31973L0362

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl materjalizzat tat-tul

Official Journal L 335 , 05/12/1973 P. 0056 - 0063
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0173
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0173
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0098
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0098
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 19 - 26


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Novembru 1973

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl materjalizzat tat-tul

(73/362/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi fl-Istati Membri l-kostruzzjoni u l-metodi ta’ kontroll ta’ kejl materjalizzat tat-tul ta’ huma dispożizzjonijiet mandatorji li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u konsegwentement ixekklu l-kummerċ f’miżuri bħal dawn; billi għaldaqstant huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu approssimati;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet kemm għal strumenti tal-kejl u metodi ta’ kontroll metroloġiku stipulat l-approvazzjoni tal-għamla KEE u l-proċeduri ta’ verifika inizjali ta’ l-KEE għal strumenti ta’ kejl; billi skond dik id-Direttiva, l-ħtiġiet tekniċi għandhom ikunu stipulati u għandhom jaderixxu skond kejl materjalizzat tat-tul sabiex ikunu jistgħu jiġu mpurtati, jitqeigħdu fis-suq u wżati liberalment wara li jkunu bla kontrolli u l-marki u s-simboli stipulati jkunu mwaħħla magħhom,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-kejl materjalizzat tat-tul speċifikat fl-Anness.

Artikolu 2

Dawk l-istrumenti għall-kejl tat-tul li jista’ jkollhom fuqhom marki u simboli tal-KEE huma deskritti fl-Anness. Għandhom jikkonformaw ma’ l-approvazzjoni tal-għamla KEE u għandhom ikunu sottomessi għall-verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ kejl materjalizzat ta’ tul li jkollu fuqu s-simbolu ta’ l-approvazzjoni tal-KEE u l-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u minnufih għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

Ib frederiksen

[1] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Definizzjonijiet

1.1 Il-kejl materjalizzat tat-tul minn issa ‘l quddiem jissejjaħ "kejl tat-tul" huma strumenti li fihom marki tal-miżien li d-distanzi tagħhom jingħataw f’taqsimiet ta’ tul legali.

1.2. It-"tul nominali" ta’ kejl tat-tul huwa t-tul li bih dak il-kejl huwa nominat.

1.3. Il-marki tal-miżien prinċipali huma ż-żewġ marki li d-distanza tagħhom minn xulxin tirrappreżenta "t-tul nominali" tal-kejl.

1.4. L-iskala tal-kejl tat-tul hija formata mill-marki ta’ l-iskala prinċipali u l-marki l-oħra.

1.5. Kejl ta’ tul huwa deskritt bħala:

1.5.1. - kejl finali meta l-marki ta’ l-iskala prinċipali huma ffurmati minn zewġt uċuħ;

1.5.2. - kejl ta’ linja meta l-marki ta’ l-iskala prinċipali huma ffurmati minn żewġ linji, toqob jew marki;

1.5.3. - kejl imħallat meta wieħed mill-marki ta’ l-iskala prinċipali huwa wiċċ u l- ieħor linja, toqba jew marka.

2. Materjali

Kejl ta’ tul u l-istrumenti supplimentari tagħhom għandhom ikunu ta’ materjal li huwa suffiċċjentement b’saħħtu li jibqa’ fiż-żmien, stabbli u reżistenti għall-influwenzi ambjentali fl-użu f’kondizzjonijiet normali.

Il-kwalitajiet tal-materjali wżati għandhom ikunu b’tali mod:

2.1. fl-użu normali f’temperaturi ta’ mhux aktar minn 8ºC ‘l fuq jew ‘l isfel mit-temperatura ta’ referenza, varjazzjonijiet fit-tul li mhumiex akbar mill-massimu ta’ żbalji permissibbli.

2.2. għal kejl li jrid jintuża taħt forza ta’ ġbid speċifikata, żieda jew nuqqas ta’ 10 % f’dik il-forza ma jipproduċix varjazzjoni fit-tul li taqbeż il-massimu ta’ l-iżball permissibbli.

3. Kostruzzjoni

3.1. Kejl ta’ tul u l-istrumenti supplimentari tagħhom għandhom ikunu mibnija tajjeb u sodi u mlestija b’attenzjoni.

3.2. It-taqsima trasversa ta’ kejl tat-tul għandha tkun ta’ dimensjonijiet u għamla tali li, b’użu f’kondizzjonijiet normali, tippermetti li jsir kejl bl-eżattezza meħtieġa għall-klassi ta’ eżattezza li għaliha l-kejl in kwistjoni jappartjeni.

3.3. L-uċuħ finali ta’ kejl ta’ tul għandhom ikunu ċatti. Dawn l-uċuħ u l-linji għandhom ikunu perpendikulari mall-assi lonġitudinali tal-kejl.

3.4. L-uċuħ finali ta’ kejl finali jew imħallat, magħmula mill-injam jew materjal ieħor ta’ strapazz ugwali għal jew anqas minn dak ta’ l-injam għandu jkun iffurmat permezz ta’ strixxa jew tarf reżistenti għad-deterjorazzjoni u impatt u mwaħħal tajjeb mal-kejl.

3.5. Strumenti supplimentari, bħal wieħed jew aktar mill-ganċijiet, ċrieki, pumi, plejts, pinnijiet, ilsna, winders, jew verniera fissi jew jiċċaqalqu, li jiffaċilitaw l-użu tal-kejl u jestendu l-użu tiegħu, huma permessi b’kondizzjoni li ma jkunux jistgħu jikkawżaw konfużjoni. Għandhom ikunu ddisinjati u mwaħħla mal-kejl b’tali mod li fl-użu waqt kondizzjonijiet normali, ma jistgħux fil-prattika iżidu l-ineżattezza tal-kejl.

3.6. Rutelli għandhom isiru sabiex meta r-rutella tkun miġbuda fuq wiċċ ċatt it-truf tagħha ikunu dritti u paralleli.

3.7. Il-parti li ddawwar tar-rutelli għandhom isiru b’tali mod li ma jikkawżawx xi deformazzjoni permanenti tat-tejp.

4. Gradwazzjoni u numerazzjoni

4.1. Il-gradwazzjoni u n-numerazzjoni għandhom ikunu ċari, regulari, ma jitħassrux u mwettqa b’tali mod li jassiguraw li jsir qari ċert, sempliċi u mhux ambigwu.

4.2. Il-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala għandu jkun fil-forma ta’ 1 × 10n, 2 × 10n jew 5 × 10n metri, bil-qawwa ta’ ‘n’ tkun numru sħiħ pożittiv jew negattiv jew żero.

Għandu, l-aktar, ikun daqs:

- 1 ċm fuq kejl ta’ tul nominali anqas minn jew daqs 2mm,

- 10 ċm jekk it-tul nominali huwa aktar minn 2m u anqas minn 10m,

- 20 ċm jekk it-tul nominali huwa aktar minn 10m u anqas minn 50m,

- 50 ċm jekk it-tul nominali huwa aktar minn jew daqs 50m.

Madanakollu, dawn il-valuri jistgħu jinqabżu għal użi speċifiċi, suġġetti għal ġustifikazzjoni, fiż-żmien it-talba ta’ l-approvazzjoni tal-mudell u l-indikazzjoni fuq il-kejl ta’ l-użu speċifiku li għalih hu riservat.

4.3. Meta l-marki ta’ l-iskala jkunu linji, dawn għandhom ikunu dritti, perpendikulari ma’ l-assi tal-kejl tat-tul u kollha ta’ l-istess ħxuna, kostanti matul it-tul tagħhom. It-tul tal-linji għandhom ikunu relatati mat-taqsima li tikkorrispondi tal-kejl. Il-linji għandhom ikunu tali li jiffurmaw skala distinta u ċara u li l-ħxuna tagħhom ma tikkawżax xi ineżattezza tal-kejl.

4.4. Ċertu taqsimiet ta’ l-iskala, speċjalment lejn it-truf, jistgħu jkunu suddiviżi f’sotto-multipli deċimali ta’ l-intervall ta’ l-iskala adottata għall-kejl sħiħ. F’dak il-każ, il-ħxuna tal-linji jistgħu jkunu anqas fiż-żoni ta’ intervalli ta’ l-iskali mnaqqsa milli fil-bqija tal-kejl.

4.5. Il-marki ta’ l-iskala jistgħu jkunu ffurmati wkoll bit-toqob jekk il-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala huwa ‘l fuq jew daqs ċentimetru, jew permezz ta’ marki oħra jekk il-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala hu ‘l fuq jew daqs deċimetru, jekk dawn il-marki jassiguraw qari suffiċjentement eżatt, meta titqies il-klassi ta’ l-eżattezza li għalih il-kejl jappartjeni.

4.6. In-numerazzjoni tista’ tkun kontinwa jew ripetittiva. Fil-każ imsemmi fil-punt 4.4 in-numerazzjoni fiż-żoni ta’ intervall ta’ l-iskala mnaqqsa tista’ tkun differenti minn dik tal-bqija tal-kejl. Il-pożizzjoni, qies, forma, lewn u kuntrast tan-numri għandhom ikunu adattati għall-iskala u għall-marki ta’ l-iskala li għandhom x’jaqsmu magħhom.

Ikun xi jkun il-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala ffissat fil-punt 4.2 il-marki ta’ l-iskala numerati għadhom ikunu numerati f’metri, deċimetri, ċentimetri jew f’millimetri mingħajr indikazzjoni tas-simbolu li jikkorrispondi.

In-numru ta’ marki ta’ l-iskala numerati għandu jkun tali li l-qari ma jkunx ambigwu.

Meta t-taqsima numerata tkun mod ieħor mill-metru, l-marki ta’ l-iskala tal-metru jistgħu madanakollu jkunu numerati f’metri. In-numri tal-metri għandhom imbagħad ikunu segwiti mis-simbolu ‘m’.

Magħdud ma’ dan, in-numru ta’ metri preċedenti jistgħu jkunu ripetuti bl-istess mod quddiem il-marki numerati l-oħra ta’ l-iskala.

Meta l-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala bil-linji tkun fil-forma ta’ 2 × 10n u mhux anqas minn 2 ċentimetri, il-marki ta’ l-iskala kollha għandhom ikunu numerati.

4.7. Meta kejl ikollu aktar minn skala waħda, l-intervalli ta’ l-iskala jistgħu jkunu differenti, u n-numerazzjoni tista’ tiżdied fl-istess direzzjoni jew fid-direzzjoni l-opposta.

5. Tul nominali

5.1. It-tul nominali tal-kejl għandu jkun wieħed mill-valuri li ġejjin: 0.5 - 1 – 1.5 - 2 - 3 - 4 - 5 m, jew multiplu komplet ta’ 5 metri.

5.2. Madanakollu, valuri oħra jistgħu jkunu awtorizzati għall-użi speċifiċi iżda l-ħtieġa li jintuża kejl ta’ tul nominali bħal dan hija ġustifikata fil-mument tat-talba għall-approvazzjoni tal-għamla, u li l-użu speċifiku li għalih huwa riservat huwa indikat fuq il-kejl.

5.3. Xi tulijiet nominali fis-subparagrafu 5.1 m’humiex permessi għall-kejl imsemmi fil-paragrafu 9.4.2.

6. Skrizzjonijiet

6.1. L-iskrizzjonijiet li ġejjin għandhom jidhru fuq kejl ta’ tul:

6.1.1. Iskrizzjonijiet, obbligatorji f’kull każ:

6.1.1.1. tul nominali;

6.1.1.2. marka ta’ identifikazzjoni tal-fabbrikant jew l-isem kummerċjali tiegħu;

6.1.1.3. indikazzjoni tal-klassi ta’ eżattezza: I, II jew III;

6.1.1.4. sinjal ta’ l-approvazzjoni tal-għamla KEE.

6.1.2. Iskrizzjonijiet, obbligatorji f’ċertu każi:

6.1.2.1. temperatura ta’ referenza jekk tkun dik barra minn 20 °C;

6.1.2.2. forza ta’ ġbid;

6.1.2.3. użu speċifiku li għalih il-kejl huwa riservat fil-każijiet kif provduti fil-punti 4.2 u 5.2.

6.2. It-tul nominali, t-tensjoni u t-temperatura għandhom ikunu espressi f’taqsimiet ta’ kejl awtorizzat mid-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 1971 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ taqsimiet ta’ kejl, jew f’wieħed mill-multipli deċimali tagħhom jew sub-multipliu, segwit mis-simbolu legali li jikkorrispondi.

6.3. Dawn l-iskrizzjonjiet kollha għandhom jingħataw viżibilment u leġibbilment mill-bidu tal-kejl ‘l quddiem.

6.4 Fir-responsabbiltà unika tal-manifattur, il-koeffiċjenza ta’ l-espansjoni termali lineari tal-materjal li tiegħu jkun sar il-kejl, fil-forma: a =…, jistgħu jkunu indikati.

6.5. Magħdud ma’ dan, il-kejl jista’ jkollu dettalji oħra ta’ natura mhux metroloġika dettati mod ieħor permezz ta’ regolament jew awtorizzat mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.6. Jekk l-iskrizzjonijiet ma jkunux f’kodiċi, għandhom ikunu espressi fil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri għal liema destinati.

6.7. Iskrizzjonijiet tar-reklami jistgħu jidhru fuq kejl ta’ tul iżda l-pożizzjoni tagħhom għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 6.8.

6.8. L-iskrizzjonijiet, li jinkludu skrizzjonijiet ta’ pubbliċità, għandhom ikunu rranġati b’tali mod li bl-ebda mod ma jinterferixxu ma’ l-użu ta’ l-istrument bħala kejl. L-iskrizzjonijiet obbligatorji, bl-eċċezzjoni tas-sinjal ta’ l-approvazzjoni tal-għamla KEE, u l-lokazzjoni ta’ skrizzjonijiet pubbliċitarji għandhom jidhru fuq il-mudell li hu s-suġġett ta’ l-approvazzjoni tal-għamla KEE.

7. Massimu ta’ żbalji permissibbli

7.1. Il-kejl ta’ tul definit f’din id-Direttiva għandu jkun maqsum fi tliet klassijiet, imsejjħa I, II u III, skond il-grad tagħhom ta’ eżattezza.

Fil-verifika inizjali KEE ta’ kejl ta’ tul, l-iżball massimu permissibbli, żieda jew tnaqqis fuq it-tul nominali jew fuq id-distanza bejn kwalunkwe żewġ marki ta’ l-iskala ta’ kejl ta’ tul, għandhom ikunu espressi bħala funzjoni tat-tul in kwistjoni permezz ta’ formola fil-forma (a + bL) millimetri li fiha:

- L huwa t-tul in kwistjoni, meħud għad-dritt għall-metru sħiħ li jmiss hawn fuq;

- ‘a’ u ‘b’ huma koeffiċjenti ffissati għal kull klassi ta’ eżattezza skond it-tabella li ġejja:

Klassi ta’ eżattezza | a | b |

I | 0.1 | 0.1 |

II | 0.3 | 0.2 |

III | 0.6 | 0.4 |

7.2. Madanakollu, l-iżbalji massimi permissibbli, żieda jew tnaqqis, fuq it-tul ta’ l-intervalli bejn l-assi ta’ żewġ marki ta’ l-iskala konsekuttivi u d-differenza massima permissibbli bejn it-tulijiet ‘i’ ta’ żewġ intervalli konsekuttivi għandhom ikunu ffisati għal kull klassi ta’ eżattezza skond it-tabella li ġejja:

Tul ‘i’ ta’ l-intervall in kwistjoni | żball massimu permissibbli jew differenza f’millimetri, għall-klassi ta’ eżattezza: |

I | II | III |

i ≤ 1 mm | 0.1 | 0.2 | 0.3 |

1 mm < i ≤ 1 ċm | 0.2 | 0.4 | 0.6 |

1ċm < i ≤ 1 dm | 0.3 | 05 | 0.9 |

7.3. Magħdud ma’ dan, għall-kejl ta’ tul finali, jew kejl imħallat, l-iżball massimu permissibbli, żieda jew tnaqqis, fuq it-tul ta’ l-intervall terminali marbut permezz ta’ wiċċ għandu jiżdied:

- b’0.1 mm għall-kejl ta’ klassi I;

- b’0.2 mm għall-kejl ta’ klassi II;

- b’0.3 mm għall-kejl ta’ klassi III.

7.4. L-iżball massimu permissibbli għall-kejl fis-servizz għandu jkun indaqs jew darbtejn aktar ta’ l-iżball massimu permissibbli fil-verifika inizjali ffissata fil-paragrafu 7.1.

7.5. L-iżbalji massimi permissibbli għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet ta’ referenza li ġejjin:

7.5.1. It-temperatura referenzjali għandha normalment tkun 20ºC. Madanakollu, għal ċertu kejl speċifikat fil-punt 9 hawn taħt, temperatura ta’ referenza differenti tista’ eċċezzjonalment tkun adottata.

7.5.2. Kejl ta’ tul li għalih forza ta’ ġbid hija indikata fil-punt 9 hawn taħt, għandu jgħaddi minn testijiet, sostnuti matul it-tul sħiħ taħt spezzjoni, fil-prattika mingħajr frizzjoni, fuq pjan orizzontali u taħt il-forza ġebbieda indikata fuq il-kejl.

8. Marki ta’ verifika

Kull kejl ta’ tul għandu jkun kostruwit b’tali mod li jkun jista’ jirċievi l-marki ta’ verifika stabbiliti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni, kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku. Post għandu jkun provdut għal dan il-għan qrib il-bidu tal-kejl.

9. Tipi differenti ta’ kejl ta’ tul msemmija permezz tad-Direttiva

9.1. Tarf tal-fibreglass u plastik, kejl tal-linja jew imħallat, rutelli.

Tul nominali bejn 0.5 u 50 metru.

Il-forza ta’ ġbid, ta’ madwar 20 N, għandha tkun indikata.

It-truf tat-tarf ħielsa u kejl imħallat għandhom ikunu provduti bi strixxa jew xifer reżistenti għad-deterjorazzjoni.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I, II jew III.

9.2. Kejl magħmul f’biċċa waħda, riġidu jew semi-riġidu f’metall jew materjal ieħor (għall-kejl li ma jinħtieġx attenzjoni partikolari).

Tul nominali bejn 0.5 u 5 metri.

Dan il-kejl għandu jappartjeni għall-klassi ta’ eżattezza II.

9.3. Kejl li jintewa magħmul mill-metal jew materjal ieħor.

Tul nominali bejn 0.5 u 5 metri.

Il-partijiet għandu jkollhom tulijiet indaqs bejn il-ġonot.

It-twaħħil tagħhom u l-allinejament tagħhom fil-pożizzjoni miftuħa għandha tkun assigurata permezz ta’ apparat effettiv mibni b’tali mod li ma jikkawżax żball addizzjonali fl-għaksa li jaqbeż 0.3mm, għall-kejl fi klassijiet ta’ eżattezza I u II u 0.5 mm għall-kejl fi klassi III.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I, II jew III.

9.4. Rutelli ta’ l-azzar

9.4.1. Tarf żgħir, kejl tal-linja jew imħallat fuq winder.

Tul nominali ta’ bejn 0.5 u 5 metri.

Dan il-kejl jista’ jkun li jinstab f’kaxxa, waħda mid-dimensjonijiet tagħha jistgħu jkunu inklużi fil-parti użata għall-kejl, partikolarment għall-kejl ta’ dimensjonijiet interni.

It-tarf ħieles ta’ dan il-kejl għandu jkun provdut b’ganċ fiss jew li jiżżerżaq jew b’ilsien.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I jew II.

9.4.2. Tarf kbir jew kejl tal-linja, disinjati għall-kejl ta’ tulijiet akbar mit-tul nominali tal-kejl

Tul nominali; 5, 10, 20, 100 jew 200 metru.

Il-forza ta’ ġbid, ta’ madwar 50 N, għandha tidher fuq il-kejl.

Dan il-kejl għandu jkun mgħammar b’manilji jew ċrieki fiż-żewġt itruf.

Jekk il-manilji jkunu nklużi fit-tul nominali, għandhom ikunu magħmulin b’tali mod li t-twaħħil tagħhom ma joħloqx xi ineżattezza fil-kejl.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I jew II.

9.4.3. Linja kbira jew kejl imħallat fuq winder li mhux iddisinjat għall-kejl ta’ tulijiet akbar mit-tul nominali

Tul nominali ta’ bejn 5 u 100 metru.

Il-forza ta’ ġbid, ta’ madwar 50 N, għandha tidher fuq il-kejl.

It-tarf ħieles għandu jinkludi manilja jew ċirku li m’għandux ikun inkluż fit-tul nominali.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I jew II.

9.4.4. Dip-tapes imħallta bis-sinkers, użati għall-iċċekkjar tal-livell tal-likwidi.

Tul nominali ta’ bejn 5 u 50 metru.

It-temperatura ta’ referenza tista’, f’ċertu każi, tkun differenti minn 20 °C.

Il-forza ġebbieda għandha tidher fuq il-kejl. Din il-forza ġebbieda għandha tkun indaqs għall-piż tas-sinker. Is-sinker għandu jkollu indikazzjoni tat-toqol tiegħu.

Il-marka ta’ l-iskala prinċipali, li tibda l-iskala, għandha tikkonsisti f’bażi tas-sinker ta’ sura xierqa, tqil biżżejjed sabiex jestendi t-tape sewwa u għandu jkun magħmul minn materjal li mhux probabbli li jikkawża xrar ma’ l-impatt.

Is-sinker għandu jkun imqabbad mat-tape b’mod fiss jew distakkabbli sabiex dan l-aċċessorju jew twaħħil ma joħloqx xi ineżattezzi ta’ kejl.

It-tul kollu tat-tape għandu jkun gradat f’millimetri u għandu jkompli fuq naħa waħda ċatta tas-sinker.

It-tarf l-ieħor tal-kejl jista’ jkun mgħammar bil-winder.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I jew II.

Madanakollu, l-iżball massimu permissibbli ta’ l-istrument fil-qagħda li jintuża mas-sinker m’għandu qatt ikun anqas minn 0.6 mm.

9.5. Kejl ta’ tul magħmul minn metal f’biċċa waħda għall-kejl b’attenzjoni:

- riġidu jew semi-riġidu (tul nominali bejn 0.5 u 5 m) użat partikolarment bħala indikaturi tal-livell,

- flessibbli (tul nominali ta’ bejn 1 u 200 m).

It-temperatura ta’ referenza tista’, f’ċertu każi, tkun differenti minn 20 °C.

It-truf ta’ vireg tal-kejl riġidi għandhom ikunu provduti b’għarqub jew xifer li jkun reżistenti għall-impatt u għad-deterjorazzjoni.

It-tarf ħieles ta’ kejl flessibbli jista’ jkun provdut b’ċirku, manilja jew ganċ li ma jkunx inkluż fit-tul nominali.

Il-forza ta’ ġbid, ta’ madwar 50 N, għandha tidher fuq il-kejl flessibbli.

Dan il-kejl għandu jappartjeni lill-klassijiet ta’ eżattezza I jew II.

[1] ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29.

--------------------------------------------------