31973R0559



Official Journal L 055 , 28/02/1973 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0103
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0206
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0206


Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 559/73 tal-Kunsill

tas-26 ta' Frar 1973

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom. KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill li jistabbilxxi l-kondizjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej;

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi, fid-dawl ta' sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u ċerti ħtiġiet soċjali urġenti, jidher li huwa xieraq li tkun emendata dispożizzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [1] tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2531/72 [2];

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta' Frar 1968 għandu jkun emendat kif ġej:

Il-kliem "allowance tal-familja" għandhom ikunu mibdula bi "allowance lill-kap tal-familja" fl-Artikolu 3(3)(a) l-ewwel inċiż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Lulju 1972.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Glinne

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8.

[2] ĠU L 272, tal-5.12.1972, p. 6.

--------------------------------------------------