31975L0106

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru, 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prekondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel

Official Journal L 042 , 15/02/1975 P. 0001 - 0013
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0201
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0201
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0054
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0054
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 156 - 168


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru, 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prekondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel

(75/106/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 ta’ dan;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi f’ħafna mill-Istati Membri l-kundizzjonijiet ta’ preżentazzjoni għal bejgħ ta’ likwidi fi imballaġġ minn qabel huma s-suġġett ta’ regolamenti mandatorji li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor, għalhekk ifixklu l-kummerċ fl-imballaġġ minn qabel bħal dann; billi għalhekk dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu approssimati;

Billi biex jingħata ċ-ċans lil konsumaturi li jkunu informati korrettament, il-metodu ta’ immarkar tal-volum nominali fuq l-imballaġġ minn qabel tal-likwidu li jkunt fl-imballaġġ minn qabel għandu jkun preskritt;

Billi huwa wkoll meħtieġ li jkunu speċifikati l-iżbalji massimi permessi fil-kontenut tal-imballaġġ minn qabel u billi metodu ta’ referenza għal kontroll bħal dan għandu jkun spjegat biex ikun provdut metodu sempliċi ħalli jassigura li l-imballaġġ minn qabel jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti;

Billi huwa meħtieġ li jitnaqqas bl-aktar mod possibbli l-għadd ta’ volumi ta’ kontenut li jkunu qrib wisq għal oħrajn ta’ l-istess prodott u li konsegwentement ikunu responsabbli li jtellfu lill-konsumatur; billi, iżda, minħabba l-ħażniet estremament għoljin ta’ imballaġġ minn qabel fil-Komunità tnaqqis bħal dan jista’ jsir biss gradwalment;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/316/EEC [3] tas-26 ta’ Lulju, 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward dispożizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl u kemm għal metodi ta’ kontroll metroloġiku, kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni [4] tipprovdi, fl-Artikolu 16, li l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għal bejgħ ta’ ċerti prodotti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-preskrizzjoni, kejl u mmarkar ta’ kwantitajiet f’imballaġġ minn qabel, jista’ jkun kopert minn Direttivi separati;

Billi bidla mgħaġġla wisq fil-mod ta’ kif tkun deċiża l-kwantità stabbilita mil-leġislazzjonijiet nazzjonali tagħhom u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ kontroll kif ukoll l-adozzjoni ta’ sistema ta’ kejl ġdida tkun tippreżenta diffikultajiet għal ċerti Stati Membri, għandu jkun provdut perjodu ta’ transizzjoni għal dawn l-Istati Membri; billi dispożizzjoni bħal din m’għandhiex, iżda, żżomm iktar lura kummerċ intra-Komunità fil-prodotti konċernati u ma għandhiex tippreġudikaa l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri l-oħra.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha x’taqsam ma’ imballaġġ minn qabel li fih il-prodotti likwidi elenkati fl-Anness III mkejla mill-volum għal skop ta’ bejgħ fi kwantitajiet individwali ta’ bejn 0.05 litri u ħames litri inklusivi.

Artikolu 2

1. Imballaġġ minn qabel fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva huwa l-kombinazzjoni ta’ prodott u l-imballaġġ individwali li fih ikun ippakkjat minn qabel.

2. Prodott ikun f’imballaġġ minn qabel meta jitqiegħed f’pakkett ta’ kull natura, mingħajr ma x-xerrej ikun preżenti, u l-kwantità tal-prodott li jkun hemm fil-pakkett ikollha valur deċiż minn qabel u li ma tkunx tista’ tinbidel mingħajr ma jinbidel il-pakkett.

Artikolu 3

1. Il-imballaġġ minn qabel li jist’ jkun mmarkat bil-marka KEE elenkati fis-sottotaqsima 3.3 ta’ l-Anness I huma dawk li jaqblu ma’ l-Annessi I u III.

2. Huma jkunu soġġetti għal kontroll metroloġiku taħt il-kundizzjonijiet imfissra fl-Anness I, Taqsima 5, u fl-Anness II.

Artikolu 4

1. Il-pakketti kollha f’imballaġġ minn qabel li għalihom jirreferi fl-Artikolu 3 bi qbil ma’ l-Anness I għandu jkollhom indikazzjoni tal-volum ta’ likwidu, imsejjaħ "volum nominali tal-kontenut", li huma mitluba li jkollhom.

2. Għall dan l-imballaġġ minn qabel huwa permess biss il-volumi nominali tal-kontenut indikat fl-Anness III.

3. Sakemm jiskadi l-perjodu ta’ transizzjoni li matulu huwa awtorizzat fil-Komunità l-użu ta’ kejl imperjali li jidher fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/354/KEE [5] tat-18 ta’ Ottubru, 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-kejl, kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni, jekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda jitolbu hekk u fit-territorju nazzjonali tagħhom, l-indikazzjoni tal-volum nominali tal-kontenut espress f’kejl SI bi qbil mas-sottotaqsima 3.1 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva, tkun akkumpanjata b’indikazzjoni ta’ volum nominali tal-kontenut espress fl-ekwivalent ta’ kejl imperjali, jekk dan ikun mogħti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jagħmlu restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ minn qabel li jissodisfa ir-rekwiżiti u testijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għal raġunijiet li jikkonċernaw il-volum tal-kontenut, id-deċiżjoni dwar dak il-volum jew il-metodi li bihom ikunu ċċekkjati.

Artikolu 6

L-emendi meħtieġa biex ikunu aġġustati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva għal progress tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 18 u 19 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/316/KEEC.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit jistgħu jiddeferixxu l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-Annessi tagħha sal-31 ta’ Diċembru 1979 l-iktar tard.

3. Waqt il-perjodu li fih id-Direttiva ma tkunx qed titħaddem fi Stat Membru, dak l-Istat Membru ma jdaħħalx miżuri iktar stretti ta’ kontroll minn dawk fis-seħħ meta d-Direttiva tkun adottata li jirrigwardjaw il-kwantità li jkun hemm fl-imballaġġ minn qabel kopert minn din id-Direttiva u li ġej minn Stat Membru ieħor.

4. Waqt l-istess perjodu l-Istati Membri li jkunu daħħlu id-Direttiva għandhom jaċċettaw dak l-imballaġġ minn qabel li jkun ġej minn Stati Membri li jkunu qed jibbenefikaw mid-deroga li tipprovdi għaliha fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkunu jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva, anki jekk ma jkollhomx il-marka KEE li għaliha tirreferi s-sottotaqsima 3.3 ta’ l-Anness I, fuq l-istess bażi u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk l-imballaġġ minn qabel li jaqblu mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw f’dan il-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun mgħarraf lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Diċembru, 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

J.P. Fourcade

[1] ĠU Ċ 56, 2.6.1972, p.35.

[2] ĠU Ċ 123, 27.11.1972, p.9.

[3] ĠU Ċ 202, 6.9.1971, p.1.

[4] ĠU L 73, 27.3.1972, p.14.

[5] ĠU L 243, 29.10.1971, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. GĦANIJIET

Imballaġġ minn qabel kopert minn din id-Direttiva għandu jsir b’tali mod li l-imballaġġ minn qabel jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.1. il-volum effettiv tal-kontenut ma jkunx inqas, bħala medja, mill-volum nominali tal-kontenut;

1.2. il-proporzjon ta’ imballaġġ minn qabel bi żball negattiv ikbar mill-iżball negattiv tollerabbli stabbilit f’sottotaqsima 2.4 jkun suffiċjentement żgħir għal għadd ta’ imballaġġ minn qabel biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet speċifikati fl-Anness II;

1.3. ebda imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv ikbar mid-doppju ta’ l-iżball negattiv tollerabbli mogħti fil-kaxxa tas-sottotaqsima 2.4 ma jista’ jkun immarkat bil-marka KEE li hemm provdut għaliha fis-‘sottotaqsima 3.3.

2. DEFINIZZJONIJIET U DISPOSIZZJONIJIET BAŻIĊI

2.1. Il-volum nominali tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel huwa l-volum indikat fuq l-imballaġġ minn qabel, jiġifieri l-volum ta’ likwidu li l-imballaġġ minn qabel huwa mifhum li fih.

2.2. Il-volum effettiv tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel huwa l-volum ta’ likwidu li fil-fatt ikun fih. Fl-operazzjonijiet kollha ta’ iċċekkjar il-valur użat għall-volum effettiv tal-kontenut jitkejjel fi jew ikun korrett għal temperatura ta’ 20º C.

2.3. L-iżball negattiv huwa l-kwantità li biha l-volum attwali tal-kontenut tkun inqas mill-volum nominali tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel.

2.4. L-iżball negattiv tollerabbli jkun iffissat bi qbil mat-tabella li ġejja:

Volum nominali tal-kontenut Vn f’millilitri | Żball negattiv tollerabbli |

F’% ta’ Vn | F’millilitri |

Minn 50 sa 100 | — | 4.5 |

Minn 100 sa 200 | 4.5 | — |

Minn 200 sa 300 | — | 9 |

Minn 300 sa 500 | 3 | — |

Minn 500 sa 1000 | — | 15 |

Minn 1000 sa 5000 | 1.5 | — |

3. SKRIZZJONIJIET U MARKI

L-imballaġġ minn qabel kollu magħmul bi qbil ma’ din id-Direttiva jkollu fuq il-pakkett il-marki li ġejjin mwaħħla b’tali mod li jkun indelibbli, faċli biex jinqraw u viżibbli fuq l-imballaġġ minn qabel f’kundizzjonijiet normali ta’ preżentazzjoni:

3.1. il-volum nominali tal-kontenut espress f’litri, ċentilitri jew millilitri u mmarkat f’ċifri għoljin mill-inqas 6mm jekk il-volum nominali tal-kontenut ikun iktar minn 100 ċl, għoljin 4 mm jekk ikun minn 100 ċl ‘l isfel għal imma mhux li jinkudi 20 ċl u għoljin 3 mm jekk ikun iktar minn 20 ċl, segwit mis-simbolu għall-kejl użat jew fejn xieraq mill-isem tal-kejl, bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/354/KEE;

sakemm jiskadi l-perjodu ta’ transizzjoni, li matulu l-użu tal-kejl imperjali li jidher fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/354/KEE huwa awtorizzat fil-Komunità, l-indikazzjoni tal-volum nominali tal-kontenut espressa f’unitajiet SI bi qbil mal-paragrafu preċedenti tista’ tkun akkumpanjata b’dik ta’ valur ekwivalenti f’unitajiet imperjali (Renju Unit) ta’ kejl, kalkolati fuq il-bażi tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

millilitru = 0,0352 uqija fluwida

litru = 1,760 pinet jew 0,220 glalen

L-Istati Membri jistgħu, fejn jaħsbu li jkun meħtieġ, jinsistu fuq din it-tieni indikazzjoni għal prodotti mqiegħda għal bejgħ fit-territorji nazzjonali tagħhom;

3.2. marka jew skrizzjoni li tagħti ċ-ċans lid-dipartiment konċernat jidentifika lil min ippakkja jew il-persuna responsabbli għall-ippakkjar jew l-importatur stabbilit fil-Komunità;

3.3. "e" żgħira għolja mill-inqas 3mm, imqiegħda fl-istess post fejn tidher bħall-indikazzjoni tal-volum nominali tal-kontenut, li tiċċertifika li l-imballaġġ minn qabel jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Din l-ittra jkollha l-forma li tidher fid-disinn li jinsab fl-Anness II, Taqsima 3, tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/316/KEE.

L-Artikolu 12 ta’ din l-aħħar Direttiva tapplika mutatis mutandis.

Iżda, jekk il-pakkett jkun kontenitur ta’ kejl li jaqbel mad-Direttiva relevanti u jekk l-indikazzjoni tal-kapaċità nominali tiegħu tkun tidher taħt il-kundizzjonijiet normali ta’ preżentazzjoni tal-imballaġġ minn qabel, mhux neċessarju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva li jkun indikat il-volum nominali tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel kif meħtieġ mill-punt 3.1 ta’ hawn fuq.

Iżda dan ma japplikax meta volum nominali bħal dan ta’ imballaġġ minn qabel ikun differenti b’ammont sa u li jinkludi 0.05 litri minn volum nominali ieħor li hemm provdut għalih fl-Anness III għall-istess kategorija ta’ prodotti.

4. RESPONSABBILTà TA’ MIN JIPPAKKJA JEW IMPORTATUR

Il-kwantità ta’ likwidu li jkun fi imballaġġ minn qabel, magħruf bħala l-"volum effettiv tal-kontenut", jitkejjel jew ikun iċċekkjat bir-responsabbiltà ta’ min jippakkja. Il-kejl jew l-iċċekkjar isiru permezz ta’ strument legali ta’ kejl tajjeb biex jagħmel l-operazzjonijiet meħtieġa.

L-iċċekkjar jista’ jsir bit-teħid ta’ kampjuni.

Fejn il-volum effettiv tal-kontenut ma jitkejjilx, l-iċċekkjar magħmul minn min jippakkja jkun tant organizzat li l-volum nominali tal-kontenut msemmi jkun effettivament assigurat.

Din il-kundizzjoni tintlaħaq jekk min jippakkja jagħmel iċċekkjar ta’ produzzjoni bi qbil mal-proċeduri rikonoxxuti mid-dipartimenti fl-Istati Membri u jekk hu jżomm disponibbli għal dawn l-awtoritajiet id-dokumenti li jkun fihom ir-riżultati ta’ dan l-iċċekkjar, biex jiċċertifika li dan l-iċċekkjar, flimkien mal-korrezzjonijiet u l-irranġar li kienu meħtieġa, saru bil-mod xieraq u preċiż.

Wieħed mill-ħafna metodi biex jintlaħaq ir-rekwiżit ta’ kejl u iċċekkjar huwa li jintuża, waqt li jkun qed isir l-imballaġġ minn qabel, kontenitur ta’ kejl tat-tip spjegat fid-Direttiva relatata miegħu u taħt il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva u dik fuq il-kejl tal-fliexken kontenituri.

5. IĊĊEKKJAR LI GĦANDU JSIR MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI FIL-POST TA’ MIN JIPPAKKJA JEW L-IMPORTATUR

Iċċekkjar biex ikun żgurat li l-imballaġġ minn qabel jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, isiru mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri permezz ta’ teħid ta’ kampjuni fil-post ta’ min jippakkja jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, fil-post ta’ l-importatur jew ta’ l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità.

Dan l-iċċekkjar bit-teħid ta’ kampjuni għal statistika jsir bi qbil mal-metodi aċċettati ta’ spezzjoni biex tkun aċċettata l-kwalità. L-effettività tiegħu jitqabbel ma’ dik tal-metodu ta’ referenza speċifikat fl-Anness II.

6. IĊĊEKKJAR IEĦOR MAGĦMUL MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI

Din id-Direttiva ma żżomm ebda iċċekkjar li jista’ jsir mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri waqt in-negozju, b’mod partikolari għall-fini biex ikun verifikat li l-imballaġġ minn qabel jaqbel mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri tal-metodu ta’ referenza għal iċċekkjar ta’ l-istatistika ta’ lottijiet ta’ imballaġġ minn qabel biex jaqblu mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3, u t-Taqsima 5, l-Anness 1, tad-Direttiva.

Dan l-iċċekkjar huwa bbażat fuq norma ISO Nru 2859 relatata mal-metodi ta’ ittestjar minn attributi, li jieħdu livell ta’ kwalità aċċettabbli ta’ 2.5 %. Il-livell ta’ teħid ta’ kampjuni jikkorrispondi għal livell II ta’ dik in-norma fir-rigward ta’ testijiet mhux distruttivi, u għal livell S 3 fir-rigward ta’ testijiet distruttivi.

1. REKWIŻITI BIEX JITKEJJEL IL-VOLUM EFFETTIV TAL-KONTENUT TA’ IMBALLAĠĠ MINN QABEL

Il-volum effettiv tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel jista’ jitkejjel direttament permezz ta’ strumenti li jkejlu l-volumetriċità jew indirettament billi jiżnu u jkejlu d-densità.

Irrispettivament mill-metodu wżat, l-iżball magħmul fil-kejl tal-volum effettiv tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel ma jaqbiżx il-1/5 ta’ l-iżball negattiv tollerabbli partikolari għall-volum nominali tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel. Il-proċedura għal kejl tal-volum effettiv tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel tista’ tkun soġġetta għal regolamenti domestiċi f’kull Stat Membru.

2. REKWIŻITI GĦAL IĊĊEKKJAR TA’ LOTTIJIET TA’ IMBALLAĠĠ MINN QABEL

L-iċċekkjar ta’ imballaġġ minn qabel isir permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u jsir f’żewġ partijiet:

- iċċekkjar fuq il-volum effettiv tal-kontenut ta’ kull imballaġġ minn qabel fil-kampjun,

- iċċekkjar ieħor li jkopri l-medja tal-volumi effettivi tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel fil-kampjun.

Lott ta’ imballaġġ minn qabel ikun kkunsidrati bħala aċċettabbli jekk ir-riżultati ta’ dan l-iċċekkjar doppju jissodisfa l-kriterji ta’ aċċettazzjoni.

Għal kull wieħed minn dan l-iċċekkjar, hemm żewġ pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni:

- wieħed ta’ ittestjar mhux distruttiv, jiġifieri ttestjar li ma jinvolvix il-ftuħ tal-pakkett,

- l-ieħor għal ittestjar distruttiv, jiġifieri ttestjar li jinvolvi l-ftuħ jew id-distruzzjoni tal-pakkett.

Għal raġunijiet ekonomiċi u prattiċi, l-aħħar test ikun limitat għall-minimu essenzjali, u jkun inqas effettiv mill-ewwel wieħed.

Għalhekk jintuża ttestjar distruttiv biss meta ttestjar non-distruttiv ma jkunx prattiku. Bħala regola ġenerali ma jkunx applikat għal lottijiet ta’ inqas minn 100 biċċa.

2.1. Komposizzjoni ta’ lott ta’ imballaġġ minn qabel

2.1.1. Il-lott ikun magħmul mill-imballaġġ minn qabel kollha ta’ l-istess tip u ta’ l-istess produzzjoni li għandhom ikunu spezzjonati.

2.1.2. Meta imballaġġ minn qabel ikunu ċċekkjati fi tmiem il-linja ta’ ippakkjar, l-għadd f’kull lott ta’ imballaġġ minn qabel ikun daqs il-produzzjoni massima ta’ kull siegħa tal-linja ta’ ippakkjar. F’każi oħra d-daqs tal-lott ikun limitat sa 10000.

2.1.3. Għal lottijiet ta’ inqas minn 100 imballaġġ minn qabel, it-test mhux distruttiv, fejn isir, ikun 100 %.

2.1.4. Qabel ma jsiru t-testijiet fi 2.2 u 2.3, għadd biżżejjed ta’ imballaġġ minn qabel jittella’ bil-polza mil-lott biex l-iċċekkjar li jeħtieġ l-akbar kampjun ikun jista’ jsir.

Għall-iċċekkjar l-ieħor, il-kampjun meħtieġ jittella’ bil-polza mill-ewwel kampjun u jkun immarkat.

Din l-operazzjoni ta’ immarkar titlesta qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ kejl.

2.2. Iċċekkjar ta’ volum minimu aċċettabbli tal-kontenut ta’ imballaġġ minn qabel

2.2.1. Il-volum minimu aċċettabbli tal-kontenut ikun ikkalkolati billi jitnaqqas l-iżball negattiv tollerabbli għall-volum nominali tal-kontenut konċernat mill-volum nominali tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel.

2.2.2. Unitajiet individwali fil-lott li l-volum effettiv tal-kontenut tagħhom ikun inqas mill-volum minimu aċċettabbli tal-kontenut ikunu kkunsidrat difettuż.

2.2.3. Għal iċċekkjar permezz ta’ kampjuni, jintuża wieħed mill-pjanijiet (singlu jew doppju) ta’ kampjuni li ġejjin, magħżul minn kull Stat Membru.

2.2.3.1. Pjan ta’ kampjun singlu

L-għadd ta’ imballaġġ minn qabel iċċekkjat għandu jkun daqs l-għadd fil-kampjun, kif indikat fil-pjan:

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi li jinstabu fil-kampjun ikun inqas jew daqs il-kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel ikun ikkunsidrat aċċettabbli għall-iskop ta’ dan l-iċċekkjar.

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi li jinstabu fil-kampjun, ikun daqs jew ikbar mill-kriterju ta’ twarrib, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitwarrab.

2.2.3.1.1. Pjan ta’ ittestjar mhux distruttiv

Għadd f’lott | Għadd f’ kampjun | Għadd ta’ biċċiet difettużi |

Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

100 sa 150 | 20 | 1 | 2 |

151 sa 280 | 32 | 2 | 3 |

281 sa 500 | 50 | 3 | 4 |

501 sa 1200 | 80 | 5 | 6 |

1201 sa 3200 | 125 | 7 | 8 |

3201 u iktar | 200 | 10 | 11 |

2.2.3.1.2. Pjan ta’ ittestjar distruttiv

Għadd f’lott | Għadd f’kampjun | Għadd ta’ biċċiet difettużi |

Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

Ikun x’ikun il-għadd (≥ 100) | 20 | 1 | 2 |

2.2.3.2. Pjan ta’ teħid ta’ kampjun doppju

L-ewwel għadd ta’ imballaġġ minn qabel iċċekkjati jkun daqs l-għadd ta’ biċċiet fl-ewwel kampjun, kif indikat fil-pjan:

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi li jinstabu fl-ewwel kampjun ikun inqas jew daqs l-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jkun ikkunsidrat aċċettabbli għall-iskop ta’ dan l-iċċekkjar.

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi li jinstabu fl-ewwel kampjun, ikun daqs jew ikbar mill-ewwel kriterju ta’ twarrib, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitwarrab.

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi li jinstabu fl-ewwel kampjun ikun bejn l-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni u l-ewwel kriterju ta’ twarrib, ikun iċċekkjat kampjun ieħor, li fih ikun hemm l-għadd ta’ biċċiet kif indikat fil-pjan.

Il-biċċiet difettużi li jinstabu fl-ewwel u fit-tieni kampjun jingħaddu flimkien.

- jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun inqas jew daqs it-tieni kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jkun ikkunsidrat aċċettabbli għall-iskop ta’ l-iċċekkjar.

- jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun daqs jew ikbar mit-tieni kriterju ta’ twarrib, il-lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitwarrab.

2.2.3.2.1. Pjan ta’ ittestjar mhux distruttiv

Kampjuni | Għadd ta’ biċċiet difettużi | Għadd f’lott |

Ordni | Għadd | Għadd Totali | Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

100 sa 150 | l-ewwel | 13 | 13 | 0 | 2 |

it-tieni | 13 | 26 | 1 | 2 |

151 sa 280 | l-ewwel | 20 | 20 | 0 | 3 |

it-tieni | 20 | 40 | 3 | 4 |

281 sa 500 | l-ewwel | 32 | 32 | 1 | 4 |

it-tieni | 32 | 64 | 4 | 5 |

501 sa 1200 | l-ewwel | 50 | 50 | 2 | 5 |

it-tieni | 50 | 100 | 6 | 7 |

1201 sa 3200 | l-ewwel | 80 | 60 | 3 | 7 |

it-tieni | 80 | 180 | 8 | 9 |

3201 u iktar | l-ewwel | 125 | 125 | 5 | 9 |

it-tieni | 125 | 250 | 12 | 13 |

2.2.3.2.2. Pjan ta’ ittestjar distruttiv

Għadd f’lott | Kampjuni | Għadd ta’ biċċiet difettużi |

Ordni | Għadd | Għadd totali | Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

Ikun x’ikun l-għad (≥ 100) | l-ewwel | 13 | 13 | 0 | 2 |

it-tieni | 13 | 26 | 1 | 2 |

2.3. Iċċekkjar tal-medja tal-volum effettiv tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel individwali li jiffurmaw lott

2.3.1. x

=

∑ x

in jekk il-valur medju tal-volum effettiv tal-kontenut xi ta’ n imballaġġ minn qabel f’kampjun li jkun ikbar mill-valur:

V

s2n · t1 − α

F’din il-formola:

Vn = il-volum nominali tal-kontenut tal-imballaġġ minn qabel,

s = l-istima ta’ devjazzjoni normali fil-volum effettiv tal-kontenut tal-lott,

n = l-għadd ta’ imballaġġ minn qabel fil-kampjun għal dan l-iċċekkjar,

t(1-α) = 0995 livell ta’ fiduċja ta’ distribuzzjoni Student bi δ = n - grad 1 ta’ libertà

2.3.2. Jekk xi huwa l-valur imkejjel tal-volum effettiv tal-kontenut ta’ l-oġġett i-th fil-kampjun li fih n oġġetti, mela:

2.3.2.1. il-medja tal-valuri mkejla għal kampjun tinkiseb mill-kalkolu li ġej:

x

=

x

in

2.3.2.2 u l-istima tal-valur tad-devjazzjoni normali s mill-kalkolu li ġej:

- ∑

i = 1i = nxi2

- ∑

x

n

2

- SC = ∑

x

in2

- v =

SCn − 1

s =

v

2.3.3. Kriterji għall-aċċettazzjoni jew twarrib ta’ lottijiet ta’ imballaġġ minn qabel ittestjati f’dan l-iċċekkjar:

Kriterji għal ittestjar mhux distruttiv

Għadd f’lott | Għadd f’kampjun | Kriterju |

Aċċettazzjoni | Twarrib |

≤500 | 30 | x− ≥ Vn − 0,503 s | x− < Vn − 0,503 s |

> 500 | 50 | x− ≥ Vn − 0,379 s | x− < Vn − 0,379 s |

Kriterju għal ittestjar distruttiv

Għadd f’lott | Għadd f’kampjun | Kriterju |

Aċċettazzjoni | Twarrib |

Ikun x’ikun l-għadd (≥100) | 20 | x− ≥ Vn − 0,640 s | x− < Vn − 0,640 s |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Volum nominali ta’ kontenut f’litri | Likwidi |

I Finalment permess | II [1] Proviżorjament permess |

1.(a)Inbid ta’ għeneb misjur; għasir tal-għeneb b’fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol (CCT titlu Nru ex 22.05 C) minbarra nbejjed likuri | 0.10 — 0.25 — 0.35 0375 — 0.50 — 0.70 0.75 — 1 — 1.5 2 — 5 | 0.20 — 0.36 — 0475 0.60 — 0.68 — 0.72 0.95 — 1.75 — 1.88 |

(b)Xorb ieħor iffermentat mingħajr gass, per eżempju, sidru, perry u mead (CCT titlu Nru 22.07 B II) | 0.10 — 0.25 — 0.35 0375 — 0.50 — 0.70 — 0.75 - 1 — 1.5 — 2 — 5 | 0.20 — 0.33 — 0.36 0.72 |

(ċ)Vermutijiet u nbejjed b’togħmiet ta’ għeneb misjur (CCT titlu Nru 22.06) inbejjed likuri (CCT titlu Nru 22.05 C) | 0.10 — 0375 —0.50 0.75 — 1 — 1.5 | 0.20 — 0.35 — 0.36 0.68 — 0.70 — 0.72 |

2.(a)Inbejjed bil-gass (CCT titlu Nru 22.05 A + B) | 0.10 — 0125 — 0.20 0375 — 0.75 — 1.5 3 | 0.57 — 0.77 |

(b)Xorb ieħor iffermentat bil-gass per eżempju, sidru, perry u mead (CCT titlu Nru 22.07 B I) | 0.10 — 0125 — 0.20 0.37 — 0.75 — 1 1.5 — 3 | 0.57 — 0.77 |

3.Birra magħmula mix-xgħir(CCT titlu Nru 22.03) | 0.25 — 0.33 — 0.50 0.75 — 1 — 2 — 3 4 — 5 | 0.18 (f’bottijiet biss) 0.20 — 0.30 — 0.35 (f’bottijiet biss) 0.45 — 0.66 — 3.8 |

—birer bl-aċidu, gueuze | 0375 | |

4.Spirti u xorb ieħor spirituż (CCT titlu 22.09) | 0.05 — 0.10 — 0.20 0.35 — 0375 — 0.50 0.70 — 0.75 — 1 1.5 — 2 — 2.5 3 | 0.25 — 0.36 — 0.60 0.72 |

5.Ħall u sostituti tal-ħall (CCT titlu Nru 22.10) | 0.25 — 0.50 — 0.75 1 — 2 — 5 | 0.35 — 0.7 — 1.5 2.5 |

6.Żjut tajbin għall-ikel (CCT titlu Nru 15.07 A I) (CCT titlu Nru 15.07 D II) | 0.10 — 0.25 — 0.50 1 — 2 — 3 — 5 | 0375 — 0625 — 0.75 1.5 — 2.5 |

7.Ħalib u xorb ibbażat fuq il-ħalib mibjugħ bil-volum (CCT titlu Nru 04.01) (minbarra jogurt u kephir, CCT titlu Nru 22.02 B) | 0.10 — 0.2 — 0.25 0.50 — 0.75 — 1 2 — 3 — 4 | 0.22 — 0.33 — 0.6 |

8.(a)Ilmijiet, inklużi ilmijiet minn spa u ilmijiet bil-gass(CCT titlu Nru 22.01) | il-volumi kollha hawn taħt 0.20 — 0.20 — 0.25 0.33 — 0.50 — 0.70 0.75 — 1 — 1.5 2 | 0.35 — 0.45 — 0.47 0.90 — 0.94 |

(b)Luminata, ilmijiet minn spa bit-togħma u ilmijiet bil-gass bit-togħma u xorb ieħor mhux alkoħoliku li ma jinkludix meraq tal-frott u tal-ħxejjex (CCT titlu Nru 22.02 A) | il-volumi kollha hawn taħt 0.20 — 0.20 — 0.25 0.33 — 0.50 — 0.70 0.75 — 1 — 1.5 2 — 3 — 4 5 | 0.35 — 0.45 — 0.47 0.60 — 0.90 — 0.94 |

9.Meraq tal-frott u meraq tal-ħxejjex, kemm jekk fihom u kemm jekk ma fihomx zokkor miżjud, imma mhux iffermentati u ma fihomx spirti u meraq tal-frott mhux konċentrat(CCT titlu Nru 20.07) | il-volumi kollha hawn taħt 0125 — 0125 — 0.20 0.25 — 0.33 — 0.50 0.70 — 0.75 — 1 1.5 — 2 — 3 4 — 5 | 0.18 — 0.35 (f’bottijet biss) |

Nota:

Il-likwidi msemmija fil-punti 1(a) u (b), 4, 8(a) u (b) u 9 jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità biss fl-imballaġġ minn qabel li jkollu l-volum nominali tal-kontenut kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq u li jaqblu mar-regolamenti relevanti jew li jaqblu mal-prattika ta’ kummerċ normali fl-Istati Membri ta’ l-oriġni tal-likwidu, kemm jekk l-ippakkjar isir fl-Istat Membru ta’ oriġni jew fi Stat ieħor.

[1] F’dak li għandu x’jaqsam ma’ imballaġġ minn qabel li l-volum nominali tiegħu huwa mniżżel fil-Kolonna II, l-Artikolu 5, fir-rigward tal-pajjiżi li jkunu ppermettew ċirkolazzjoni libera ta’ dak l-imballaġġ minn qabel fil-31 ta’ Diċembru, japplika biss sal-31 ta’ Diċembru 1980 minbarra għal imballaġġ minn qabel speċifikat taħt it-titolu 8(a) li japplika sal-31 ta’ Diċembru 1988.

--------------------------------------------------