Official Journal L 084 , 28/03/1974 P. 0033 - 0035
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0250
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0250
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0206
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0206
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond il-disinn ta’ u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (74/152/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]; Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom għandhom jaderixxu t-tratturi bis-saħħa tal-liġijiet nazzjonali jirreferu, inter alia, veloċità massima skond il-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija; Billi dawn il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għal ieħor; billi hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli tagħhom li jkunu fis-seħħ sabiex, b’mod partikolari, jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirreferu għat-tip ta’ l-approvazzjoni tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija sabiex ikunu applikati rigward kull tip ta’ trattur, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. "Muturi tal-ħart agrarji jew tal-foresterija" tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew caterpillar tracks u li jkollha mill-inqas żewġ fusijiet, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun li jkollha s-aħħa tal-ġibda u li tkun iddisinjata b’mod speċjali biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew karri maħsuba biex jintużaw għall-agrikoltura jew il-foresterija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr xi tagħbija jew passiġġieri. 2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għat-tratturi imfissra fil-paragrafu preċedenti li jkunu mgħammra b’roti ta’ l-arja u li jkollhom żewġ fusijiet u veloċità massima skond il-disinn ta’ bejn is-6 u l-26 km/siegħa. Artikolu 2 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-aprovazzjoni tat-tip nazzjonali għal xi trattur għal raġunijiet li jirrigwardaw il-veloċità massima skond il-disinn jew il-pjattaformi tat-tagħbija jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Artikolu 3 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu tat-tratturi għal raġunijiet li jirrigwardaw il-veloċità massima skond il-disinn jew il-pjattaformi tat-tagħbija jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Artikolu 4 1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-twaħħil tal-pjattaformi tat-tagħbija jew jeħtieġ li t-tratturi ikunu mgħammra b’waħda jew aktar minn dawn il-pjattaformi. 2. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi it-tagħbija fuq dawk il-pjattaformi tal-prodotti li huma jippermettu li jkunu mgħobbija fuq karri użati għall-għanijiet agrarji jew forestali; fil-limiti stabbiliti mill-fabbrikant, tagħbija massima ta’ mill-inqas 80 % tal-piż tat-trattur li jkun jaħdem tajjeb tkun awtorizzata. Artikolu 5 L-emendi meħtieġa biex ikun adottat għall-progress tekniku r-rekwiżiti ta’ l-Anness għadhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti użati fl-agrikoltura jew il-foresterija. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jaderixxu ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummisjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1974. Għall-Kunsill Il-President W. Scheel [1] ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 462/67. [2] ĠU Ċ 42, 7.3.1967, p. 620/67. [3] Ara p.10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS 1. VELOĊITÀ MASSIMA SKOND ID-DISINN 1.1 Għat-testijiet biex ikun approvat it-tip, il-veloċità medja għandha tkun imkejla fuq linja dritta, li t-trattur għandu jsuq fuqhaa fiż-żewġ direzzjonijiet minn flying start. Il-ħamrija ta’ l-art għandha tkun stabilizzata; l-art għandha tkun lixxa u mill-inqas 100 metru twila; iżda din jista’ jkollha għoljiet ta’ mhux aktar minn 1.5 %. 1.2 Matul it-test, it-trattur m’għandux ikollu tagħbija u jkun f’kundizzjoni tajba mingħajr ballast weights jew apparat speċjali u l-pressjoni ta’ l-arja tar-roti għandha tkun dik speċifikata għall-użu fit-triq. 1.3 Matul it-test, it-trattur għandu jkun mgħammar b’roti ġodda tal-qisien massimi speċifikati għalt-trattur mill-fabbrikant. 1.4 Il-gear ratio użat matul it-test għandu jkun dak li jipproduċi l-veloċità massima tal-vettura u t-throttle għandha tkun miftuħa kollha. 1.5 Biex ikunu kkunsidrati d-diversi żbalji li ma jistgħux jiġu evitati minħabba, b’mod partikolari, it-teknika tal-kejl u ż-żieda fil-veloċità tal-ġiri tal-makna li jkollha tagħbija parzjali, riżultat ta’ 10 % aktar mill-25 km/siegħa għandu jkun aċċettabbli għat-test ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 1.6 Sabiex l-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi jistgħu jikkalkolaw il-veloċità teoretika massima, il-fabbrikant għandu jispeċifika bħala gwida l-gear ratio, il-moviment ‘il-quddiem attwali tar-roti powered ekwivalenti għal dawra waħda sħiħa, u l-rpm (tidwir kull minuta) b’poter massimu ta’ output bit-throttle mifuħ kollu u l-ispeed governor, jekk ikun imwaħħal, aġġustat kif stabbilit mill-fabbrikant. 2. PJATTAFORMI TAT-TAGĦBIJA 2.1 Iċ-ċentru tal-gravità tal-pjattaforma għandu jkun bejn il-fusijiet. 2.2 Il-qisien tal-pjattaformi għandhom ikunu tali sabiex: - ma jeċċedix 1.4 darbiet tal-parti ta’ quddiem jew il-parti ta’ wara tat-trattur, skond liema tkun l-ikbar; - ma teċċedix il-wisa’ massima globali tat-trattur mgħammar bl-apparat. 2.3 Il-pjattaforma għandha titpoġġa simettrikament meta mqabbla mal-pjan medjan lonġitudinali tat-trattur. 2.4 L-għoli ‘l fuq mill-art tal-pjattaforma m’għandux ikun aktar minn 150 ċm. 2.5 It-tip tal-pjattaforma u l-mod kif din tkun imwaħħla għandhom ikunu hekk li, b’tagħbija normali, il-firxa tal-viżjoni tas-sewwieq tibqa’ tajba u d-diveri apparat tassattiv tad-dawl u tas-sinjali tad-dawl jistgħu jkomplu jaqdu l-funzjoni tagħhom kif xieraq. 2.6 Il-pjattaforma tat-tagħbija għandha tkun li tista’ tinqala’; din għandha tkun imwaħħla mat-trattur b’tali mod li jkun evitat kull riskju li din tista’ tinqala’ aċċidentalment. --------------------------------------------------