Official Journal L 106 , 26/04/1975 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0045
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0009
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0045
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0161
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0161
Ir-Regolament (KEE) Nru 897/75 tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1975 li jikkonkludi l-Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu; Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni; Billi, minħabba li n-Norveġja ma sseħbitx mal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll Supplimentaru tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda għandu jiġi konkluż, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda qiegħed hawnhekk jiġi konkluż f'isem il-Komunità. It-test tal-Protokoll jinsab hawnhekk anness. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1 u li jikkonferixxi fuqha l-poteri neċessarji li jorbtu lill-Komunità [1]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fl-1 ta' Mejju 1975. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1975. Għall-Kunsill Il-President R. Ryan [1] Id-data tal-firma ta' dan il-Protokoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. --------------------------------------------------