31973L0361



Official Journal L 335 , 05/12/1973 P. 0051 - 0055
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0168
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0140
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0168
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0093
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0093


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Novembru 1973

dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċertifikazzjoni u mmarkar ta’ ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet

(73/361/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

billi f’diversi Stati Membri iċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar huma stipulati għal ċertu ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet li jintużaw sabiex jerfgħu u jqandlu: billi dawn id-dispożizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi minħabba d-differenzi tagħhom ixekklu l-kummerċ fi ħdan il-Komunità Ekonomika Ewropea;

billi dan ix-xkiel għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni jista’ jkun imnaqqas, anke mneħħi, jekk l-istess dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar tal-ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet huma adottati fl-Istati Membri kollha, jew b’mod supplimentari għal jew minflok id-dispożizzjonijiet nazzjonali preżenti;

billi din id-Direttiva hi limitata għad-dispożizzjonijiet fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar ta’ ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet; billi ċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar ser jippermettulill-manifatturimanifattur u lill-utenti ta’ apparati ta’ l-irfigħ sabiex ikunu jafu inter alia l-karatteristiċi ta’ dawn il-ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet; billi, barra minn hekk, direttivi li sussegwentement ser ikunu adottati fir-rigward ta’ ħtiġiet għall-bini ta’ diversi apparati ta’ l-irfigħ ser jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-użu partikolari tal-ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet;

billi l-progress tekniku jeħtieġ aġġustament rapidu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għal apparat u tagħmir ta’ l-irfigħ; billi sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, proċedura għandha tkun stabbilita sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-forma ta’ Kumitat għall-aġġustament għall-progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-settur ta’ apparat u tagħmir ta’ l-irfigħ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna tagħmir ta’ l-irfigħ minbarra:

- tagħmir ta’ l-irfigħ li mhux ġdid,

- tagħmir ta’ l-irfigħ użat abbord il-bastimenti u għall-ferroviji, linji tal-funikular u ‘cableways’.

B’tagħmir ta’ l-irfigħ, fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, huwa mifhum ħbula tal-wajer, ktajjen tal-ħadid tond, u ganċijiet maħsuba għat-tagħmir ta’ l-irfigħ u ta’ tqandil mekkaniku.

Artikolu 2

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi jew jirrestrinġi, għal raġunijiet li jikkonċernaw ċertifikazzjoni jew immarkar, it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir ta’ l-irfigħ imsemmi fl-Artikolu 1, jekk ikun provdut b’ċertifikat u immarkar li huma konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Anness.

2. Madankollu, jekk Stat Membru jaċċerta li l-karatteristiċi, partikolarment il-karatteristiċi minimi, ta’ biċċa tagħmir ta’ l-irfigħ ma jaqblux ma’ dawk elenkati fuq iċ-ċertifikat, huwa jista’ jissosspendi t-tqegħid fis-suq ta’ din il-biċċa tagħmir ta’ l-irfigħ. Għandu immedjatament jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minnufih b’dan, waqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Jekk Stat Membru jikkontesta r-raġunijiet tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Istat Membru kkonċernati għandu jipprova jsolvi l-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata. Għandha tidħol, safejn ikun meħtieġ, f’konsultazzjonijiet xierqa sabiex tintlaħaq soluzzjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri jistgħu jitolbu li, fuq it-territorju tagħhom fi żmien ta’ l-offerta u l-bejgħ lill-klient finali, iċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar previsti minn din id-Direttiva għandhom ikunu espressi fil-forma ta’ simboli miftiehma fuq livell internazzjonali, jew fil-lingwa nazzjonalitagħhom.

Artikolu 4

1. Kumitat (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "Kumitat"), qiegħed hawnhekk ikun stabbilit sabiex jaġġusta għall-progress tekniku dawk id-direttivi li jikkonċernaw l-eliminazzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ f’apparat u tagħmir ta’ l-irfigħ. Għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

3. Il-bidliet meħtieġa sabiex jiġu aġġustati għall-progress tekniku d-dispożizzjonijiet fl-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5.

Artikolu 5

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-kwistjonijiet għandhom ikunu riferuti lill-Kumitat mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-President b’konsiderazzjoni ta’ l-urġenza tal-kwistjoni. Opinjonijiet għandhom ikunu adottati b’maġġoranza ta’ wieħed u erbgħin vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri jkunu peżati kif previst fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsubai fejn jaqblu ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat.

(b) Meta l-miżuri maħsuba m’humiex skond l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda Opinjoni m’hi adottata, il-Kummissjoni ghandha bla telf ta’ żmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u minnufih għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

Ib Frederiksen

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Dispożizzjonijiet ġenerali

1.1. Kull tul ta’ ħabel tal-wajer u katina u kull ganċ għandu jkollhom marka jew, jekk l-immarkar mhux possibbli, tabella żgħira jew ċurkett mehmuż tajjeb, li għandu jkollu tagħrif dwar il-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu fil-Komunità Ekonomika Ewropea u n-numru taċ-ċertifikati relevanti (cf. Punti 2.1, 3.1 u 4.1).

1.2. Il-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandu jassigura li kull tul ta’ ħabel tal-wajer u katina u kull ganċ jikkonformaw mal-karatteristiċi elenkati fiċ-ċertifikat (cf. punti 2.1, 3.1 u 4.1).

2. Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħbula tal-wajer

2.1. Il-manifattur jew l-agent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandu joħroġ għal kull ħabel tal-wajer ċertifikat li jkollu fih għallanqas it-tagħrif li ġej:

(a) Tagħrif obbligatorju:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

- id-dijametru nominali tal-ħabel tal-wajer;

- it-tul tal-ħabel tal-wajer fornut;

- il-massa medja kull metru;

- il-mod u direzzjoni tat-tqegħid tal-cable (tqegħid fuq ix-xellug jew il-lemin, preformat jew le, msallab jew ‘Lang’s lay’);

- tul tat-tqegħid tal-cable;

- il-kostruzzjoni (komposizzjoni tal-ħabel tal-wajer, natura u komposizzjoni tal-qalba tal-ħabel tal-wajer, numru ta’ kurduni, numru ta’ wajers); ehmeż tpinġija tal-‘cross-section’ bid-dimensjonijiet prinċipali;

- il-karatteristiċi ta’ l-azzar (klassi jew kwalità);

- ir-reżistenza nominali tal-wajers li jinqatgħu taħt tensjoni:

- l-anqas reżistenza prattika li ħabel tal-wajer jinqata’ fiha taħt tensjoni;

- ir-reżistenza minima prattika li ħabel tal-wajer jinqata’ fiha taħt tensjoni

- tagħrif fuq in-natura ta’ protezzjoni kontra korrożjoni interna jew esterna (fil-każ ta’ l-iggalvanizzar, il-kwalità tal-kisja taż-żingu għandha tkun mistqarra);

- iċ-ċertifikat li l-ħabel tal-wajer hu magħmul f’biċċa waħda u li l-karatteristiċi tiegħu huma kostanti fit-tul tiegħu kollu;

- tagħrif fuq in-natura u metodi ta’ testijiet tat-tensjoni, brim u liwi, u r-riżultati ta’dan;

- il-limiti tat-temperatura għall-użu tal-ħabel tal-wajer;

- l-istruzzjonijiet tal-manteniment u l-ispezzjoni;

(b) Taġħrif fejn applikabbli:

- jekk il-ħabel tal-wajer huwa magħmul skond standard nazzjonali jew internazzjonali, identifika dan l-istandard.

3. Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ktajjen tondi ta’ l-azzar

3.1. Il-manifattur jew l-agent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandu joħroġ għal kull katina ċertifikat li jkollu fih għallanqas it-tagħrif li ġej:

(a) Tagħrif obbligatorju:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

- il-karatteristika tal-katina (t-tul u l-wisa’ nominali tal-ħolqa, dijametru tal-wajer, jekk il-katina kinitx kalibrata jew le); ehmeż tpinġija għallanqas ta’ żewġ ħoloq, li turi t-tolleranzi massimi;

- it-tul tal-katina fornuta;

- il-massa medja kull metru;

- il-metodu ta’ kif ingħaqdu l-ħoloq (bil-forġa jew welding ta’ l-elettriku)

- il-valur tat-tagħbija tat-test ta’ prova applikat għall-katina sħiħa wara t-trattament tas-sħana;

- ir-reżistenza prattika minima li katina tinqata’ fiha taħt tensjoni f’temperatura normali

- ir-reżistenza prattika minima li katina tinqata’fiha taħt tensjoni f’temperatura ta’ l-użu;

- it-titwil proporzjonali tal-katina fi ksur taħt tensjoni:

- il-karatteristiċi tal-materjal tal-katina (eż: klassi jew kwalità);

- it-tip ta’ trattament tas-sħana applikat jew fejn meħtieġ li jkun applikat f’data aktar tard mill-manifattur jew minn impriża speċjalizzata;

- tagħrif fuq in-natura u metodi ta’ testijiet ta’ tensjoni, u r-riżultati;

- il-limiti ta’ temperatura għall-użu tal-katina;

- l-istruzzjonijiet tal-manteniment u l-ispezzjoni;

(b) Taġħrif fejn applikabbli:

- jekk il-katina hija magħmula skond standard nazzjonali jew internazzjonali, identifika dan l-istandard.

- jekk katina għaddiet minn trattament speċjali tas-sħana, l-istqarrija "għal kull trattament tas-sħana kkonsulta lill-manifattur jew lill-aġent awtorizzat tiegħu".

3.2. Ħolqa f’għoxrin għallanqas jew ħolqa kull metru, liema hija l-anqas distanza, għandu jkollha marka ta’ kwalità leġibbli u permanenti skond standard nazzjonali jew internazzjonali. Il-marki għandhom ikollhom id-dimensjonijiet li ġejjin:

Dimensjonijiet nominali tal-katina f’millimetri | Dimensjonijiet tal-figuri f’millimetri |

Sa 12.5 inkluż | 3 |

Aktar minn 12.5 sa 26 inkluż | 4.5 |

Aktar minn 26 | 6 |

4. Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ganċijiet

4.1. Il-manifattur jew l-agent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom joħroġ għal kull lott ta’ganċijiet, jew fuq talba ta’ l-utent, għal kull ganċ, ċertifikat li jkollu fih għallanqas it-tagħrif li ġej:

(a) Tagħrif obbligatorju:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

- it-tip ta’ ganċ;

- il-karatterisitċi dimensjonali;

- jekk il-ganċ hux magħmul skond standard nazzjonali jew internazzjonali, identifika r-referenza.

- jekk il-ganċ m’huwiex manufatturat t skond standard nazzjonali jew internazzjonali:

- it-tagħbija li tikkawża ftuħ suffiċjenti għar-rilaxx ta’ din it-tagħbija jew it-tagħbija tat- tkissir (il-manifattur għandu jistqarr jekk kienx każ ta’ ftuħ jew ksur),

- il-tagħbija massima tat-test ta’ prova li tista’ tkun applikata mingħajr ma tkun kawżata xi deformazzjoni permanenti,

- il-karatteristiċi ta’ l-azzar (klassi jew kwalità);

- it-tip ta’ trattament tas-sħana applikat jew fejn meħtieġ li jkun applikat f’data aktar tard mill-manifattur jew minn impriża speċjalizzata;

- tagħrif fuq in-natura u metodi ta’ testijiet ta’ tensjoni, u r-riżultati;

- il-limiti ta’ temperatura għall-użu tal-ganċijiet;

- l-istruzzjonijiet tal-manteniment u l-ispezzjoni;

(b) Taġħrif fejn applikabbli:

- jekk il-ganċijiet għaddew minn trattament speċjali tas-sħana, l-istqarrija "għal kull trattament tas-sħana kkonsulta lill-manifattur jew lill-aġent tiegħu".

4.2. Il-ganċijiet għandu jkollhom, b’ mod leġibbli u li ma jitħassarx, marka ta’ kwalità skond standard nazzjonali jew internazzjonali

--------------------------------------------------