31974D0583



Official Journal L 317 , 27/11/1974 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0030
Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0030
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0260
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0260


Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Novembru 1974

dwar is-sorveljanza tal-movimenti taz-zokkor

(74/583/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni minħabba s-sitwazzjoni eżistenti attwalment fis-suq taz-zokkor li titlob it-tqegħid fis-seħħ ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza stretta u regolari tal-movimenti kollha taz-zokkor,

IDDEĊIEDA:

Artikolu Uniku

L-informazzjoni kollha utli rigward il-kwantitajiet ta’ zokkor meħuda minn kull kuntratt, il-volum ta’ bejgħ u ta’ xiri, il-provenjenza u d-destinazzjoni maħsuba taz-zokkor li jkun involut f’dan iċ-ċaqliq kollu tingħata lill-Kummissjoni, kull ġimgħa, mill-Istati membri.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. Bonnet

--------------------------------------------------