31975L0431



Official Journal L 192 , 24/07/1975 P. 0006 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0094
Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0036
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0094
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0177
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0177


Id-Direttiva Tal-Kunsill

ta’ l-10 ta’ Lulju 1975

li temenda d-Direttiva Nru 71/118/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam tat-tjur frisk (75/431/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-implimentazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur mhux ser ikollha l-effett mixtieq sakemm il-kummerċ huwa mfixkel minn differenzi bejn ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-laħam tat-tjur; billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/118/KEE [3] tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ tal-laħam tat-tjur frisk, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 74/387/KEE [4], ma neħħietx dawn id-differenzi kollha ladarba ma tikkontjeni ebda dispożizzjonijiet li jirrelataw il-postijiet tal-qtugħ; billi l-istandards ta’ l-iġjene u s-sorveljanza applikabbli għall-postijiet tal-qtugħ għandhom isiru unformi;

Billi, bħal fil-każ ta’ biċċeriji, l-Istati Membri għandhom iżommu l-poter ta’ approvazzjoni tal-postijiet tal-qugħ u jassiguraw konformità mal-kundizzjonijiet li fuqhom tiddependi din l-approvazzjoni;

Billi, invista tas-sitwazzjoni li teżisti fir-rigward tal-metodi ta’ produzzjoni ta’ ċerti tipi ta’ laħam tat-tjur, u sabiex jitħallew ċerti stabilimenti jaddattaw għar-rekwiżiti tad-Direttiva, huwa neċessarju li l-Istati Membri jiġu awtorizzati sabiex jagħtu perjodi addizzjonali li tulhom dawk il-metodi, b’mod partikolari dawk li jirrelataw għall-evixxerazzjoni, jistgħu jinżammu u dawk l-addattamenti mwettqa; billi, barra minn hekk, ladarba adattamenti strutturali jew amministrattivi konsiderevoli huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibiltà li jistabilixxu derogi;

Billi l-implimentazzjoni tar-regoli derivati mid-Direttiva Nru 71/118/KEE uriet il-bżonn li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata;

Billi, sabiex jitħallew studji addizzjonali dwar proċessi għat-tkessiħ tal-laħam tat-tjur li għandu jitwettaq, id-data li minnha l-użu tal-proċess tal-ksieħ "Spinchiller" hija pprojbita għandha tiġi postposta;

Billi kien ikun utili li ssir proviżjoni għal proċedura rapida u effiċjenti li permezz tagħha jistgħu isiru emendi tekniċi għal ċerti dispożizzjonijiet jew standards ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti;

Billi għandhom jiġu introdotti arranġamenti ta’ kontroll Komunitarji sabiex jassiguraw li l-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva huma applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha; billi għandu jiġi provdut li l-proċedura ta’ dawn il-kontrolli għandha tiġi determinata minn proċedura Komunitarja fil-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/118/KEE qed tiġi emendata skond l-Artikoli li ġejjin.

L-Artikolu 2

L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu sostitwiti għall-Artikolu 2:

"L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "karkassa" tfisser il-ġisem sħiħ ta’ tajra wara li jitneħħielha d-demm, tiġi mnittfa u evixxerata; madanakollu t-tneħħija tal-kliewi, is-saqajn mit-tarsu jew tar-ras m’għandhomx ikunu obbligatorji;

(b) "partijiet ta’ karkassa" tfisser partijiet tal-karkassa kif definit taħt (a);

(ċ) "interjuri" jfisser laħam frisk ieħor barra minn dak tal-karkassa kif definit taħt (a), anke jekk konness b’mod naturali mal-karkassa, kif ukoll ir-ras u s-saqajn meta dawn jiġu ppreżentati separatament mill-karkassa;

(d) "vixxri" jfissru l-interjuri mill-ħofor tat-toraċi, abdominali u tal-pelvi, inkluża t-trakea u l-esofagu u, meta approprjat, il-ħawsla;

(e) "ispezzjoni tas-saħħa ante mortem" tfisser ispezzjoni tat-tjur ħajjin skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness I;

(f) "ispezzjoni tas-saħħa post mortem" tfisser ispezzjoni tat-tjur maqtula fil-biċċerija immedjatament wara l-qatla, skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu VI ta’ l-Anness I;

(g) "veterinarju uffiċjali" tfisser il-veterinarju nominat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru;

(h) "assistent" ifisser persuna mħarrġa uffiċjalment nominata mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru sabiex tassissti lill-uffiċjal veterinarju;

(i) "pajjiż ta’ esportazzjoni" jfisser l-Istat Membru li minnu l-laħam tat-tjur frisk jintbagħat lil Stat Membru ieħor;

(j) "pajjiż ta’ destinazzjoni" jfisser l-Istat Membru li lilu jintbagħat laħam tat-tjur frisk minn Stat Membru ieħor;

(k) "kunsinna" tfisser kwantità ta’ laħam koperta mill-istess ċertifikat;

(l) "stabbiliment" ifisser biċċerija jew post tal-qtugħ approvat skond l-Artikolu 5."

L-Artikolu 3

L-Artikolu li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Artikolu 3:

"L-Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jassigura illi l-kummerċ jitħalla biss fuq il-laħam tat-tjur frisk li, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11, 15, 15a u 16, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

A. Fil-każ ta’ karkassi u interjuri:

(a) ġie akkwistat minn biċċerija approvata u sorveljata skond l-Artikolu 5(1);

(b) jiġi minn annimal spezzjonat ante mortem minn uffiċċjal veterinarju, jew minn assistenti, skond l-Artikolu 4 u, wara din l-ispezzjoni, huwa kkunsidrat xieraq għall-qtil għall-kummerċ ta’ laħam tat-tjur frisk;

(ċ) ġie trattat taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti ta’ iġjene skond il-Kapitolu V ta’ l-Anness I;

(d) ġie spezzjonat post mortem minn uffiċjal veterinarju jew minn assistenti skond l-Artikolu 4 u instab li huwa tajjeb għall-konsum uman skond il-Kapitolu VII ta’ l-Anness I;

(e) għandu marki tas-saħħa li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kapitolu X ta’ l-Anness I; meta deċiżjoni approprjata tista tittieħed biex temenda jew tissupplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Kapitolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a sabiex tieħu kont, b’mod partikolari, ta’ forom ta’ preżentazzjoni użati fil-kummerċ, sakemm dawn il-forom jaikkonformaw mar-regoli ta’ iġjene; b’mod partikolari, u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu X, il-kundizzjonijiet li taħthom it-tqegħid fis-suq f’imballaġġi kbar ta’ karkassi, partijiet ta’ karkassi jew interjuri, li ma ġewx immarkati skond 44.3(a) tal-Kapitolu X jistgħu jiġu awtorizzati għandhom jiġu determinati skond dik il-proċedura għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Lulju 1976;

(f) skond il-Kapitolu XII ta’ l-Anness I, ġie maħżun wara l-ispezzjoni post mortem taħt kundizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti fi stabbilimenti jew imħażen kesħin imsemmija fl-Artikolu 5b;

(g) ġie ppakkjat sewwa skond il-Kapitolu XIII ta’ l-Anness I; meta tintuża kisja ta’ protezzjoni, għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-istess Kapitolu.

Meta approprjat tista tittieħed deċiżjoni sabiex temenda jew tissupplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Kapitolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a sabiex tieħu kont, b’mod partikolari, ta’ forom varji ta’ preżentazzjoni użati fil-kummerċ, sakemm dawn il-forom jikkonformaw mar-regoli ta’iġjene; madanakollu, dispożizzjonijiet addottati taħt din il-proċedura li jirrelataw għall-grad ta’ trasparenza u kulur tal-kisi protettiv m’għandhomx jirriżultaw f’marki jew f’informazzjoni miktuba meħtieġa jew permessa minn regoli Komunitarji li jkunu pprojbiti milli jidhru fuq dan it-tgeżwir;

(h) ġie ttrasportatat skond il-Kapitolu XIV ta’ l-Anness I.

B. Fil-każ ta’ partijiet ta’ karkassi jew laħam bl-għadam imneħħi:

(a) tqatta f’postijiet tal-qtugħ approvati u sorveljati skond l-Artikolu 5(1);

(b) tqatta u ġie akkwistat skond ir-rekwiżiti tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I u li ġej minn:

- laħam frisk minn annimali maqtula fi Stat Membru u li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva,

- laħam frisk introdott minn Stat Membru ieħor u li jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva,

- laħam frisk impurtat minn pajjiżi terzi skond il-kundizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-importazzjoni tal-laħam tat-tjur frisk minn pajjiżi terzi;

(ċ) ġie maħżun taħt kundizzjonijiet li jikkonformaw mal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I;

(d) ġie soġġett għall-kontroll minn uffiċjal veterinarju skond il-Kapitolu IX ta’ l-Anness I;

(e) jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ A(ċ), (e), (g) u (h).

2. Meta l-istabbiliment tal-qtugħ juża laħam frisk ta’ xort oħra minn laħam tat-tjur, għandu jikkonforma ma l-istandards Komunitarji rilevanti.

3. Dan li ġej għandu jiġi eskluż mill-kummerċ:

(a) laħam tat-tjur frisk trattat bl-idroġenu tal-perossidu jew sostanzi oħrajn li jbajju jew b’materji naturali jew artifiċjali ta’ kulur;

(b) laħam tat-tjur frisk trattat b’antibijotiċi, preservattivi jew ammorbidenti.

4. Madanakollu, jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jippermetti, l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 A u B m’għandhomx għalfejn jiġu ssodisfati fir-rigward tal-laħam intiż għal utilitajiet oħrajn barra mill-konsum uman; f’dak il-każ, l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandhu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipprevjeni l-laħam milli jintuża għal skopijiet barra minn dawk li għalihom huwa intiż.

5. Il-kundizzjonijiet tal-paragrafu1 A m’għandhomx japplikaw għal laħam tat-tjur frisk li, f’każijiet iżolati, huwa fornit mill-produttur tiegħu direttament lill-konsumatur finali għall-konsum tiegħu stess barra milli permezz ta’ bejgħ itineranti, bejgħ permezz ta’ ordni bil-posta jew bejgħ fis-suq.

Madanakollu, minkejja is-subparagrafu preċedenti u sal-15 ta’ Awissu 1981, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-fornitura ta’ laħam tat-tjur frisk fi kwantitajiet żgħar minn bdiewa li jrabbu t-tjur fuq skala żgħira,

- jew direttament lill-konsumatur finali fis-swieq ta’ kull ġimgħa li huma l-aktar qrib ta’ l-ażjendi tagħhom,

- jew lil bejjiegħa bl-imnut invista ta’ bejgħ dirett lill-konsumatur finali, sakemm dawn il-bejjiegħa jwettqu l-attività tagħhom fl-istess lokalità bħal dik tal-produttur jew f’lokalità fil-qrib.

Din l-eċċezzjoni m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ bejgħ itineranti, bejgħ fuq ordni bil-posta jew, fir-rigward tal-bejjiegħ bl-imnut, bejgħ fis-suq. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw kontrolli tas-saħħa għal dawn l-operazzjonijiet.

6. Ir-rekwiżiti tal-ħażna stabbiliti fil-paragrafi 1 A (f) u B (ċ) m għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet ta’ ħażna mwettqa fi stabbilimenti jew fi kmamar ma ġenb l-istabilimenti, li fihom karkassi u laħam tat-tjur maqtugħ jew mingħajr l-għadma huma forniti direttament lill-konsumatur finali.

Ir-rekwiżiti ta’ imballaġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 A (g) m’għandhomx japplikaw għal karkassi li m humiex ippakkjati individwalment li jinġiebu fl-istabbilimenti, jew fi kmamar ma ġenbhom, imsemmija fuq, sabiex jiġu ppakkjati għal fornitura diretta lill-konsumatur finali.

7. Il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 B m’għandhomx japplikaw għal laħam tat-tjur frisk, kemm jekk ippakkjat u kemm jekk le, meta l-operazzjonijiet tal-qtugħ jew tat-tneħħija ta’ l-għadam jitwettqu fl-istabbiliment fejn il-laħam jinbiegħ jew jintuża fi stabbilimenti ta’ ma ġenbhom għall-iskop ta’ fornitura lill-konsumatur finali direttament, barra milli minn bejgħ itineranti, bejgħ permezz ta’ ordni bil-posta jew bejgħ fis-suq."

L-Artikolu 4

L-Artikolu li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Artikolu 4:

"L-Artikolu 4

1. Meta jitwettqu spezzjonijiet ante mortem u post mortem, il-kontroll tas-saħħa ta’ laħam imqatta kif previst fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness I, u s-sorveljanza tal-kundizzjonijiet ta’ iġjene li għandhom jiġu sodisfatti mill-istabiliment skond il-Kapitoli III u V ta’ l-Anness I, il-veterinarju uffiċjali jista jiġi megħjun minn assistenti li jaħdmu taħt is-sorveljanza u r-responsabbilità tiegħu.

2. Biss dawk il-persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II jistgħu jaġixxu bħala assistenti. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-proposta tal-Kummissjoni, għandu jistabilixxi dispożizzjonijiet aktar iddettaljati fir-rigward tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ mill-assistenti taħt l-Anness II(1)(b) u (d) u (4).

3. L-assistenti għandhom jgħinu lill-uffiċjal veterinarju fit-twettiq ta’ l-operazzjonijiet li ġejjin biss:

- is-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni tar-regoli iġjeniċi stabbiliti fil-Kapitoli III u V ta’ l-Anness I,

- il-kontroll li fil-ħin ta’ l-ispezzjoni tas-saħħa ante mortem ebda mis-sintomi msemmija fin-Nru 16 tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness I ma huma preżenti,

- il-kontroll li fil-ħin ta’ l-ispezzjoni tas-saħħa post mortem il-kundizzjonijiet elenkati fin-Nru 32 tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I mhumiex preżenti,

- il-kontroll tas-saħħa tal-laħam maqtugħ kif previst fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness I,

- is-sorveljanza ta’ vetturi ta’ trasport jew kontejners u kundizzjonijiet ta’ tagħbija kif previst fin-Nru 53 tal-Kapitolu XIV."

L-Artikolu 5

L-Artikolu li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 5:

"L-Artikolu 5

1. Il-biċċeriji kollha approvati u l-istabbilimenti tal-qtugħ għandhom jiġu rreġistrati fuq listi separati, u kull biċċerija u kull stabiliment tal-qtugħ għandu jkollu numru veterinarju ta’ approvazzjoni. Kull Stat Membru għandu jikkomunika dawn il-listi ta’ stabbilimenti approvati minnu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-pubblikazzjoni ta’ dawn il-listi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Stabbiliment jista jiġi approvat minn Stat Membru biss meta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu ssodisfati f’kull każ individwali, b’mod partikolari kif ġej:

(a) għal biċċeriji: il-Kapitoli I u III ta’ l-Anness I;

(b) għal stabilimenti tal-qtugħ: il-Kapitoli II u III ta’ l-Anness I.

L-Istat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Meta tkun twettqet ispezzjoni skond l-Artikolu 5a, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kont tal-konklużjoni meħuda minn hemm. L-Irtirar ta’ l-approvazzjoni għandu jiġi notifikat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

2. Uffiċjal veterinarju għandu jkun responsabbli għall-kontroll ta’ l-istabbilimenti. Fit-twettiq ta’ dmirijiet purament tekniċi, jista jipprokura l-għajnuna ta’ assistenti mħarrġa speċjalment.

Regoli dettaljati li jirregolaw l-assistenza għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 12a.

3. Jekk Stat Membru jikkonsidra illi l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni mhumiex, jew m’għadhomx, issodisfati fi stabbiliment fi Stat Membru ieħor għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ dak l-Istat.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5a. Meta s-sejbiet ta’ l-ispezzjoni esperta jiggarantixxu dan, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, sabiex jipprojbixxu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ prodotti minn dak l-istabbiliment.

Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, din l-awtorizzazzjoni tista tiġi rtirata meta r-riżultati ta’ ispezzjoni esperta ulterjuri, li twettqet taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 5a, jirrikjedu dan l-irtirar."

L-Artikolu 6

L-Artikolu li ġejjin għandhom jiġu inseriti:

"L-Artikolu 5a

Esperti veterinarji mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli regolari fuq il-post sabiex jassiguraw illi stabbilimenti approvati qegħdin attwalment japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk tal-Kapitoli I, II u III ta’ l-Anness I. Għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli li jkunu wettqu.

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed isir kontroll għandu jagħti kull assistenza neċessarja lill-esperti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi fuq proposti mill-Istati Membri, għandha taħtar esperti fl-Istati Membri li għandhom ikunu responsabbli għal dawn il-kontrolli; għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru ta’ xort oħra minn dak li fih ikun qed jitwettaq il-kontroll u, fil-każ previst fl-Artikolu 5(3) u (4), ta’ xort’oħra minn dawk involuti f’dik il-kwistjoni.

Dawn il-kontrolli għandhom isiru f’isem il-Komunità li għandha ssofri l-ispejjeż li jakkumulaw.

Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment fir-rigward tal-frekwenza u l-metodu tat-twettiq tal-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-regoli li jirregolaw il-ħatra ta’ veterinarji uffiċjali u l-proċedura li għandhom isegwu meta jagħmlu ir-rapport tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a.

L-Artikolu 5b

Mħażen kesħin li jinstabu barra l-biċċerija jew l-istabbiliment tal-qtugħ għandhom, fir-rigward tal-ħażna tal-laħam tat-tjur frisk, jibqgħu taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali.

L-awtorita ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab il-maħżen kiesaħ għandha, fir-rigward tal-ħażna tal-laħam tat-tjur frisk, tkun responsabbli sabiex tapprova dak il-maħżen u tirtira din l-approvazzjoni."

L-Artikolu 7

L-Artikolu li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Artikolu 6:

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3) u fl-istennija tad-dħul fis-seħħ ta’ xi dispożizzjonijiet Komunitarji, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa id-dispożizzjonijiet ta’ Stati Membri:

(a) li jikkonċernaw kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ mħażen kesħin imsemmija fl-Artikolu 5(b) u għal kull irtirar ta’ din l-approvazzjoni;

(b) li jikkonċernaw it-trattament ta’ tjur b’sostanzi li x’aktarx jagħmlu l-konsum tal-laħam tat-tjur frisk perikoluż jew ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem, u għall-assorbizzjoni minn tjur ta’ sustanzi bħal antibijotiċi, oestrogens, thyrostats, ammorbidenti, pestiċidi, erbiċidi jew sostanzi li jikkontjenu l-arseniku jew l-antimonju;

(ċ) li jikkonċernaw iż-żieda ta’ sustanzi barranin għal-laħam tat-tjur frisk u t-trattament tiegħu permezz ta’ jonizzazzjoni u radjazzjoni ultravjola."

L-Artikolu 8

Fl-Artikolu 8, "Kapitolu XI" għandu jiġi sostitwit għal "Kapitolu VIII".

L-Artikolu 9

Fl-Artikolu 9, "L-Artikolu 5(4)" għandu jiġi sostitwit għat-"tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3)".

L-Artikolu 10

L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"L-Artikolu 12a

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tintuża, kwistjonijiet għandhom mingħajr dewmien jiġu riferiti mill-President, jew fuq l-inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat", stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1968.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif previst fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri fi żmien li għandu jiġi stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-kwistjoni sottomessa għal kontroll. L-Opinjonijiet għandhom jingħataw b’maġġoranza ta’ 41 vot.

4. Il-Kummissjoni għandha taddotta miżuri u għandha tapplikahom minnufih meta huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat. Meta ma jkunux skond l-Opinjoni tal-Kumitat jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kunsill għandu jadotta il-miżuri permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-proposta kienet sottomessa lilu l-Kunsill ma jkunx adotta miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom minnufih ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontrihom b’maġġoranza sempliċi."

L-Artikolu 11

L-Artikolu li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 14:

"L-Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-proċess ta’ tkessiħ tat-tjur "Spinchiller" li jintuża bħalissa. Din il-projbizzjoni għandu jkollha effett biss 18-il xahar wara sottomissjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1978.

2. Wara konsultazzjoni ma l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Lulju 1976, rapport dwar il-proċessi ta’ tkessih li m’humiex koperti mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1."

L-Artikolu 12

L-Artikolu li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Artikolu 15:

"L-Artikolu 15

Fl-istennija ta’ l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji li jikkonċernaw l-importazzjoni tal-laħam tat-tjur frisk minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom japplikaw għal dawn l-importazzjonijiet dispożizzjonijiet li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk ta’ din id-Direttiva.

Laħam tat-tjur frisk impurtat jista jiġi kkummerċjat fl-Istat Membru ta’ l-importazzjoni. Ma jista taħt ebda ċirkostanza jkollu l-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu X ta’ l-Anness I u, jekk imqatta u bl-għadam imneħħi, għandu jiġi trattat skond l-Artikolu 3(1)(B).

Għandu jibqa soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju."

L-Artikolu 13

L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu inseriti:

"L-Artikolu 15a

Waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabilixxi, qabel il-31 ta’ Diċembru 1976, dispożizzjonijiet li japplikaw għal laħam frisk li ġie kkapuljat, mitħun jew imqatta b’mod simili; għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Lulju 1976. Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet hekk addottati mill-Kunsill, il-laħam imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jibqa jkun soġġett għal-liġijiet nazzjonali.

L-Artikolu 15b

Waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabilixxi qabel l-1 ta’ Jannar 1978 it-temperatura li għandha titħares matul il-qtugħ, it-tneħħija ta’ l-għadam u l-imballaġġ, waqt li l-operazzjoni ta’ l-aħħar tkun preskritta fin-Nri 47 u 48 tal-Kapitolu XIII ta’ l-Anness I, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fin-Nru 37, t-tieni u t-tielet subparagrafi, tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I."

L-Artikolu 14

L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-kliem "u l-Artikolu 16a" għandhom jiġu inseriti wara l-frażi "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14";

(b) Fis-subparagrafu (b), il-kliem "fl-1 ta’ Jannar 1977" għandhom jiġu ssostitwiti għal "f’ massimu ta’ ħames snin wara notifika tad-Direttiva".

L-Artikolu 15

L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"L-Artikolu 16a

Madanakollu, fir-rigward tal-laħam tat-tjur frisk ottenut u mqiegħed fis-suq tagħhom u minkejja l-Artikolu 16(b),

(a) l-Istati Membri jistgħu, qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 16(b), jagħtu lill-biċċeriji jew lill-istabbilimenti tal-qtugħ fit-territorju tagħhom li segwew din l-attività qabel il-15 ta’ Frar 1975, u li jitolbuha espressament:

- perjodu addizzjoniali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu 1977, sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, il-Kapitoli I u II,

- perjodu addizzjoniali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu 1979, sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jirrelataw għas-sorveljanza ta’ stabilimenti u għall-ispezzjonijiet ante mortem u post mortem stabbiliti b’din id-Direttiva,

- perjodu addizzjoniali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu 1981, sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-qtil u l-evixxerazzjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Kapitolu V.

L-Istati Membri għandhom minnufih jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista tal-biċċeriji u l-istabbilimenti tal-qtugħ li ngħataw id-deroga, flimkien ma kull emenda għar-regolamenti li jirregolaw dawn il-biċċeriji u stabbilimenti tal-qtugħ.

(b) L-eżami mediku annwali previst fin-Nru 12 ta’ l-Anness I, il-Kapitolu III, għandu jkun obbligatorju biss mid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni, qabel il-15 ta’ Frar 1980;

Fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-istabbilimenti tal-qtugħ u tal-ħażna, l-intervent ta’ veterinarju uffiċjali, kif previst f’din id-Direttiva, għandu jkun obbligatorju biss minn data li għandha tiġi determinata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni.

Meta jiġu invokati l-klawsoli ta’ deroga f’dan il-paragrafu, l-użu tal-marka tas-saħħa prevista fl-Anness I, il-Kapitolu X għandu jiġi projbit."

L-Artikolu 16

Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Anness I:

"L-ANNESS I

IL-KAPITOLU I

REKWIŻITI TA’ IĠJENE GĦALL-BIĊĊERIJI

1. Il-Biċċeriji għandu jkollhom mill-anqas:

(a) kamra jew post mgħotti li huwa kbir biżżejjed u faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat, għall-ispezzjoni ante mortem tat-tjur;

(b) kamra speċjali jew post mgħotti li huwa faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat, li jintuża biss għat-tjur li jsofru minn jew hemm suspett li qed isofru minn marda;

(ċ) kamra tal-qtil kbira biżżejjed għall-istordiment u sabiex jitneħħa d-demm minn naħa waħda, u t-tnittif u l-iskaldar fuq l-oħra, li għandhom jitwettqu f postijiet separati. Kull komunikazzjoni bejn il-kamra tal-qtil u l-kamra jew l-ispazju msemmi f(a) barra mill-ftuħ dejjaq li minnu jistgħu jgħaddu biss tjur għall-qatla għandu jkollha bieb li jingħalaq awtomatikament;

(d) kamra għall-evixxerazzjoni u l-preparazzjoni li tkun kbira biżżejjed biex l-evixxerazzjoni titwettaq f’post il bogħod biżżejjed mill-postazzjonijiet l-oħrajn tax-xogħol, jew isseparata minnhom permezz ta’ partizzjoni, sabiex tipprevjeni l-kontaminazzjoni. Kull komunikazzjoni bejn il-kamra ta’ l-evixxerazzjoni u l-preparazzjoni u l-kamra tal-qtil ta’ xort oħra mill-ftuħ dejjaq li minnu jgħaddi biss it-tajr għall-qatla għandu jkollha bieb li jingħalaq awtomatikament;

(e) jekk neċessarju kamra minn fejn jintbagħtu;

(f) kamra waħda jew aktar kbar biżżejjed sabiex ikessħu jew jiffriżaw;

(g) kamra jew spazju sabiex jinġabar r-rix sakemm dawn ma jiġux trattati bħala skart;

(h) postijiet speċjali li jinqaflu riżervati għall-ħażna separata tal-laħam tat-tjur li jkun inżamm għal tul ta’ żmien u ta’ laħam marid dikjarat li mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem u skart, meta dan il-laħam u l-iskart ma jinteħħiex kuljum mill-biċċerija;

(i) kamra speċjali esklussivament għat-trattament tekniku jew għall-qerda ta’ laħam tat-tjur dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem taħt Nru 32, laħam li taħt Nru 33 huwa eskluż mill-użu għall-konsum mill-bniedem, u skart u prodotti sekondarji mill-qtil, intiżi għal skopijiet industrijali, jekk dan it-trattament tekniku jew din il-qerda jitwettqu fuq il-post;

(j) kmamar tat-tibdil, sinkijiet, doċċi u flush lavatories; ta’ l-aħħar m’għandux ikun jinfetaħ direttament fuq il-kmamar tax-xogħol; is-sinkijiet għandu jkollhom ilma ġieri sħun u kiesaħ, materjali għat-tindif u d-diżinfettar ta’ l-idejn, u xugamani ta’ l-idejn li jintremew. Is-sinkijiet għandhom ikunu ħdejn il-lavatorji. Mill-15 ta’ Frar 1980, għandu jkun fihom vitien li ma jitħaddmux bl-idejn;

(k) post speċjali mħejji għad-demel sakemm id-demel ma jitneħħiex mill-ewwel b’mod iġeniku;

(l) post u apparat adegwat għat-tindif u d-diżinfettar tal-gaġeġ u l-vetturi;

(m) kamra li tissakkar armata kif suppost għall-użu esklużiv tas-servizz veterinarju;

(n) fil-kmamar tax-xogħol, apparat adegwat għat-tindif u d-diżinfettar ta’ l-idejn u għodda; dan l-appart għandu jkun kemm jista jkun qrib tal-postazzjonijiet tax-xogħol; il-vitien m’għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn; dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma ġieri sħun u kiesaħ, prodotti ta’ tindif u diżinfettar u xugamani ta’ l-idejn li jintremew; għat-tindif ta’ strumenti it-temperatura ta’ l-ilma m’għandhiex tkun ta’ anqas minn + 82 °C;

(o) faċilitajiet li jippermettu l-ispezzjonijiet veterinarji previsti f’din id-Direttiva sabiex jitwettqu b’mod effiċjenti fi kwalunkwe ħin;

(p) ħajt mad-dawra jew mezz ieħor ta’ għeluq adwegwat;

(q) mingħajr preġudizzju għal (a), (b), (ċ) u (d), separazzjoni adegwata tal-partijiet nodfa mill-partijiet kontaminati fil-bini;

(r) fil-kmamar imsemmija f (a) sa (j):

- art li tirreżisti l-ilma li hija faċli li titnaddaf u tiġi diżinfettata, bi protezzjonoi kontra l-moffa, u mibnija b’mod illi l-ilma jista jiġi iddrejnjatfaċilment,

- ħitan lixxi b’passata kulur ċar jew żebgħa li tinħasel sa għoli ta’ mill-anqas 2 metri, b’angoli u rkejjen mibruma;

(s) ventilazzjoni adegwata u, jekk neċessarju, estrazzjoni tal-fwar;

(t) dawl adegwat naturali jew artifiċjali li ma jiddistorċix il-kuluri fil-kmamar imwarrba għal tjur ħajjin jew maqtula;

(u) installazzjoni li tipprovdi fornitura adegwata, taħt pressjoni, ta’ ilma tax-xorb biss; madanakollu ilma li ma jinxtorobx jista jkun awtorizzat, f’każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar, għall-apparat ta’ tkessiħ u għat-tneħħija idrawlika tar-rix, sakemm jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw illi ma jkun hemm ebda kontaminazzjoni u wkoll illi l-pajpijiet installati għal dan l-iskop ma jħallux dan l-ilma jintuża għal kwalunkwe skop ieħor.

Pajpijiet għall-ilma li ma jinxtorobx għandhom jiġu differenzjati b’mod ċar minn dawk li jġorru ilma għax-xorb u m’għandhomx jgħaddu minn kmamar li jikkontjenu l-laħam.

Madanakollu, sal-15 ta’ Frar 1980, tista tingħata awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, għal pajpijiet li jġorru ilma mhux għax-xorb biex jitħallew jgħaddu minn kmamar li fihom il-laħam fil-biċċeriji li jkunu qed joperaw qabel il-15 ta’ Frar 1975, sakemm ma jkun hemm ebda vitien jew postijiet ta’ ħruġ fuq is-sezzjonijiet tal-pajpijiet li jgħaddu minn dawn il-kmamar.

(v) provvista adegwata ta’ ilma tax-xorb sħun taħt pressjoni;

(w) sistema ta’ tneħħija ta’ ilma għall-iskart li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ iġjene;

(x) apparat xieraq għall-protezzjoni kontra pesti bħal insetti, annimali li jgermu eċċ.;

(y) strumenti u apparat li jaħdem u wkoll apparat li jidħol f’kuntatt mat-tjur matul il-ħażna li hu ta’ materjal li ma jissaddux u li hu faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat; l-użu ta’ l-injam b’mod partikolari huwa pprojbit.

(z) kontenituri speċjali ta’ l-arja u li jirreżistu l-ilma li ma jissaddux li ma jistgħux jinfetħu bil-forza, sabiex jinġabar il-laħam li jkun ġie dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem fis-sens ta’ Nru 32.

IL-KAPITOLU II

REKWIŻITI TA’ IĠJENE GĦALL-ISTABBILIMENTI TAL-QTUGĦ

2. L-istabilimenti tal-qtugħ għandu jkollhom mill-anqas:

(a) kamra li tkessaħ kbira biżżejjed għall-preżervazzjoni tal-laħam;

(b) kamra għall-qtugħ u sabiex jitneħħa l-għadam u għall-operazzjonijiet ta’ imballaġ previsti fin-Nru 48;

(ċ) kamra għall-operazzjonijiet ta’ l-imballaġ previsti fin-Nru 47 u sabiex jintbagħat il-laħam;

(d) kamra armata b’mod adegwat li tissakkar għall-użu esklużiv tas-servizz veterinarju;

(e) kmamar tat-tibdil, is-sinkijiet, doċċi u flush lavatories; ta’ l-aħħar m’għandux ikun jinfetaħ direttament fuq il-kmamar tax-xogħol; is-sinkijiet għandu jkollhom ilma ġieri sħun u kiesaħ, materjali għat-tindif u d-diżinfettar ta’ l-idejn, u xugamani ta’ l-idejn li jintremew; Is-sinkijiet għandhom ikunu ħdejn il-lavatories. Mill-15 ta’ Frar 1980, għandhom ikunu armati b’vitien li ma jitħaddmux bl-idejn;

(f) kontenituri speċjali li ma jħallu la l-arja u lanqas lanqas l-ilma jidħlu u li ma jissaddux b’għotjien u qafliet sabiex jipprevjenu persuni mhux awtorizzati milli jneħħu l-affarijiet minnhom, għal-laħam jew interjuri tal-laħam ġejjin minn qtugħ u mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem, jew kamra li tissakkar għal dan il-laħam u interjuri tal-laħam jekk huma fi kwantitajiet kbar biżżejjed li jeħtieġu dan u jekk ma jitneħħewx jew ma jinqerdux fit-tmiem ta’ kull jum utli;

(g) fil-kmamar previsti taħt (a):

- art li tirreżisti l-ilma li hija faċli li titnaddaf u tiġi diżinfettata, bi protezzjoni kontra l-moffa, u mibnija b mod illi l-ilma jista jiġi ddrejnjat faċilment,

- ħitan lixxi b’passata kulur ċar jew żebgħa li tinħasel sa għoli ta’ mill-anqas 2 metri, b’angoli u rkejjen mibruma;

(h) fil-kmamar previsti taħt (b):

- art li tirreżisti l-ilma li hija faċli li titnaddaf u tiġi diżinfettata, bi protezzjoni kontra l-moffa, u stabbilita b’mod illi l-ilma jista jiġi ddrejnjat faċilment; l-ilma għandu jiġi ggwidat minn taħt lejn id-drenaġġi li jkunu armati b’fetħiet u gradilji,

- ħitan lixxi b’passata kulur ċar jew żebgħa li tinħasel sa għoli ta’ mill-anqas 2 metri, b’angoli u rkejjen mibruma;

(i) apparat għat-tkessiħ fil-kmamr previsti taħt (a) sabiex iżomm il-laħam f’temperatura interna ta’ mhux aktar minn + 4 oC;

(j) termometru jew termometru li jirreġistra fil-kamra tal-qtugħ;

(k) faċilitajiet li jippermettu l-operazzjonijiet ta’ ispezzjoni u sorveljanza veterinarja preskritti minn din id-Direttiva sabiex jitwettqu effiċjentement fi kwalunkwe ħin;

(l) faċilitajiet li jipprovdu ventilazzjoni adegwata fil-kmamar fejn isir xogħol fuq il-laħam;

(m) fi kmamar fejn isir xogħol fuq il-laħam, dawl naturali jew artifiċjali li ma jiddistorċix kuluri;

(n) installazzjoni li tipprovdi provvista adegwata taħt pressjoni ta’ ilma li jinxtorob biss, taħt pressa; madanakollu, provvista ta’ ilma mhux tax-xorb tista f’każijiet eċċezzjonali tiġi awtorizzata għall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar u għall-apparat li jkessaħ sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop ma jippermettux illi dan l-ilma jintuża għal skopijiet oħrajn.

Il-pajpijiet ta’ l-ilma mhux tax-xorb għandhom ikunu jintgħarfu b mod ċar minn dawk li jġorru l-ilma tax-xorb u m għandhomx jgħaddu mill-kmamar fejn il-laħam jiġi pproċessat jew maħżun.

Madanakollu, sal-15 ta’ Frar 1980, tista tingħata awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, għal pajpijiet li jġorru ilma mhux tax-xorb sabiex jgħaddu mill-kmamar fejn hemm il-laħam fl-istabbilimenti tal-qtugħ f’operazzjoni qabel il-15 ta’ Frar 1975, sakemm ma jkun hemm ebda vitien jew fetħiet fis-sezzjonijiet tal-pajpijiet li jgħaddu mill-kmamar imsemmija;

(o) installazzjoni li tipprovdi provvista adegwata ta’ ilma tax-xorb jaħraq taħt pressjoni;

(p) sistema tar-rimi ta’ l-iskart ta’ l-ilma li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-iġjene;

(q) fil-kmamar fejn jiġi pproċessat il-laħam, apparat adegwat, li għandu jkun kemm jista jkun viċin għall-postazzjonijiet tax-xogħol, sabiex jitnaddfu u jiġu diżinfettati l-idejn u l-materjali li wieħed jaħdem bihom. Il-vitien m għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn. Dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma ġieri sħun u kiesaħ, prodotti għat-tindif u d-diżinfettar u xugamani ta’ l-idejn li jintremew. Għal strumenti ta’ tindif, it-temperatura ta’ l-ilma m’għandhiex tkun anqas minn 82 oC;

(r) apparat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ iġjene għall-immaniġġar tal-laħam u kontenituri għall-ħażna tal-laħam b’tali mod illi la l-laħam u lanqas il-kontenituri ma jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art;

(s) apparat xieraq għall-protezzjoni kontra pesti bħall-insetti, l-annimali li jgermu eċċ.;

(t) strumenti u apparat tax-xogħol bħal imwejjed tal-qtugħ, imwejjed bis-superfiċi għall-qtugħ li jinqalgħu, kontenituri, conveyor belts u srieraq ta’ materjal li ma jissaddadx li mhux probabbli li jtebba l-laħam u li huwa faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat; l-użu ta’ l-injam b’mod partikolari huwa pprojbit.

IL-KAPITOLU III

REKWIŻITI TA’ IĠJENE GĦALL-IMPJEGATI, BINI, APPARAT U STRUMENTI FL-ISTABBILIMENTI

3. Indafa assoluta għandha tkun meħtieġa mill-impjegati, mill-bini, mill-apparat u mill-istrumenti.

(a) L-impjegati b’mod partikolari għandhom jilbsu ħwejjeġ nodfa għax-xogħol u kpiepel ta’ kulur ċar u li jinħaslu faċilment. L-impjegati li joqtlu l-annimali u li jaħdmu fuq u jimmaniġġaw il-laħam għandhom jaħslu u jiddiżinfettaw idejhom bosta drabi matul kull jum utli u kull darba li jerġgħu jibdew ix-xogħol. Persuni li ġew f’kuntatt ma annimali morda jew laħam infettat għandhom minnufih wara dan jaħslu bir-reqqa idejhom u dirgħajhom f’ilma jaħraq u mbagħad jiddiżinfettawhom. It-tipjip huwa pprojbit fil-kmamar tax-xogħol u fl-imħażen.

(b) Ebda annimal ma jista jidħol fl-istabbiliment. Fir-rigward tal-biċċeriji, din il-projbizzjoni m’għandiex tapplika għall-annimali tal-biċċerija li jġorru, għat-tjur intiżi għall-qtil, għall-fniek jew l-għasafar mhux imsemmija fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-qtil minnufih sakemm mhumiex miżmuma, maqtula, ppreparati jew maħżuna fl-istess ħin u fl-istess kmamar bħat-tjur.

Madanakollu, f dawk l-Istati Membri li stabbilew li għasafar għandhom jinqatlu skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, laħam frisk minn dawn l-għasafar jista jinħażen fl-istess bini bħal laħam frisk minn annimali domestiċi li jappartjenu għall-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1(1).

Annimali li jgermu, insetti u pesti oħrajn għandhom jinqerdu b’mod sistematiku.

(ċ) Il-kmamar imsemmija f’Nru 1(1)(a), (b), (ċ), u (d) u fin-Nru 2(b) u (ċ) għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati kif neċessarju u għal kwalunkwe kost fl-aħħar tal-jum utli.

(d) Il-gaġeġ li jintużaw sabiex jitwasslu t-tjur għandhom ikun magħmulin minn materjal li ma jissaddadx, li huwa faċli biex jitnaddaf u biex jiġi diżinfettat. Għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati kull darba li jiġu żvojtati.

(e) L-apparat u l-istrumenti li jintużaw għall-qtil, il-ħidma fuq u l-ħażna tal-laħam għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb ta’ użu. Għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati bir-reqqa bosta drabi matul kull jum utli, fl-aħħar tal-jum utli u qabel ma jerġgħu jintużaw darb’oħra jekk ġew kontaminati, b’mod partikolari minn ġermi ta’ marda.

(f) Kontenituri għal laħam marid li mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem u għall-interjuri għandhom jiġu żvojtati wara l-użu u mnaddfa u diżinfettati kull darba li jiġu żvojtati.

4. Bini, strumenti, apparat tax-xogħol u impjant użat għall-qtil, għall-ħidma fuq u għall-ħażna tal-laħam għandhom jintużaw biss għal dawk l-iskopijiet.

5. Laħam tat-tjur u kontenituri tagħhom m’għandhomx jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-art.

6. Ir-rix għandu jittieħed l hemm minnufih wara it-tnittif.

7. L-użu ta’ deterġenti, diżinfettanti u pestiċidi m’għandux jaffettwa l-adattabilità tal-laħam għall-konsum.

8. L-użu ta’ l-ilma għax-xorb huwa essenzjali għall-iskopijiet kollha.

Madanakollu, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fin-Nru 1(u) u Nru 2(n), l-utilizzazzjoni ta’ l-ilma mhux tax-xorb għandha tiġi awtorizzata għall-produzzjoni tal-fwar, it-tifi tan-nar, l-apparat li jkessaħ u sabiex jitneħħa r-rix.

9. Għandu jkun projbit li titferrex is-serratura jew xi sostanza simili fuq il-paviment tal-kmamar li fihom jiġi pproċessat jew maħżun il-laħam.

10. Il-laħam għandu jiġi mqatta b’tali mod li tiġi evitata kull kontaminazzjoni. Kull biċċa ta’ l-għadam u demm magħqud għandhom jitneħħew. Laħam, ottenut mill-qtugħ imma mhux intiż għall-konsum mill-bniedem għandu jitqiegħed kif jinkiseb, fil-kontenituri msemmija fin-Nru 2(f).

11. Persuni li jistgħu jikkontaminaw il-laħam għandhom jiġu pprojbiti milli joqtlu jew jimmaniġġawh, b’mod partikolari jekk:

(a) isofru minn jew hemm suspett illi jsofru minn deni typhoid, paratyphoid A u B, enterite infettuża (salmonellosis), diżinterija, ħepatite infettuża, l-iskarlattina jew iġorru minn dan il-mard;

(b) isofru jew huwa suspettati illi jsofru minn tuberkolożi li tittieħed jew infettuża;

(ċ) isofru minn jew huwa suspettat illi jsofru minn mard tal-ġilda kontaġġuż jew infettuż;

(d) jeżerċitaw fl-istess ħin attività li tista tikkawża li jiġu trasmessi mikrobi lil-laħam;

(e) lebsin faxxa fuq idejhom, barra minn garża li ma żżomx ilma u li tipproteġi ferita mhux infettata.

12. Għandu jkun meħtieġ ċertifikat mediku minn kull persuna li taħdem fuq il-laħam tat-tjur. Għandu jiddikjara illi ma hemm ebda impediment għal dan l-impieg; iċ-ċertifikat għandu jiġġedded kull sena u kull fejn jintalab mill-veterinarju uffiċjali, għandu jkun dejjem disponibbli għal dan ta’ l-aħħar.

IL-KAPITOLU IV

ISPEZZJONI TAS-SAĦĦA "ANTE MORTEM"

13. Tjur għall-qtil għandhom jgħaddu minn ispezzjoni ante mortem fl-24 siegħa malli jaslu fil-biċċerija. L-ispezzjoni għandha tiġi ripetuta immedjatament qabel il-qtil jekk aktar minn 24 siegħa jkunu għaddew mill-ispezzjoni ante mortem.

14. L-ispezzjoni ante mortem tista tiġi ristretta sabiex jiġu identifikati ġrieħi matul it-trasport jekk it-tjur ġie spezzjonat fir-razzett ta’ l-oriġini fl-aħħar 24 siegħa u nstab b’saħħtu. Barra minn hekk, l-identità tat-tjur għandha tiġi ppruvata malli jaslu fil-biċċerija. Jekk l-ispezzjoni ante mortem fir-razzett ta’ l-oriġini u fil-biċċerija ma titwettaqx mill-istess veterinarju uffiċjali, ċertifikat tas-saħħa li jiddikjara d-dettalji meħtieġa taħt l-Anness III għandu jkun ma l-annimali.

15. L-ispezzjoni ante mortem għandha titwettaq taħt dawl xieraq.

16. L-ispezzjoni għandha tistabbilixxi:

(a) jekk it-tjur humiex qed isofru minn marda li tista tiġi trasmessa lill-bnedmin jew lill-annimali, sew jekk juri sintomi sew jekk il-kundizzjoni ġenerali tagħhom tkun tali illi tindika illi l-marda tista sseħħ;

(b) jekk juri sintomi tal-marda jew ta’ xi ħsara li taffettwa l-kundizzjoni ġenerali li tagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

17. Tjur li jsofru minn pesta tat-tjur, marda ta’ Newcastle, rabies, salmonella (salmonellosis), kolera jew ornithosis għandhom jiġu ddikjarati li mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

18. Annimali ma jistgħux jinqatlu għall-konsum mill-bniedem bħala laħam frisk meta jiġi stabbilit illi:

- mill-preżenza ta’ tjur morda fil-biċċerija,

- mill-informazzjoni tas-saħħa dwar l-oriġini tagħhom,

illi ġew f’kuntatt ma għasafar li jsofru minn pesta tat-tjur, marda ta’ Newcastle, rabies, salmonella (salmonellosis), kolera jew ornithosis f’ċirkostanzi illi l-marda setgħet ġiet trasmessa lilhom.

19. It-tjur imsemmija fil-paragrafi 16, 17 jew 18 għandhom jinqatlu separatament u wara li jinqatlu t-tjur l-oħra kollha.

IL-KAPITOLU V

REKWIŻITI TA’ IĠJENE GĦALL-QTIL

20. Tjur miġjuba fil-bini tal-biċċerija għandhom jinqatlu minnufih wara li jsir l-istordiment.

Madanakollu, l-istordiment jista ma jsirx jekk huwa projbit minn rit reliġjuż.

21. It-tneħħija tad-demm għandha tintemm u ssir b’tali mod illi d-demm ma jistax jikkawża kontaminazzjoni barra mill-post tal-qtil.

22. Tjur maqtula għandhom jitnittfu minnufih u kompletament.

23. L-evixxerazzjoni għandha ssir minnufih. Il-karkassa għandha tinfetaħ b’tali mod illi l-ħofor u l-interjuri kollha jistgħu jiġu spezzjonati. Għal dan l-iskop, il-fwied, il-milsa u t-tratt ta’ diġestjoni għandhom jitneħħew mill-karkassa b’tali mod illi ma tiġix kontaminata u l-konnessjonijiet naturali ta’ dawk l-interjuri jibqgħu sa l-ispezzjoni.

24. Wara l-ispezzjoni l-interjuri li ġew imneħħija għandhom jiġu separati minnufih mill-karkassa, u l-partijiet li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jitneħħew mill-ewwel.

L-interjuri jew partijiet mill-interjuri li jibqgħu fil-karkassa għandhom, bl-eċċezzjoni tal-kliewi, jitneħħew kompletament, jekk huwa possibbli taħt kundizzjonijiet ta’ iġjene soddisfaċenti.

25. Huwa pprojbit illi l-laħam tat-tjur jintnefaħ, li jitnaddaf b’biċċa ċarruta jew timtela b’xi affarijiet oħrajn barra minn interjuri li jittieklu minn tjur maqtula fil-biċċerija.

26. Huwa pprojbit li l-karkassa titqatta l-ġifa jew il-laħam tat-tjur jitneħħa jew jiġi trattat qabel tiġi kompletata l-ispezzjoni. Il-veterinarju uffiċjali jista jippreskrivi kull maniġġar ieħor meħtieġ mill-ispezzjoni.

27. Laħam li jinżamm u li jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem skond in-Nru 32 jew li ma jitħalliex għall-konsum mill-bniedem skond in-Nru 33, rix u skart għandhom jitneħħew mill-aktar fis possibbli lejn il-kmamar, spazji jew kontenituri previsti fin-Nru 1(g), (h) u (i) u għandhom jiġu mmaniġġati b’tali mod illi l-kontaminazzjoni tinżamm fuq livell minimu.

28. Wara ispezzjoni u l-evixxerazzjoni laħam tat-tjur frisk għandu jitnaddaf minnufih u jitkessaħ skond ir-rekwiżiti ta’ l-iġjene.

IL-KAPITOLU VI

SPEZZJONI TAS-SAĦĦA "POST MORTEM"

29. Il-partijiet kollha ta’ l-annimal għandhom jiġu spezzjonati minnufih wara l-qtil.

30. L-ispezzjoni post mortem għandha ssir taħt dawl xieraq.

31. L-ispezzjoni post mortem għandha tinkludi:

(a) spezzjoni viżwali ta’ l-annimal maqtul;

(b) meta neċessarju, il-ħass bl-idejn u inċiżjoni ta’ l-annimal maqtul;

(ċ) investigazzjoni ta’ anomaliji fil-konsistenza, fil-kulur, fir-riħa u, meta approprjat, fit-togħma;

(d) meta neċessarju, testijiet tal-laboratorju.

IL-KAPITOLU VII

DEĊIŻJONI TAL-VETERINARJU UFFIĊJALI FL-ISPEZZJONI "POST MORTEM"

32. 1. It-tjur għandhom jiġu dikjarati totalment mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem meta l-ispezzjoni turi dan li ġej:

- mewt konsegwenza ta’ kawża oħra li mhux qtil,

- kontaminazzjoni ġenerali,

- leżjonijiet maġġuri u ecchymosis,

- riħa, kulur u togħma anormali,

- therrija,

- cachexia,

- oedema,

- ascites,

- suffejra,

- marda infettuża,

- aspergillosis,

- toxoplasmosis,

- konsistenza anormali,

- parassitiżmi estensivi subkutaneji jew muskolari,

- tumuri malinni jew multipli,

- leukosi,

- ivvalenament.

2. Partijiet ta’ annimal imbiċċer li juru leżjonijiet lokalizzati jew kontaminazzjonijiet li ma jaffettwawx is-saħħa tal-bqija tal-laħam għandhom jiġu dikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

33. Ir-ras separata minn mal-karkassa bl-eċċezzjoni ta’ l-ilsien, u l-interjuri li ġejjin, huma esklużi mill-użu għall-konsum mill-bniedem: it-trakea, il-pulmuni separati mill-karkassa skond in-Nru 24, il-pajp tan-nifs, il-ħawsla, l-imsaren u l-marrara.

IL-KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-LAĦAM INTIŻ GĦALL-QTUGĦ

34. Il-karkassa għandha titqatta f’partijiet u jitneħħew l-għadam biss fil-kmamar tal-qtugħ.

35. Sid l-impjant jew l-aġent tiegħu għandhom jiffaċilitaw l-operazzjonijiet għas-sorveljanza ta’ l-impjant, b’mod partikolari kull immaniġġar li huwa kkunsidrat neċessarju, u għandhom ipoġġu l-faċilitajiet neċessarji għad-dispożizzjoni tas-servizz ta’ sorveljanza; b’mod partikolari, għandhom ikun kapaċi fuq talba jindikaw lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza l-oriġni tal-laħam imdaħħal fl-istabbiliment tiegħu.

36. Laħam li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1) B(b) jista jitqiegħed fi kmamar tal-qtugħ approvati taħt il-kondizzjoni illi jiġi maħżun hemmhekk f’postijiet speċjali; għandu jitqatta f’postijiet oħrajn jew f ħinijiet oħrajn mill-laħam frisk li jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu f’kull ħin ikollu aċċess liberu għall-imħażen kesħin u għall-kmamar tax-xogħol kollha sabiex jassigura sorveljanza stretta tad-dispożizzjonijiet imsemmija fuq.

37. Laħam frisk intiż sabiex jinqata malajr, malli jitwassal, għandu jitqiegħed fil-kamra tal-qtugħ u, sakemm jintuża, fil-kamra prevista fin-Nru 2(a); il-laħam għandu jinżamm f’temperatura interna kostanti ta’ mhux aktar minn + 4 oC.

Madanakollu, minkejja n-Nru 28, il-laħam jista jiġi ttrasportat direttament mill-kamra tal-qtil sal-kamra tal-qtugħ.

F’dawn il-każijiet il-kamra tal-qtil u l-kamra tal-qtugħ għandhom ikunu biżżejjed viċin ta’ xulxin u jinsabu fl-istess grupp jew bini, billi l-laħam għandu jitqatta għandu jiġi trasferit f’operazzjoni waħda minn kamra għall-oħra permezz ta’ estensjoni tas-sistema mekkanika ta’ mmaniġġar mill-kamra tal-qtil, u l-qtugħ għandu jsir minnufih. Malli l-qtugħ u l-imballaġġ preskritt iseħħ, il-laħam għandu jiġi ttrasportat lejn il-kamra tat-tkessiħ prevista fin-Nru 2(a).

38. Il-laħam għandu jinġieb fil-kmamar imsemmija fin-Nru 2 (b) kif mwħtieġ. Malli l-qtugħ u l-imballaġ preskritt isiru, il-laħam għandu jiġi ttrasportat lejn il-kamra tat-tkessiħ prevista fin-Nru 2 (a).

39. Ħlief fil-każ ta’ laħam maqtugħ meta jkun għadu sħun, il-qtugħ jista jsir biss jekk il-laħam ikun laħaq temperatura ta’ mhux aktar minn + 4 oC.

40. It-tindif tal-laħam frisk permezz ta’ msieħ bil-biċċa huwa pprojbit.

IL-KAPITOLU IX

KONTROLL TAS-SAĦĦA TAL-LAĦAM MAQTUGĦ

41. Kmamar tal-qtugħ għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza minn veterinarju uffiċjali.

42. Sorveljanza mill-veterinarju uffiċjali għandha tikkonsisti f:

(a) il-kontroll ta’ reġistri ta’ laħam frisk li jkun daħħal u laħam maqtugħ li jkun ħalla l-istabiliment;

(b) l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam frisk li jidħol fil-kamra tal-qtugħ;

(ċ) l-ispezzjoni ta’ l-indafa ta’ l-istabbiliment, l-installazzjonijiet u l-għodda, u l-indafa ta’ l-impjegati;

(d) li jittieħdu l-kampjuni neċessarji għall-kontrolli tal-laboratorju maħsuba sabiex jgħarrfu, per eżempju, il-preżenza ta’ ġermi noċivi, addittivi jew sostanzi kimiċi oħrajn mhux awtorizzati oħrajn. Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru;

(e) kull kontroll ieħor li huwa jikkonsidra li ser jikkontribwixxi għall-osservanza tad-Direttiva.

IL-KAPITOLU X

L-IMMARKAR TAS-SAĦĦA

43. L-immarkar tas-saħħa għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, li għandu jżomm u jmantni għal dak l-iskop:

(a) strumenti sabiex isir l-immarkar tas-saħħa fuq il-laħam, li għandu jingħata lill-impjegati assistenti biss fil-ħin attwali ta’ l-immarkar u għal tul ta’ żmien neċessarju għal dan l-iskop;

(b) tabelli u inkartar meta dawn diġà jkollhom wahda mill-marki previsti f’Nru 44 u s-siġilli msemmija f’Nru 44. Dawn it-tabelli, l-inkartar u s-siġilli għandhom jingħataw fin-numru rikjest lill-impjegati assistenti fil-ħin meta għandhom jintużaw.

44. 1. L-immarkar tas-saħħa għandu jikkonsisti f’dan li ġej:

(a) - fuq il-parti ta’ fuq, l-ewwel żewġ ittri bl-ittri bil-latin (kbar) ta’ l-isem tal-pajjiż li qiegħed jesporta,

- fiċ-ċentru, in-numru ta’ approvazzjoni tal-veterinarju tal-biċċerija jew, meta approprjat, l-istabiliment tal-qtugħ,

- fuq il-parti ta’ isfel, wieħed mis-settijiet ta’ inizjali li ġejjin: CEE, EEG, EWG, EØF jew KEE.

L-ittri u l-figuri għandhom ikunu għoljin 0·2 ċm;

(b) ovali 6.5 × 4.5 ċm li jkun fihom l-informazzjoni elenkata f (a); l-ittri għandhom ikunu għoljin 0.8 ċm u l-figuri għoljin 1·1 cm.

2. Il-materjal li jintuża sabiex jimmarka għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ l-iġjene u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tidher fuqu u tkun tinqara perfettament.

3. (a) L-immarkar tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jsir:

- fuq jew taħt l-inkartar b’mod viżibbli jew fuq imballaġġ ieħor ta’ karkassi ppakkjati individwalment,

- fuq karkassi mhux ippakkjati individwalment billi jitqiegħed siġill jew kull marka oħra approvata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a,

- fuq jew viżibbilment taħt l-inkartar jew partijiet oħrajn ta’ imballaġġ ta’ karkassi jew interjuri ppakkjati fi kwantitajiet żgħar;

(b) L-immarkar tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jsir fuq imballaġġi kbar li jkun fihom karkassi, partijiet ta’ karkassi jew interjuri mmarkati skond is-subparagrafu (a).

4. Meta marka tas-saħħa tidher fuq l-inkartar jew l-imballaġġ skond il-paragrafu 3;

- għandha tkun applikata b’tali mod li tinqered meta l-inkartar jew l-imballaġġ jinfetaħ; jew

- l-inkartar jew l-imballaġġ għandu jkun siġillat b’tali mod illi ma jkunx jista jerġa jintuża wara li jinfetaħ.

IL-KAPITOLU XI

IĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

45. Iċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa li għandu jakkompanja l-laħam tat-tjur frisk matul it-trasportazzjoni lejn il-pajjiż ta’ destinazzjoni għandu jinħareġ minn veterinarju uffiċjali fil-ħin tat-tagħbija.. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkorrespondi fil-forma u fil-kontenut mal-mudell fl-Anness IV. Għandu jiġi espress fl-ilsien tal-pajjiż ta’ destinazzjoni mill-anqas u jkun fih infromazzjoni speċifikata fil-mudell fl-Anness IV.

IL-KAPITOLU XII

IL-ĦAŻNA

46. Wara it-tkessih previst fin-Nru 28, il-laħam tat-tjur frisk għandu jinżamm f’temperatura li ma tistax fi kwalunkwe ħin tkun aktar minn + 4o C.

IL-KAPITOLU XIII

L-IMBALLAĠĠ

47. (a) L-Imballaġġ (per eżempju, kaxxi ta’ l-imballaġġ, kaxxi tal-kartun) għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ l-iġjene, b’mod partikolari:

- ma jistax jaffettwa l-karattru organolettiku tal-laħam,

- ma jistax jittrasmetti lil-laħam sustanzi li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem,

- għandu jkun b’saħħtu biżżejjed sabiex jipproteġi l-laħam b’mod adegwat matul it-trasport u l-immaniġġar;

(b) L-imballaġġ jista jerġa jintuża biss għal-laħam meta jkun magħmul minn materjal li ma jissaddadx li huwa faċli biex jitnaddaf u li l-ewwel ġie mnaddaf u diżinfettat.

48. Meta l-laħam tat-tjur frisk jitgeżwer fil-materjal ta’ l-imballaġġ (per eżempju folja tal-plastik) li huwa f’kuntatt dirett miegħu, dan għandu jsir skond il-ħtiġiet ta’ l-iġjene.

Dan l-imballaġġ għandu jkun trasparenti u mingħajr kulur u jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nru 47 (a); ma jistax jerġa jintuża sabiex jiġi ppakkjat il-laħam.

Partijiet tat-tjur jew interjuri separati mill-karkassa għandhom dejjem ikunu mgeżwra u ssiġillati b’mod sod f’materjal protettiv li jissodisfa l-kriterji ta’ hawn fuq.

IL-KAPITOLU XIV

IT-TRASPORT

49. Il-laħam tat-tjur frisk għandu jiġi ttrasportat f’vetturi jew kontejners iddisinjati u mgħammra b’tali mod illi t-temperatura speċifikata fil-Kapitolu XII tiġi mantenuta matul it-trasport.

50. Il-mezz ta’ trasport tal-laħam tat-tjur frisk ma jistax jintuża sabiex iwassal annimali ħajjin jew kull prodott li jista jkun ta’ ħsara għal jew jikkontamina l-laħam sakemm ma jkollux, wara li jinħattu dawk il-prodotti, ġie mnaddaf, diżinfettat u, meta neċessarju deodorizzat sewwa.

51. Laħam tat-tjur frisk jista jiġi ttrasportat fl-istess ħin bħal sustanzi li x’aktarx jaffettwawh jew jagħtuh ir-riħa biss jekk jittieħdu l-prekawzjonijiet approprjati.

52. Laħam frisk ma jistax jiġi ttrasportat f’vetturi jew kontajners li mhumiex nodfa jew diżinfettati.

53. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura illi qabel it-tagħbija illi l-vetturi tat-trasport jew il-kontejners u l-kundizzjonijiet tat-tagħbija jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-iġjene ta’ dan il-Kapitolu."

L-Artikolu 17

Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Anness II:

"L-ANNESS II

REKWIŻITI LI JIRRELATAW GĦALL-ASSISTENTI

1. Dawn li ġejjin biss jistgħu jiġu aċċettati bħala assistenti: il-persuni li

(a) jipprovdu attestat minn awtorità kompetenti illi huma ta’ karattru tajjeb;

Meta dan iċ-ċertifikat ma nħariġx fi Stat Membru, jista jiġi ssostitwit minn dikjarazzjoni taħt ħalfa jew affermazzjoni solenni magħmula mill-persuna kkonċernata fil-preżenza ta’ awtorità legali jew amministrattiva, nutar jew korp professjonali kwalifikat ta’ dak l-Istat Membru;

(b) għandhom edukazzjoni bażika adegwata;

(ċ) huma fiżikament adattati għal dan l-impieg;

(d) juru f’test ta’ l-abilità tagħhom illi għandhom għarfien tekniku adegwat.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu III(11) u (12) ta’ l-Anness I, ebda persuna ma għandha tiġi impjegata bħala assistent li:

(a) teżerċita attività li tista tinvolvi riskju ta’ infezzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk;

(b) għandha s-sengħa tal-laħam, tieħu ħsieb biċċerija tat-tjur jew taħdem hemm fi kwalunkwe kapaċità, tinnegozja fit-tjur jew fl-għalf tat-tjur, hija konsulent dwar l-għalf tat-tjur, hija bidwi tat-tjur professjonali jew hija impjegata f’impriża agrikola jew għandha rabta familjari jew involviment mill-qrib li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tal-ġudizzju tagħha.

3. It-test imsemmi fil-paragrafu 1(d) għandu jiġi organizzat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru jew mill-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru. Biss kandidati illi jippruvaw illi kellhom tliet xhur ta’ taħriġ prattiku taħt uffiċjal veterinarju għandhom ikunu eliġibbli għal dan it-test.

4. It-test imsemmi fin-Nru 3 għandu jikkonsisti f’parti teoretika u parti prattika u għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin:

(a) parti teoretika:

- għarfien bażiku ta’ l-anatomija u l-fiżjoloġija tat-tjur,

- għarfien bażiku tal-patoloġija tat-tjur,

- għarfien bażiku tal-patoloġija anatomika tat-tjur,

- għarfien bażiku ta’ iġjene u b’mod partikolari iġjene industrijali,

- metodi u proċedura għall-qtil, preparazzjoni, imballaġġ u trasport tat-tjur,

- għarfien tal-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mat-twettiq tax-xogħol tagħhom.

(b) parti prattika:

- spezzjoni u stima tat-tjur għall-qtil,

- spezzjoni u stima tat-tjur maqtula,

- determinazzjoni ta’ l-ispeċi ta’ l-annimal minn eżami tal-partijiet tipiċi ta’ l-annimal,

- determinazzjoni ta’ numru ta’ partijiet ta’ tjur maqtula li fihom saru tibdiliet, u kummenti dwar dan,

- esperjenza ta’ spezzjoni post mortem fuq linja ta’ produzzjoni."

L-Artikolu 18

Dan li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Anness IV:

"L-ANNESS IV"

+++++ TIFF +++++

L-Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma din id-Direttiva fl-1 ta’ Jannar 1977.

L-Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Lulju 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Colombo

[1] ĠU C 127, tat-18.10.1974, p. 29.

[2] ĠU C 116, tat-30.10.1974, p. 31.

[3] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[4] ĠU L 202, ta’ l-24.7.1974, p. 1.

--------------------------------------------------