31974R0683



Official Journal L 083 , 28/03/1974 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0204
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0155
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0167
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0167


Ir-Regolament (KEE) Nru 683/74 Tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Marzu, 1974

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1054/73 dwar regoli dettaljati għal għajnuna għad-dud tal-ħarir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 [1] ta' l-24 ta' April, 1972 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iħeġġu t-trobbija tad-dud tal-ħarir, u partikularment Artikolu 2(5) ta' dan;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1054/73 [2] tat-18 ta' April, 1972, stabbilixxa r-regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir għas-sena tat-trobbija 1973/74; billi l-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu estiżi għal snin futuri tat-trobbija;

Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Kittien u l-Qanneb,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1054/73 jitbiddel b'dan li ġej:

"L-għajnuna li jirreferi għaliha Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 tingħata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli segwenti rigward dud tal-ħarir imrobbi fil-Komunità."

Artikolu 2

Il-kliem "30 ta' Novembru ta' kull sena" jitbiddel għal "31 ta' Diċembru, 1973" f'Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1054/73.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April, 1974.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, Fis-27 ta' Marzu, 1974.

Għall-Kummissjoni

François-Xavier Ortoli

Il-President

[1] ĠU L 100, tas-27.4.1972, p. 1.

[2] ĠU L 105, ta' l-20.4.1973, p. 4.

--------------------------------------------------