31976D0641



Official Journal L 223 , 16/08/1976 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0026
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0026
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0134
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0134


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Lulju 1976

li temenda d-Deċiżjoni 73/391/KEE dwar proċeduri ta' konsultazzjonijiet u tagħrif fi kwistjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji

(76/641/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, bid-Deċiżjoni tiegħu 73/391/KEE [1], il-Kunsill stabbilixxa proċeduri ta' konsultazzjoni u tagħrif fi kwistjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji;

Billi d-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija Deċiżjoni ġew applikati mill-1 ta' Jannar 1974;

Billi huwa rakkomandabbli, kif joħroġ car mill-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dawn il-proċeduri, li dawn isirulhom ċerti emendi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Taqsima A ta' l-Anness 1 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 73/391/KEE b'dan qed tinbidel b'dan li ġej:

"A. Tul ta' krediti

It-tul ta' kull kreditu mogħti, sew jekk kreditu tal-fornitur għall-kreditu finanzjarju, m'għandux jaqbeż il-ħames snin li jibdew minn dawn il-punti:

1. Oġġetti kapitali li jikkonsistu f'oġġetti individwali li jistgħu jintużaw weħidhom (per eżempju lokomotivi):

- id-data medja, jew dati attwali, li fihom ix-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti f'pajjiżu.

2. Oġġetti kapitali għal impjanti kompleti jew fabbriki fejn il-fornitur m'għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjunar:

- id-data li fiha x-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti kollha kemm huma (ħlief spare parts) provduti bil-kuntratt.

3. Kuntratti ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma jkollu ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar:

- id-data li fiha titlesta l-kostruzzjoni.

4. Kuntratti ta' stallazzjoni (jew kostruzzjoni) fejn il-fornitur (jew il-kuntrattur) ikollu responsabbiltà kontrattwali għall-ikkummissjonar:

- id-data li fiha l-fornitur (jew il-kuntrattur) ikun lesta l-istallazzjoni (jew il-kostruzzjoni) u t-testijiet preliminari biex ikun żgurat li l-oġġett ikun lest biex jitħaddem, sew jekk l-istallazzjoni (jew kostruzzjoni) tingħata lix-xerrej f'dak iż-żmien u sew jekk le skond, it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn xi rabta li tkompli li l-fornitur (jew kuntrattur) jista' jkun daħal fiha, per eżempju li jiggarantixxi l-funzjonar effettiv jew biex iħarreġ l-impjegati lokali.

5. Fil-każ tal-punti 2, 3 u 4, fejn il-kuntratt jinvolvi l-esekuzzjoni separata tal-partijiet individwali tal-proġett:

- id-data tal-bidu ta' kull parti separata, jew id-data medja ta' dak il-bidu jew, fejn il-fornitur ikun daħal f'kuntratt mhux għall-proġett kollu iżda għal parti essenzali tiegħu, il-bidu addattat għall-proġett kollu kemm hu."

Artikolu 2

L-Anness 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 73/391/KEE qiegħed b'dan jiġi mibdul b'dan li ġej:

"SKALA TA' VALURI LI GĦANDHOM JINTUŻAW

kategorija I: | sa 750000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija II: | minn 600000 sa 1200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija III: | minn 1000000 sa 2200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija IV: | minn 2000000 sa 3200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija V: | minn 3000000 sa 5000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija VI: | minn 4800000 sa 7600000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija VII: | minn 7400000 sa 11200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija VIII: | minn 10000000 sa 22000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija IX: | minn 20000000 sa 44000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. |

kategorija X: | iktar minn 40000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. rights." |

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet riveduti għandhom jieħdu post dawk id-disposizzjonijiet li l-Kunsill kien adotta qabel.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU L 346, tas-17.12.1973, pġ. 1.

--------------------------------------------------