31973R2910



Official Journal L 299 , 27/10/1973 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0170
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0170
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0078
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0078


Ir-Regolament (KEE) Nru 2910/73 Tal-Kunsill

tat-23 ta’ Ottubru 1973

li jemenda r-Regolament Nru 79/65/KEE dwar l-utilizzazzjoni ta’ l-informazzjoni tal-kontabilità, il-firxa ta’ l-istħarriġ u n-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett li jridu jiġu inklużi fin-network ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità ta’ l-azjendi agrikoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE [1] tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ l-informazzjoni dwar il-kontabilità rigward l-introjti u x-xogħol kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2835/72 [2], jipprovdi, b’mod partikolari, għall-użu ta’ l-informazzjoni dwar il-kontabilità, il-prodott ta’ din in-network imsemmija, jiddelimita l-firxa ta’ l-istħarriġ tiegħu u jistabbilixxi n-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett illi huwa jkopri;

Billi huwa opportun illi jiġi estiż l-użu ta’ din l-informazzjoni dwar il-kontabilità;

Billi l-esperjenza miksuba matul l-ewwel snin tal-ħidma tan-network ta’ informazzjoni turi l-ħtieġa li jiġu ddefiniti l-limiti tal-firxa ta’ l-istħarriġ bil-manjiera li għandhom jiġu inklużi biss dawk l-azjendi li jkunu kbar biżżejjed sabiex jippermettu lis-sistemi tal-kontabilità li jirriflettuhom;

Billi, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2835/72 in-network ta’ informazzjoni tkopri bħalissa 13600 azjenda li jibagħtu prospett; billi n-numru ta’ l-azjendi prospettivi għandhom fil-futur jirrappreżentaw b’mod approprjat lill-azjendi agrikoli fil-firxa ta’ l-istħarriġ;

Billi r-rappreżentazzjoni bbażata bejn wieħed u ieħor fuq 1 % tan-numru totali ta’ l-azjendi agrikoli f’din il-firxa hija l-minimu li għandu jinkiseb malajr kemm jista’ jkun; billi, b’konsegwenza ta’ dan, jeħtieġ illi jiżdied in-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

Billi ż-żieda fin-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għandha titqassam gradwalment f’fażijiet matul is-snin sabiex tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ġewwa l-estensjoni tan-network ta’ informazzjoni illi jwettqu din l-estensjoni bla xkiel,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 79/65/KEE:

"L-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ l-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar l-introjti ta’ l-azjendi agrikoli fil-Komunità; ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull sena, speċjalment sabiex jiġu ffissati l-prezzijiet ta’ kull sena tal-prodotti agrikoli."

L-Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit bl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 79/65/KEE:

"1. Il-firxa ta’ l-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) għandu jkopri dawk l-azjendi agrikoli, li:

- jitmexxew bħala azjendi orjentati lejn is-suq,

- jipprovdu x-xogħol ewlieni ta’ l-operatur,

- jiżguraw ix-xogħol, għal kull sena, ta’ mill-inqas ħaddiem wieħed (l-unità ta’ persuna tax-xogħol); madanakollu, din l-għatba inizjali tista’ tiġi mnaqqsa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19, fil-każ ta’ Stat Membru, għal 0.75 unità ta’ persuna tax-xogħol.

2. Għas-snin tal-kontijiet li jibdew mis-sena 1973 u mis-sena 1974, in-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għandu jkun ta’ 13600. Dan in-numru għandu jiżdied gradwalment fil-bidu ta’ kull waħda mis-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu iż-żmien li jibda mis-sena 1975 sas-sena 1978 sakemm eventwalment jintlaħaq in-numru ta’ 28000 azjenda li tibgħat prospett."

L-Artikolu 3

Dan li ġej għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 79/65/KEE:

"Qabel l-1 ta’ Jannar 1980 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport sħiħ dwar il-ħidma tan-network ta’ informazzjoni flimkien ma’ kull proposta ta’ emenda għal dan ir-Regolament, kif approprjat."

L-Artikolu 4

Il-lista tad-diviżjonijiet riferita fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 79/65/KEE għandha, fir-rigward ta’ l-Italja, tiġi ssostitwita bil-lista annessa ma’ hawn.

L-Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-23 ta’ Ottubru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

Ib Frederiksen

[1] ĠU 109, tat- 23.6.1965, p. 1859/65.

[2] ĠU L 298, tal-31.12.1972, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ITALJA

1. Piemonte

2. Valle d'Aosta

3. Lombardia

4. Alto Adige

5. Trentino

6. Veneto

7. Friuli — Venezia Giulia

8. Liguria

9. Emilia — Romagna

10. Toscana

11. Umbria

12. Marche

13. Lazio

14. Abruzzi

15. Molise

16. Campania

17. Puglia

18. Basilicata

19. Calabria

20. Sicilia

21. Sardegna

--------------------------------------------------