31973L0350

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 1973 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur

Official Journal L 321 , 22/11/1973 P. 0033 - 0036
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0158
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0087
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0158
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0039
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0039
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 10 - 13


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-7 ta’ Novembru 1973

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur

(73/350/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/156/KEE), kif emendata bl-Att [2] anness mat-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-KEE u l-EAEC iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Jannar 1972, u b’mod partikolari għall-Artikoli 11, 12 u 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 [3]dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-livell tal-ħoss permissibbli u s-sistema ta’ l-exhaust ta’ vetturi bil-mutur (70/157/KEE), kif emendata bl-Att anness mat-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-KEE u l-EAEC iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Jannar 1972, u b’mod partikolari għall-Artikolu 3 tagħha,

Billi vettura għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li l-livell tal-ħoss tagħha ma jeċċedix il-limiti preskritti; billi dan il-prinċipju japplika speċjalment għas-sistemi ta’ exhaust (silencers);

Billi fid-dawl tal-progress tekniku huwa possibbli issa li jiġu ttestjati s-sistemi ta’ l-exhaust f’kondizzjonijiet li jikkorrispondu ma’ l-istat ta’ l-operazzjoni normali tat-traffiku fit-toroq; billi b’konsekwenza għal dan għandhom jiġu adottati metodi li jippermettu li tipi ġodda ta’ silencers jiġu ttestjati f’dawn il-kondizzjonijiet; billi l-ittestjar ta’ silencers jista’ jkun affettwat mill-ittestjar kontinwu fit-triq jew b’testijiet speċjali fuq il-bank; billi peress li l-effetti kollha ta’ l-operazzjoni kontinwa fit-triq ma jistgħux jiġu prodotti, huwa meħtieġ li fejn hemm xi dubju, isir rikors għall-bank tat-test;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-Kummerċ fis-settur tal-vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE), l-intestatura II, intitolata "sistema ta’ exhaust (silencers)", hija mibdula bit-test li jinsab fl-Anness tad-Direttiva preżenti.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Marzu 1974 l-Istati Membri m’għandomx, għal raġunijiet li jirigwardjaw il-livell tal-ħoss permessibbli u s-sistema ta’ l-exhaust.

- jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew il-ħruġ tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż, tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/156/KEE) jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kull tip ta’ vettura bil-mutur

- jew jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ exhaust ta’ din it-tip ta’ vettura jew vetturi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1974 l-Istati Membri:

- m’għandhomx jibqgħu joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż, tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/156/KEE) għal tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

- jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1975 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendat b’din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Marzu 1974 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Novembru 1973.

Għall-Kummissjoni

Il-President

François-Xavier Ortoli

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1

[2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, pp. 115 u 157.

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

II. IS-SISTEMI TA’ L-EXHAUST (SILENCERS)

II.1. Jekk vettura hija mgħammra b’tagħmir iddisinjat li jnaqqas il-ħoss ta’ l-exhaust (silencers), il-ħtiġiet li jinsabu f’din l-intestatura II għandhom jintlaħqu. Jekk id-dħul ta’ l-arja tal-magna huwa mgħammar b’filtru ta’ l-arja li huwa meħtieġ sabiex ikun konformi mal-livell tal-ħoss permessibbli, dan il-filtru għandu jkun meqjus li jifforma parti mis-silencer u l-ħtiġiet ta’ din l-intestatura II għandhom japplikaw ukoll għal dan il-filtru.

II.2. Disinn tas-sistema ta’ l-exhaust għandha titwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal din il-vettura.

II.3. Is-silencer għandu jkollu indikazzjoni li tinqara b’mod ċar tal-marka u t-tip tiegħu.

II.4. M’għandhomx jintużaw materjali fibrużi assorbenti fil-kostruzzjoni tas-silencers sakemm ma jittiħdux miżuri xierqa fl-istadji tad-disinn jew tal-produzzjoni sabiex tkun assigurata li l-effiċjenza li tkun konformi mal-ħtiġiet imposti fl-Intestatura I tinkiseb fit-triq. Silencer bħal dan għandu jiġi kkunsidrat li huwa effiċjenti fit-triq jekk:

II.4.1. Is-silencer fuq il-vettura prototip ittestjat b’mod konformi mal-ħtiġiet tal-punti 1.3 u 1.4 ikun tqiegħed fi stat normali għall-użu fit-triq qabel jittieħed il-kejl tal-livelli tal-ħoss.

Dan jista’ jsir:

II.4.1.1. b’operazzjoni kontinwa fit-triq għal 10000 km;

II.4.1.1.1. madwar nofs din l-operazzjoni għandha tikkonsisti f’sewqan fl-ibliet u n-nofs l-ieħor f’sewqan ta’ distanzi twal b’veloċità qawwija; l-operazzjoni kontinwa fit-triq tista’ tinbidel bi programm korrispondenti ta’ testijiet fuq pista;

II.4.1.1.2. Għandha tittieħed attenzjoni sabiex iż-żewġ varjetajiet tal-veloċità fit-triq ikunu alternati diversi drabi;

II.4.1.1.3. Il-programm sħiħ tat-test għandu jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet ta’ mill-inqas tliet sigħat sabiex jirriproduċu l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ xi fwar li jista’ jifforma;

II.4.1.2. jew b’testijiet fuq il-bank taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

II4.1.2.1. bl-użu ta’ aċċessorji standard u billi jiġu osservati l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura, is-silencer għandu jkun imwaħħal mal-magna, li hi nnifisha hija mqabbda ma’ dinamometru.

II.4.1.2.2. It-testijiet għandhom isiru f’sitt perjodi ta’ sitt sigħat b’waqfa ta’ mill-inqas 12-il siegħa bejn kull perjodu sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ xi fwar li jista’ jifforma.

II.4.1.2.3. Waqt kull perjodu ta’ sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. sekwenza ta’ ħames minuti f’veloċità idling.

2. sekwenza ta’ siegħa bi ¼ ta’ tagħbija fi ¾ tal-veloċità ta’ qawwa massima;

3. sekwenza ta’ siegħa b’½ it-tagħbija fi ¾ tal-veloċità tal-qawwa massima;

4. sekwenza ta’ għaxar minuti b’tagħbija sħiħa fi ¾ tal-veloċità ta’ qawwa massima;

5. sekwenza ta’ ħmistax-il minuta b’½ tagħbija f’veloċità ta’ qawwa massima;

6. sekwenza ta’ tletin minuta taħt ¼ tat-tagħbija f’veloċità ta’ qawwa massima;

Il-frażi "veloċità ta’ qawwa massima" tfisser dik li għandha tkun ikkwotata mill-fabbrikant.

It-tul totali tas-6 sekwenzi: 3 sigħat.

Kull perjodu għandu jikkonsisti f’żewġ settijiet tas-sitt sekwenzi t’hawn fuq;

II.4.1.2.4. Waqt it-testijiet is-silencer m’għandux jitkessaħ bl-ebda riħ sfurzat li jissimula l-islipstream ta’ madwar il-vettura.

B’dankollu t-tkessiħ jista’ jiġi awtorizzat b’talba mill-fabbrikant sabiex ma jeċċedix it-temperatura rrekordjata fid-daħla tas-silencer meta l-vettura tkun tivvjaġġa f’veloċità massima;

II.4.1.3. jew bit-tneħħija tal-materjal fibruż mis-silencer.

II.4.1.4. Wara l-ikkondizzjonar tas-silencer kif deskritt taħt il-punt II.4.1, il-kejl tal-ħoss għandu jsir b’konformità mal-punt I.4.1. t’hawn fuq. Il-livell imkejjel tal-ħoss m’għandux ikun aktar minn dak stabbilit fid-dettall I.1 għall-kategorija tal-vettura.

II.5. F’każi meta l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill li jikkonċerna "l-approvazzjoni tat-tip" għandu jkun applikat, il-metodu ta’ l-ittestjar speċifikat fil-punt II.4.1.2 t’hawn fuq għandu jkun il-metodu validu.

II.6. Tagħmir xieraq għandu jassigura li l-materjali fibrużi assorbenti jibqgħu fil-pożizzjoni tagħhom matul il-ħajja operatorja tas-silencer.

--------------------------------------------------