31976L0761



Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0096 - 0121
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0125
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0125
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0135
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0135


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta' Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal dawn il-headlamps

(76/761/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra i-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x'jaqsmu inter alia mal-headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru wieħed għall-ieħor; billi hu għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew f'addizzjoni ma' jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, b'mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3],tiġi ntrodotta fir-rigward ta' kull tip ta' vettura;

Billi fid-Direttiva 76/756/KEE [4], il-Kunsill stanbbilixxa il-ħtiġiet komuni għall-installazzjoni ta' mezzi ta' dawl u ta' sinjalzzjoni bid-dawl fuq il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

Billi proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip armonizzata għall-headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti tagħhom tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni ta' kostruzzjoni u ta' t-tesjtar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat kompletat ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal kull tip ta' headlampl jew bozza bil-filament bħal dawn; billi t-tqegħid ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent fuq il-mezzi kollha ta' headlamps manufatturati f'konformità mat-tip approvat ineħħi kwalunkwe bżonn għal verifiki tekniċi fuq dawn il-mezzi ta' headlamps fl-Istati Membri l-oħrajn;

Billi, hu mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolamenti tagħha Nru 1 ("Disposizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jagħtu raġġ passanti asimmetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn" [5] ) u Nru 2 ("Disposizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' bozoz elettriċi inkandexxenti għall-headlamps li jagħtu raġġ passanti asimmetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn") [6], li huma annessi mal-Ftehim ta' l-20 ta' Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjoni għat-tgħamir u l-partijiet tal-vetturi bil-mutur;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-vertifiki imwettqa minn kull wieħed minhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' headlamp li jiffunzjona bħala headlamp b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u li jissoddisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ta' l-ittestjar stipulati fl-Annessi I u IV, u kwalunkwe tip ta' bozza bil-filament elettrika inkandexxenti għal dawn il-headlamps li tissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi III u VI.

2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli ta' produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat, sa fejn dan hu neċessarju u jekk meħtieġ f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn. Din il-verifikazzjoni għandha tkun limitata għal verifiki saltwarji.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' headlamp li jiffunzjona bħala headlamp b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped jew bozza bil-filament għal headlamp bħal dan li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtoriżżat tiegħu, marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu l-użu ta' marki li x'aktarx jikkrejaw konfużjoni bejn il-headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal headlamps bħal dawn li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.

Artikolu 3

1. Ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi - it-tqegħid fis-suq ta' headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal headlamps bħal dawn għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni jew il-metodu ta' funzjonament tagħhom, jekk ikollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent.

2. Madanakollu, Stat Membru jista' jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq ta' headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal headlamps bħal dawn li jkollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent li konsistentement jonqsu li jikkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibgħatu lil-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn kopja taċ-ċertifikati ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent, li eżempji tagħhom huma mogħtija fl-Annessi II u IV, kompletati għal kull tip ta' headlamp li jiffunzjona bħala headlamp b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u kull tip ta' bozza bil-filament għal headlamps bħal dawn li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KEE isib li numru ta' headlamps li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped jew bozoz bil-filament għal headlamps bħal dawn li jkollhom l-istess marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta komponent ma jikkonformawx mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarja biex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta' Stati Membri oħrajn bil-miżuri meħduda, li jistgħu, fejn hemm nuqqas konsistenti li jikkonformaw, jestendu sa l-irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk huma nformati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor b'dan in-nuqqas ta' konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinformaw lil xulxin b'kull irtirar tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent, u bir-raġunijiet għal din il-miżura.

Artikolu 6

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva biex tiġi rriffjutata jew irtirata l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent għal headlamp b'raġġ ewlieni jew b'raġġ dipped jew għal bozza bil-filament għal headlamps bħal dawn jew biex jiġi pprojibit it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom għandha tqiegħed fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom hi bbażata. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun informata bir-rimedji disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta' żmien permessi għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

Ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-headlamps tagħha li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament għal headlamps bħal dawn jekk dawn ikollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

Ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta jew jipprojibixxi l-bejgħ jew ir-reġistrazzjoni, d-dħul fis-servizz jew l-użu ta' vettura għal raġunijet li għandhom x'jaqsmu mal-headlamps tagħha li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament għal headlamps bħal dawn jekk dawn ikollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa, ħlief għal vetturi li jimxu fuq il-linji, it-tratturi u l-makkinarju għall -agrikoltura u vetturi tax-xogħolijiet pubbliċi.

Artikolu 10

Kwalunkwe emenda neċessarja biex taġġusta il-ħtiġiet ta' l-Annessi biex jieħdu kont tal-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1977 u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1977 l-iktar tard.

2. Ladarba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-Kummissjoni hi nformata, fi żmien suffiċjenti għaliha li tissottometti l-kummenti tagħha, b'kull abbozz ta' liġi, regolament jew disposizzjoni amminsitrattiva li huma jipproponu li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is- 27 ta' Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der stoel

[1] ĠU Nru C 76, 7.4.1975, p.37

[2] ĠU Nru C 255, 7.11.1975, p. 2

[3] ĠU Nru L 42, 23.2.1970, p. 1.

[4] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument

[6] Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument

--------------------------------------------------

Lista ta' l-Annessi

Anness I | —Ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped |

Anness II | —Mudell ta' ċertifikat ta' approvazzjoni ta' tip tal- KEE ta' komponent |

Anness III | —Ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu ma' bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal headlamps iffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ dipped u/jew raġġ ewlieni |

Anness IV | —Mudell ta' ċertifikat ta' approvazzjoni ta' tip tal- KEE ta' komponent |

Anness V | —Appendiċi 1 sa 4: Figuri u skedi |

Anness VI | —Ħtiġiet ta' approvazzjoni ta' tip tal-KEE ta' komponent u ta' l-immarkarAppendiċi: Eżempji ta' marki ta' approvazzjoni ta' tip tal-KEE ta' komponent |

--------------------------------------------------