Official Journal L 316 , 26/11/1974 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0063
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0226
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0016
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 2 P. 0016
Id-deċiżjoni tal-kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 1974 li temenda d-Deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 1971 rigward il-post tax-xogħol tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka Nukleari (JRC) u d-dipartimenti tiegħu (74/578/Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 fih imsemmi; Billi l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni fuq ir-reorganizzazzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka Nukleari (JRC) fit-13 ta’ Jannar 1971 [1]; Billi d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi emendata rigward il-post tax-xogħol tad-Direttur Ġenerali tal-JRC, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu uniku "Brussell hu l-post tax-xogħol tad-Direttur Ġenerali u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu." Magħmula fi Brussell, fit-13 ta’ Novembru 1974. Għall-Kummissjoni François-Xavier Ortoli Il-President [1] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1971, p. 14. --------------------------------------------------