata fuq support ċilindriku mwaħħal sew ma’ ġewwa ta’ l-għonq.

3. PRINĊIPJI TA’ KOSTRUZZJONI

3.1. Il-ħġieġ użat sabiex isiru l-istrumenti għandu jkun trasparenti u mingħajr difetti li jistgħu ifixklu l-qari ta’ kejl fuq l-iskala.

Il-ħġieġ għandu jkollu ko-effiċjent ta’ espansjoni kubika ta’ (25 ± 2) 10-6 ºĊ-1.

3.2. Il-materjal tat-tagħbija għandu jkun imwaħħal mal-qiegħ ta’ l-istrument. Wara li l-istrument armat ikun inżamm f’pożizzjoni orizzontali għal siegħa fi 80 ºĊ u wara mkessaħ f’dik il-pożizzjoni, għandu jżomm fil-wiċċ bil-fus vertikali għal inqas minn 1 grad 30 minuta.

4. SKALA

4.1. L-ebda strument ma għandu jkollu aktar minn skala waħda tat-tip imsemmija f’4.5 jew 4.6.

4.2. L-iskala u l-iskrizzjonjiet għandhom ikunu mmarkati fuq support li jkollu wiċċ lixx u matt.

Dan is-support għandu jinżamm sew fil-post fil-għonq u għandhom ikunu pprovduti marki ta’ referenza sabiex kwalunkwe tħarrik ta’ l-iskala u tas-support tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għonq ikun jidher.

Is-support, l-iskala u l-iskrizzjonijiet ma għandhom juru l-ebda traċċa ta’ distorsjoni, nuqqas ta’ kulur jew ħruq meta jkunu miżmuma f’70 ºĊ għal 24 siegħa.

4.3. Il-marki ta’ l-iskala għandhom ikunu:

- posizzjonati fi pjanijiet perpendikolari għall-fus ta’ l-istrument,

- suwed [1] u mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassrux,

- irqaq, distinti u ta’ ħxuna uniformi mhux iktar minn 0·2 mm.

4.4. It-tul tal-linji l-qosra fuq l-iskala għandu jkun ta’ l-inqas kwint, dak tal-linji medji ta’ l-inqas terz u dak tal-linji t-twal ta’ l-inqas nofs iċ-ċirkonferenza ta’ l-għonq.

4.5. Meters ta’ l- alkoħol għandu jkollhom skali nominali ggradwati b’ % tal-massa jew b’ % ta’ volum ta’ alkoħol.

Għandhom ikopru firxa ta’ mhux aktar minn 10 % ta’ alkoħol skond il-volum jew skond il-massa.L-intervall ta’ l-iskala għandu jkun 0·1 %.

Kull skala għandha tinkludi minn ħamsa sa 10 intervalli ta’ skala addizzjonali ‘l fuq mill-limiti nominali ta’ fuq u ta’ isfel tagħha.

4.6. L-iskali nominali ta’ idrometri ta’ l-alkoħol għandhom ikunu ggradwati f’kilogrammi għal kull metru kubu. Għandhom ikopru firxa ta’ mhux aktar minn 20 kg/m3.

L-intervall ta’ l-iskala għandu jkun 0·2 kg/m3.

Kull skala għandha tinkludi minn ħamsa sa 10 intervalli ta’ skala addizzjonali ‘l fuq mil-limiti nominali ta’ fuq u ta’ isfel tagħha. Iżda, l-iskala ma għandhiex testendi ‘l hinn minn 1000 kg/m3.

5. GRADWAZZJONI U NNUMERAR

5.1. Fuq meters ta’ l-alkoħol, kull l-10 marka ta’ l-iskala, meta tgħodd minn tarf wieħed ta’ l-iskala nominali għandha tkun linja twila. Għandu jkun hemm linja medja bejn kull par ta’ linji twal suċċessivi u erba’ linji qosra bejn kull linja twila u l-eqreb linja medja.

Il-linji t-twal biss għandhom ikunu nnumerati.

5.2. Fuq hydrometers ta’ l-alkoħol, kull ħames linja, meta tgħodd minn tarf wieħed ta’ l-iskala nominali għandha tkun linja twila. Għandu jkun hemm erba’ linji qosra bejn żewġ linji twal konsekuttivi.

Il-ħames jew l-10 linji biss għandhom ikunu nnumerati.

5.3. Il-linji li juru l-limiti ta’ l-iskala nominali għandhom juru l-figuri sħaħ. Fuq hydrometers ta’ l-alkoħol in-numri l-oħra jistgħu jkunu mqassra.

6. KLASSIFIKAZZJONI U DIMENSJONIJIET PRINĊIPALI TA’ STRUMENTI

6.1. L-istrumenti għandhom ikunu ta’ waħda mill-klassijiet segwenti ta’ korrettezza:

Klassi I :

L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 1·5 mm.

Strumenti f’din il-klassi ma għandhomx jinkorporaw termometru.

Klassi II :

L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 1·05 mm.

Strumenti f’din il-klassi jistgħu jinkorporaw termometru.

Klassi III :

L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 0·85 mm.

Strumenti f’din il-klassi jistgħu jinkorporaw termometru.

6.2. Id-dijametru minn barra tal-parti prinċipali ta’ kwalunkwe strument għandu jkun bejn 19 u 40 mm.

Id-dijametru minn barra ta’ l-għonq għandu jkun ta’ l-inqas 3 mm għal strumenti ta’ Klassi I u Klassi II u ta’ l-inqas 2·5 mm għal strumenti ta’ Klassi III. L-għonq għandu jestendi għal mill-inqas 15 mm ‘l fuq mill-aktar marka għolja ta’ l-iskala.

Lil hinn mill-medda ta’ l-iskala nominali il-linji ta’ l-iskala jistgħu ikunu ta’ kulur differenti. Il-cross-section ta’ l-għonq għandha tkun uniformi għal mill-anqas 5 mm ‘l isfel mill-marka ta’ l-iskala l-aktar baxxa.

7. ISKRIZZJONIJIET

7.1. L-iskrizzjonijiet segwenti għandhom ikunu mmarkati b’mod li jinqraw u li ma jitħassrux ġewwa l-istrument:

- Klassi I, II jew III

- kg/m3 jew % vol jew % mas,

- 20 oĊ,

- ethanol,

- l-isem jew il-marka ta’ identifikazzjoni tal-manifattur,

- in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istrument

- is-sinjal ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE ‘ε ‘.

7.2. Il-massa ta’ l-istrument, imfissra sa l-eqreb milligramma jista’, jekk ikun meħtieġ, ikun immarkat fuq il-parti prinċipali.

8. L-IŻBALL MASSIMU PERMISSIBBLI U VERIFIKA

8.1. L-iżball massimu permissibbli għal meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandu jkun:

- għal Klassi I, ± nofs interval ta’ skala għal kull kejl li jirriżulta,

- għal Klassijiet II u III, ± interval ta’ skala għal kull kejl li jirriżulta.

8.2. Għandha ssir verifika fuq minimu ta’ tlett postijiet fil-medda ta’ l-iskala nominali.

9. TERMOMETRI WŻATI SABIEX TKUN STABBILITA S-SAĦĦA ALKOĦOLIKA

9.1. Jekk l-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika jkun jappartjeni għal Klassi I, it-termometru wżat għandu jkun:

- tat-tip tar-resistenza metallika jew tat-tip ta’ espansjoni tal-merkurju f’casing tal-ħġieġ,

- ggradwat f’0·1 jew 0·05 ºĊ.

L-iżball massimu permissibbli hu ta’ ± 0·05 ºĊ għal kull kejl li jirriżulta.

Termometri tal-merkurju għandhom jinkludu marka fuq l-iskala f’ºĊ.

9.2. Jekk l-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika jkun jappartjeni għal Klassi II jew III, it-termometru għandu jkun tat-tip ta’ espansjoni tal-merkurju, b’casing tal-ħġieġ u għandu jkun iggradwat għal 0·1 jew 0·2 jew 0·5 ºĊ. Għandu jkollu marka fuq l-iskala f’ºĊ.

L-iżball massimu permissibbli, pożittiv jew negattiv, għandu jkun:

- 0·1 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·1 ºĊ,

- 0·15 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·2 ºĊ,

- 0·2 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·5 ºĊ.

It-termometru jista’ jkun inkorporat fl-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika.

F’dan il-każ, jista’ ma jkollux marka fuq l-iskala f’ºĊ.

9.3. L-ispazjar minimu ta’ l-iskala għandu jkun:

- 0·7 mm fil-każ ta’ termometri ggradwati għal 0·05, 0·1, u 0·2 ºĊ u

- 1·0 mm fil-każ ta’ termometri ggradwati għal 0·5 ºĊ.

9.4. Il-ħxuna tal-linji ma għandhiex tkun iktar minn wieħed minn kwint ta’ l-ispazjar ta’ l-iskala.

10. IMMARKAR

Fuq wara ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandu jitħalla spazju fit-terz ta’ fuq tal-parti prinċipali għall-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE.

Bi qbil ma’ 3.1.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE u b’deroga mir-regola ġenerali stabbilita fit-taqsima 3 ta’ dak l-Anness, il-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE għandha, minħabba l-ħtiġijiet ta’ immarkar speċjali għal strumenti tal-ħġieġ, tkun magħmula minn serje ta’ sinjali li jkollhom it-tifsira segwenti:

- ittra żgħira "e",

- l-aħħar żewġ numri tas-sena ta’ verifika inizjali tal-KEE

- l-ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni ta’ l-Istat fejn tkun saret il-verifika inizjali tal-KEE,

- jekk ikun hemm bżonn, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-uffiċċju ta’ verifika.

Meta l-immarkar ikun magħmul permezz ta’ sandblasting, l-ittra u numri għandhom ikunu applikati b’tali mod li ma tkunx imfixkla l-leġibbilità tagħhom.

Eżempju:

e 75 D 48 : verifika inizjali tal-KEE mwettqa fl-1975 minn Bureau 48 fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

[1] Lil hinn mill-firxa ta’ l-iskala nominali il-linji ta’ l-iskala jistgħu ikunu ta’ kulur differenti

--------------------------------------------------