31974R0305



Official Journal L 034 , 07/02/1974 P. 0007 - 0010
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0024
Greek special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0024
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0095
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0095


Regolament (KEE) Nru 305/74 tal-Kunsill

ta’ l-4 ta’ Frar 1974

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jemenda l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 238 tiegħu;

Wara li kkunsidra –rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Billi l-Ftehim, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda l-Artikolu 7 ta’ l-Anness għall-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim [1] li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija ġie ffirmat fi Brussel fit-23 ta’ Novembru 1973,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija hu konkluż, f’isem il-Komunità.

It-test ta’ l-iskambju ta’ ittri hu anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-Komunità, il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jinnotifika, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-iskambju ta’ ittri, il-kompletar tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 4 Frar 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Scheel

[1] ĠU L 293, tad-29.12.1972, p. 3.

--------------------------------------------------

Skambju ta’ ittri li jemenda l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali anness mall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

Brussel, …

Sinjur,

Waqt in-negozjati li seħħu fit-22 ta’ Mejju 1973, il-partijiet għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija ftehmu biex isostitwixxu t-test anness ma’ din l-ittra għat-test ta’ l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali anness mall-Ftehim imsemmi.

Ġie miftehem li l-Artikolu 7 il-ġdid ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali kellu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara l-ġurnata fuq liema l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan ġew kompluti.

Għandi nkun obbligat jekk tagħti rikonoxximent ta’ l-irċevuta ta’ din l-ittra u tikkonferma li l-Gvern tigħek jaqbel mall-kontenuti ta’ din l-ittra.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

L-ANNESS

L-Artikolu 7 il-ġdid ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali anness mall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

"1. Previst li t-Turkija tapplika piż speċjali għall-esportazzjoni fuq iż-żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa raffinat, li jaqa’ fis-sub-intestatura Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, u previst li dan il-piż speċjali hu rifless fil-prezz ta’ importazzjoni, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li:

(a) it-taxxa fuq importazzjonijiet għal ġol-Komunità ta’ dan iż-żejt prodott interament fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż għall-Komunità hi t-taxxa kkalkulata skond l-Arikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbilixximent ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli mall-importazzjoni, mnaqqsin 0 750-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma;

(b) l-ammont tat-taxxa kkalkulata skond (a) hu mnaqqas b’ammont ugwali għal dak tal-piż speċjali mħallas filwaqt illi ma jkunx aktar minn 4 75-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma.

2. Jekk it-Turkija ma tapplikax il-piż speċjali msejjaħ fil-paragrafu 1, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li t-taxxa fuq l-importazzjonijiet għal ġol-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa raffinat, li jaqa’ fis-sub-intestatura Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, hi t-taxxa kkalkulata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbilixximent ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli ma’ l-importazzjoni, mnaqqsin 0 750-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma.

3. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta’ diffikultajiet jew fuq it-talba tal-Parti l-oħra, għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni xierqa ta’ l-arranġamenti.

4. Konsultazzjonijiet dwar l-operazzjoni ta’ l-arranġamenti previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jinżammu fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni."

Brussel, …

Sinjuri,

Kontu tajba biżżejjed biex tagħmlu l-komunikazzjoni li ġejja lili fl-ittra tagħkom tad-data tal-lum:

"Waqt in-negozjati li seħħu fit-22 ta’ Mejju 1973, il-partijiet għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija ftehmu biex isostitwixxu t-test anness ma’ din l-ittra għat-test ta’ l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali anness mall-Ftehim imsemmi.

Ġie miftehem li l-Artikolu 7 il-ġdid ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali kellu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara l-ġurnata fuq liema l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan ġew kompluti.

Għandi nkun obbligat jekk tagħtu rikonoxximent ta’ l-irċevuta ta’ din l-ittra u tikkonfermaw li l-Gvern tagħkom jaqbel mall-kontenuti ta’ din l-ittra."

Għandi l-unur li nagħti rikonoxximent ta’ l-irċevuta tal-komunikazzjoni tiegħek u li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mall-kontenuti tagħha.

Jekk jogħġobkom aċċettaw, Sinjuri, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-President tar-Repubblika tat-Turkija

L-ANNESS

L-Artikolu 7 il-ġdid ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali anness mall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

"1. Previst li t-Turkija tapplika piż speċjali għall-esportazzjoni fuq iż-żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa raffinat, li jaqa’ fis-sub-intestatura Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, u previst li dan il-piż speċjali hu rifless fil-prezz ta’ importazzjoni, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li::

(a) it-taxxa fuq importazzjonijiet għal ġol-Komunità ta’ dan iż-żejt prodott interament fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż għall-Komunità hi t-taxxa kkalkulata skond l-Arikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbilixximent ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli mall-importazzjoni, mnaqqsin 0 750-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma;

(b) l-ammont tat-taxxa kkalkulata skond (a) hu mnaqqas b’ammont ugwali għal dak tal-piż speċjali mħallas filwaqt illi ma jkunx aktar minn 4 75-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma.

2. Jekk it-Turkija ma tapplikax il-piż speċjali msejjaħ fil-paragrafu 1, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li t-taxxa fuq l-importazzjonijiet għal ġol-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa raffinat, li jaqa’ fis-sub-intestatura Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, hi t-taxxa kkalkulata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbilixximent ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli ma’ l-importazzjoni, mnaqqsin 0 750-il unità ta’ kontijiet għal 100 kilogramma.

3. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta’ diffikultajiet jew fuq it-talba tal-Parti l-oħra, għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni xierqa ta’ l-arranġamenti.

4. Konsulatazzjonijiet dwar l-operazzjoni ta’ l-arranġamenti previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jinżammu fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni."

--------------------------------------------------