31976D0894



Official Journal L 340 , 09/12/1976 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0205
Greek special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0178
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0205
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0083
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 11 P. 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-23 ta’ Novembru 1976

li waqqfet Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti

(76/894/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni ssottomess mill-Kummissjoni,

Billi l-miżuri adottati mill-Kunsill rigward is-saħħa tal-pjanti jipprovdu proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tiffaċilità l-implimentazzjoni tagħhom (il-miżuri); billi huwa meħtieġ sabiex isseħħ din il-kooperazzjoni illi jitwaqqaf Kumitat sabiex iwettaq il-funzjonijiet mogħtija lilu b’dawn il-miżuri;

Billi huwa mixtieq illi din il-kooperazzjoni tinfirex fuq l-oqsma kollha preskritti b’dawn il-miżuri; billi għal dan il-għan il-Kumitat għandu jkun intitolat li jeżamina kull materja li tidħol f’dawn l-oqsma,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għandu jitwaqqaf Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") li jkun fih rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala l-President.

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jwettaq il-funzjonijiet iddelegati lilu bil-miżuri adottati mill-Kunsill rigward is-saħħa tal-pjanti, fiċ-ċirkustanzi u b’mod konformi mat-termini preskritti fihom.

Barra minn dan għandu jkun kapaċi jeżamina kull materja li tidħol fl-iskop ta’ dawn il-miżuri, li l-President tiegħu (il-Kumitat) jista’ jqajjem, jew minn rajh, jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

A.P.L.M.M. van der Stee

--------------------------------------------------