31975R0154



Official Journal L 019 , 24/01/1975 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0042
Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0042
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0072
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0072


Ir-Regolament (KEE) Nru 154/75 Tal-Kunsill

tal-21 ta’ Jannar 1975

dwar it-twaqqif ta’ reġistru tat-tkabbir taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi, sabiex jinkiseb it-tagħrif meħtieġ biex jiġi stabbilit il-potenzjali tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ żebbuġ u żejt taż-żebbuġa u biex titjieb is-sistema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-prodott tal-aħħar, Stati Membri produtturi għandhom jinħtieġu li jwaqqfu reġistru tat-tkabbir taż-żebbuġ;

Billi, sabiex jiġi żgurat li r-reġistru huwa kompilat bl-istess mod fl-Istati Membri konċernati kollha, it-tagħrif minimu li jrid jiġi nkluż fih irid jiġi speċifikat;

Billi, sabiex jiġi faċilitat it-twaqqif tar-reġistru, dispożizzjoni għandha ssir biex jiġu finanzjati l-operati meħtieġa billi jiġi allokat għalihom parti mill-għajnuna lill-produtturi provduti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [1] tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1707/73 [2]; billi għall-istess għan dispożizzjoni għandha ssir għall-operati rilevanti li jridu jitwettqu permezz ta’ stadji; billi barra minn hekk huwa xieraq li ssir dispożizzjoni għal rappreżentanti tal-interessi tal-kummerċ konċernati biex jieħdu parti f’dawn l-operati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa għandhom, skond dan ir-Regolament, iwaqqfu reġistru tat-tkabbir taż-żebbuġ biex ikopru l-impriżi kollha tat-tkabbir taż-żebbuġ fit-territorju tagħhom.

2. Ir-reġistru għandu jforni t-tagħrif li ġej għal kull impriża:

(a) fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mill-inqas:

- l-erja totali tat-tkabbir taż-żebbuġ, flimkien mar-referenza tal-kadast tal-għelieqi li jkopruha,

- in-numru totali ta’ siġar taż-żebbuġ;

(b) fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

- l-ismijiet tas-sidien ta’ kull għalqa,

- il-proporzjon ta’ erji speċjalizzati u mħallta tat-tkabbir taż-żebbuġ,

- id-distribuzzjoni ta’ siġar taż-żebbuġ skond il-varjeta,

- is-sistema ta’ koltivazzjoni impjegata,

- l-età tas-siġar u l-istat ta’ kultivazzjoni u produzzjoni,

- in-numru ta’ siġar taħt kultivazzjoni msaqqija.

3. Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat f’intervalli regolari.

Artikolu 2

Rappreentanti tal-interessi ta’ kummerċ konċernati jistgħu jipparteċipaw fix-xogħol tal-aġenziji appuntati biex jistabbilixxu r-reġistri ta’ kultivazzjoni taż-żebbuġ.

Artikolu 3

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri produtturi li huma responsabbli biex iħallsu l-għajnuna provvduta f’Artikolu 10 tar-Regolament Nru 136/66/KEE għandhom, meta jħallsu l-pagament, inaqqsu l-ammont ta’ għajnuna bħal din billi:

(a) 1 % għas-sena tas-suq 1973/74;

(b) 5 % għas-sena tas-suq 1974/75;

2. It-tnaqqis li jirriżulta għandu jintuża biex jiġi finanzjat it-twaqqif tar-reġistru ta’ kultivazzjoni taż-żebbuġ. Finanzjament għandu jiġi preskritt għall-ispiża riferita f’Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [3] tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2788/72 [4],

Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu għandhom, fejn meħtieġa, jiġu adottati taħt il-proċedura preskritta f’Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

L-Istati Membri produtturi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni f’intervalli regolari bil-progress miksub fit-twaqqif u l-aġġornament tar-reġistru ta’ kultivazzjoni taż-żebbuġ.

Artikolu 5

Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adotti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Jannar 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

M. A. Clinton

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 175, tad-29.6.1973, p. 5.

[3] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[4] ĠU L 295, tat-30.12.1972, p. 1

--------------------------------------------------