Official Journal L 068 , 15/03/1973 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0110
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0078
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0110
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0225
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0225
Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 Tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra it-Trattat [1] li jikkonċerna s-Sħubija ta' Stati Membri ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika ffirmat fi Brussel fit-22 ta' Jannar 1972, u partikolarment it-tielet subparagrafu ta' Artikolu 1(2) tal-Protokoll Nru 3 tal-Att anness miegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, taħt Artikolu 1(2) tal-Protokoll imsemmi fuq, l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għar-Renju Unit fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti agrikoli koperti minn Anness II mat-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea u ta' dawk koperti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 170/67/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 [2] dwar l-arranġamenti komuni għal kummerċ għal albumina mill-bajd (ovalbumina) u l-albumina mill-ħalib (laktalbumina) kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1081/71 [3] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1059/69 [4] tat-28 ta' Mejju 1969 li jippreskrivu l-arranġamenti ta' kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li joħorġu mill-proċessar ta' prodotti agrikoli, kif l-aħħar emendat imir-Regolament (KEE) Nru 609/72 [5], huma applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man (minn issa ’l quddiem imsejjħa "gżejjer"); u billi d-dispożizzjonijiet l-oħra tar-regoli tal-Komunità li huma meħtieġa sabiex jitħalla ċaqliq ħieles u osservanza ta' kondizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni fil-kummerċ tal-prodotti msemmija qabel, huma applikabbli wkoll; billi hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabilixxi, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni f'dawn it-territorji tad-dispożizzjonijiet imsemmija fuq; Biex jitħalla l-moviment ħieles ta' l-oġġetti msemmija fuq, ir-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-arranġamenti applikabbli fir-Renju Unit għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu applikabbli, ir-Renju Unit u l-gżejjer jiġu trattati bħala Stat Membru wieħed għall-għan ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli; Billi, madankollu, somom li jridu jitħallsu f’dawn il-gżejjer għal dazji tad-dwana, ħlasijiet, imposti jew ammonti oħra li mhumiex parti mill-estimi tal-Komunità; billi l-finanzjament tal-Komunità tal-politika agrikola komuni mhijiex għalhekk applikabbli; billi regoli sabiex jippromwovu esportazzjoni m'għandhomx jiġu applikati, l-ammonti mogħtija mill-Komunità jservu biss bħala livell massimu li jista jingħata mill-gżejjer; Billi passi għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu li prodotti li joriġinaw f'dawn il-gżejjer li qed jiġu esportati lejn pajjiżi terzi minn Stat Membru bil-ħsieb li jibbenifika mill-finanzjament tar-rifużjoni mill-estimi tal-Komunità; Billi r-regoli tal-Komunità dwar kummerċ fi ħdan il-Komunità jipprovdu li, f'ċertu każijiet, għall-għoti ta' ammonti fuq esportazzjoni mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra; billi dawn l-ammonti għandhom iservu bħala livell massimu għall-għajnuna li tista’ tingħata mill-gżejjer; billi, sa fejn l-għajnuna l-oħra mogħtija f'kummerċ hija konċernata, applikazzjoni ta' regoli tal-Komunità jistgħu ikunu ristretti għal arranġamenti ta' notifika, il-Kummissjoni hija ħielsa li tagħmel osservazzjonijiet; Billi, sabiex jiġi żgurat li ma hemmx ostakoli għal ċaqliq ħieles tal-prodotti msemmija, regoli oħra — dwar leġislazzjoni veterinarja u tas-saħħa tal-pjanti, dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa ta' xtieli mnibbta minn żerriegħa, dwar ikel u leġislazzjoni ta' tgħam, dwar livelli ta' kwalità u ta' bejgħ fis-suq — iridu jiġu applikati imma biss sakemm jaffettwaw il-kummerċ; Billi, fil-qasam veterinarju, is-sitwazzjoni f'dawn il-gżejjer hija simili għal dik fl-Irlanda ta' Fuq; billi l-gżejjer jistgħu għalhekk jitħallew isegwu l-arranġamenti li jridu jiġu applikati f’din l-affari mill-Irlanda ta' Fuq mingħajr ma jinħolqu xi diffikultajiet fil-kummerċ; Billi l-arranġamenti definiti hekk jidhru li huma biżżejjed biex jiżguraw li jinkisbu l-għanijiet preskritti fil-protokoll imsemmi fuq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Regoli tal-Komunità applikabbli għar-Renju Unit għal kummerċ fi prodotti agrikoli koperti minn Anness II mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u f’oġġetti koperti mir-Regolament Nru 170/67/KEE u r-Regolament (KEE) Nru 1059/69, għandhom jgħoddu għall-gżejjer, bl-eċċezzjoni ta' regoli fuq rifużjoni u ammonti ta' kumpens mogħtija fuq esportazzjonijiet mir-Renju Unit. 2. Għall-għanijiet ta' applikazzjoni tar-regoli riferiti f’paragrafu 1, ir-Renju Unit u l-gżejjer għandhom jiġu trattati bħala Stat Membru wieħed. 3. L-ebda rifużjoni jew ammont ta' kumpens ma għandu jingħata rigward il-prodotti riferiti f’ paragrafu 1, li joriġinaw jew jiġu minn dawn il-gżejjer, rigward liema formalitajiet tad-dwana jitlestew fi Stat Membru. 4. Billi l-prodotti riferiti f’paragrafu 1 huma esportati lejn pajjiżi terzi, il-gżejjer ma jistgħux jagħtu għajnuna li taqbeż ir-rifużjoni jew l-ammonti ta' kumpens li jistgħu jingħataw mir-Renju Unit, skond ir-regoli tal-Komunità, fuq esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. 5. Billi l-prodotti riferiti f’paragrafu 1 huma esportati lejn l-Istati Membri, il-gżejjer ma jistgħux jagħtu għajnuna li taqbeż xi ammonti li jistgħu jingħataw mir-Renju Unit, skond ir-regoli tal-Komunità, fuq esportazzjoni lejn Stati Membri oħra. Artikolu 2 Safejn għajnuniet oħra għajr dawk riferiti fl-Artikolu 1 huma konċernati, id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 93(1) u l-ewwel sentenza ta' Artikolu 93(3) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom jgħoddu. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' Artikolu 92, 93 u 94 tat-Trattat applikabbli sakemm jidher li huwa meħtieġ. Artikolu 3 Mill-1 ta' Settembru 1973, ir-regoli tal-Komunità applikabbli fl-affari ta': - leġislazzjoni veterinarja - leġislazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-annimal, - leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti, - bejgħ fis-suq ta' żerriegħa u xtieli mnibbta minn żerriegħa, - leġislazzjoni ta’ l-ikel, - leġislazzjoni tat-tgħam, - livelli ta' kwalità u ta' bejgħ fis-suq, għandhom jgħoddu taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fir-Renju Unit għal prodotti riferiti f'Artikolu 1 importati fil-gżejjer jew esportati mill-gżejjer lejn il-Komunità, il-leġislazzjoni applikabbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta' Fuq. Artikolu 4 Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' Artikolu 1, partikolarment regoli li jipprevjenu tagħwiġ ta' kummerċ, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [6] tat-13 ta' Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali kif l-aħħar emendat mill-Att tas-Sħubija jew fl-Artikolu korrespondenti ta' Regolamenti oħra fl-organizzazzjoni komuni ta' swieq kif ikun il-każ. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Marzu 1973. Għall–Kunsill Il-President A. Lavens [1] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 5. [2] ĠU Ċ 130, tat- 28.6.1967, p. 2596/67. [3] ĠU L 116, tat-28.5.1971, p. 9. [4] ĠU L 141, tat-12.6.1969, p. 1. [5] ĠU L 75, tat-23.3.1972, p. 6. [6] ĠU Ċ 117, tad- 19.6.1967, p. 2269/67. --------------------------------------------------