31973L0044



Official Journal L 083 , 30/03/1973 P. 0001 - 0019
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0171
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0171
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0187
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0187


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-26 ta’ Frar 1973

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ tlett fibri

(73/44/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ismijiet tat-tessuti tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ittikkettjar ibbażat fuq il-kompożizzjoni ta’ fibri ta’ prodotti tat-tessut;

Billi l-metodi wżati għal testijiet uffiċjali fl-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut għandhom ikunu uniformi, fir-rigward kemm tat-trattament ta’ qabel tal-kampjun kif ukoll ta’ l-analiżi kwantitattiva tal-prodott;

Billi l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill hawn fuq imsemmija jipprovdi li l-metodi analitiċi u ta’ teħid ta’ kampjuni sabiex jintużaw fl-Istati Membri kollha bil-għan li tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodott għandhom ikunu speċifikati f’Direttivi separati, billi taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill adotta fid-Direttivi tiegħu tas-17 ta’ Lulju 1972 [2] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlit ta’ żewġ fibri, dispożizzjonijiet dwar il-preparazzjonijiet tal-kampjuni tat-test u mudelli tat-test li huma applikabbli għat-taħlit ta’ tlett fibri;

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-analiżi kwantitattiva ta’ taħlit ta’ tlett fibri;

Billi l-metodi partikolari li għandhom x’jaqsmu ma’ l-analiżi ta’ ċertu taħlit ta’ żewġ fibri huma deskritti fid-dettall fid-Direttiva tas-17 ta’ Lulju 1972; billi l-esperjenza preżenti ma tippermettix s’issa, l-ispeċifikazzjoni ta’ proċedura standard waħdanija; billi għandhom jiġu prodotti bosta varjanti għad-dissoluzzjoni selettiva tal-komponenti;

Billi għandhom madanakollu jiġu stabbiliti regoli ġenerali validi għall-analiżi tat-taħlit kollu ta’ tlett fibri; billi l-għan ta’ dawn ir-regoli huwa sabiex jispeċifika l-metodi diversi li jistgħu jiġu applikati b’mod xieraq u l-metodu sabiex ikun ikkalkolat il-perċentwali tal-kompożizzjoni għal kull varjant,

Billi għandhom jiġu addattati speċifikazzjonijiet tekniċi malajr sabiex jinżamm il-pass mal-progress tekniku; billi għal dan il-għan, għandha tiġi applikata l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tas-17 ta’ Lulju 1972;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva hija dwar l-analiżi kwantitattiva tat-taħlit ta’ tlett fibri permezz tal-metodi ta’ separazzjoni bl-idejn, separazzjoni kimika jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-preparazzjoni tal-kampjuni tat-test u eżemplari tat-test, għandhom ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet li hemm fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlit ta’ żewġ fibri.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti - kemm fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll fl-Anness I tad-Direttiva msemmija fl-Artikolu 2 jiġu applikati f’testijiet uffiċjali, sabiex jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tessuti magħmulin minn taħlita ta’ tlett fibri mpoġġija fis-suq skond id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ismijiet tat-tessuti.

Artikolu 4

Il-laboratorji kollha responsabbli għall-ittestjar ta’ taħlit ta’ tlett fibri għandhom juru fir-rapport tat-test il-fatturi kollha msemmija f’punt V ta’ l-Anness I.

Artikolu 5

Kwalunkwe emendi għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Annessi I, II u III li huma meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tas-17 ta’ Lulju 1972.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi interna adottata minnhom fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Frar 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Glinne

[1] ĠU L 185, 16.8.1971, p. 16

[2] ĠU L 173, 31.7.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ANALIŻI KWANTITATTIVA TA’ TAĦLIT TA’ TLETT FIBRI

ĠENERALI

Introduzzjoni

Metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlit ta’ fibri huma bbażati fuq żewġ proċessi, is-separazzjoni manwali u s-separazzjoni kimika ta’ tipi ta’ fibri.

Il-metodu ta’ separazzjoni manwali għandu jiġi wżat kull meta jkun possibbli għaliex ġeneralment jagħti aktar riżultati eżatti mill-metodu kimiku. Jista’ jintuża għat-tessuti kollha li l-fibri tal-komponenti tagħhom ma jiffurmawx taħlita intima, bħal ngħidu aħna fil-każ ta’ ħjut komposti minn elementi diversi li kull wieħed minnhom huwa magħmul minn tip ta’ fibra waħda jew drappijiet li l-medd tagħhom huwa magħmul minn fibra ta’ tip differenti mit-tgħama; jew drappijiet innittjati li kapaċi jiġu maħlula magħmulin minn ħjut ta’ tipi differenti.

B’mod ġenerali, il-metodi ta’ analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq is-soluzzjoni selettiva tal-komponenti indvidwali. Hemm erba’ varjanti possibbli ta’ dan il-metodu:

1. Bl-użu ta’ żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u komponent ieħor (b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx ta’ kull eżemplari jintiżen u l-perċentwali ta’ kull wieħed miż-żewġ komponenti li jinħallu jiġi kkalkulat mit-telf fil-piż rispettiv. Il-perċentwali tat-tielet komponent (ċ) jiġi kkalkulat permezz tad-differenza.

2. L-użu ta’ żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (a u b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx ta’ l-ewwel eżemplari tat-test jintiżen u l-perċentwali tal-komponent (a) jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Il-fdal li ma jinħallx tat-tieni eżemplari tat-test jintiżen; dan ikun jikkorrispondi għal komponent (ċ). Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

3. L-użu ta’ żewġ eżemplari tat-test differenti, żewġ komponenti (a u b) jiġu mdewwba mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (b u ċ) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdalijiet li ma jinħallux jikkorrispondu għal żewġ komponenti (ċ) u (a) rispettivament. Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

4. L-użu ta’ eżemplari ta’ test wieħed, wara t-tneħħija ta’ wieħed mill-komponenti, il-fdal li ma jinħallx iffurmat miż-żewġ fibri l-oħra jintiżen u l-perċentwali tal-komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Waħda miż-żewġ fibri tal-fdal tiġi mdewba, il-komponent li ma jinħallx jintiżen u l-perċentwali tat-tieni komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż.

Fejn tista ssir għażla, huwa tal-parir li jintuża wieħed mill-ewwel tliet varjanti.

Fejn tintuża analiżi kimika, l-espert responsabbli għall-analiżi għandu jieħu ħsieb li jagħżel metodi li jużaw solventi li jdewbu biss il-fibra(i) korretta(i), filwaqt li jħalli l-fibra(i) l-oħra intatta(i).

Permezz ta’ eżempju, hemm tabella mogħtija fl-Anness III li fiha ċertu numru ta’ taħlit ta’ tlett fibri, flimkien ma’ metodi għall-analiżi ta’ taħlit ta’ żewġ fibri li jistgħu, fil-prinċipju, jintużaw għall-analiżi ta’ dan it-taħlit bi tliet fibri.

Sabiex il-possibilità ta’ żball titnaqqas għal minimu, huwa rrakkomandat li, kull meta jkun possibbli, għandha ssir analiżi kimika bl-użu ta’ għallinqas tnejn mill-erba’ varjanti hawn fuq imsemmija.

Taħlitiet ta’ fibri wżati matul l-ipproċessar u, sa livell anqas, f’tessuti lesti jista’ jkollhom materja mhux fibruża, bħal xaħmijiet, xama’ jew kisi, jew materja li tinħall fl-ilma, jew li sseħħ b’mod naturali jew miżjuda sabiex tiffaċilita l-ipproċessar. Qabel l-analiżi għandha titneħħa kull materja mhux fibruża. Għal din ir-raġuni huwa mogħti wkoll metodu ta’ trattament minn qabel għat-tneħħija taż-żjut, xaħmijiet u materja li tinħall fl-ilma.

Barra minn hekk, it-tessuti jista’ jkollhom raża jew materja oħra miżjuda sabiex tagħti karatteristiċi speċjali. Materja bħal din, li tinkludi aġenti li jagħtu kulur f’każijiet eċċezzjonali, tista’ tinterferixxi ma’ l-azzjoni tar-reaġent fuq il-komponenti li jinħallu u/jew tista’ titneħħa parzjalment jew għal kollox bir-reaġenti. Din it-tip ta’ materja miżjuda tista’ għalhekk tikkawża żbalji u għandha titneħħa qabel ma l-kampjun jiġi analizzat. Jekk ma jkunx possibbli li l-materja miżjuda bħal din titneħħa, il-metodi għall-analiżi kimika kwantitattiva mogħtija fl-Anness III mehmuż ma jkunux aktar applikabbli.

Iż-żebgħa fil-fibri mogħtija kulur titqies bħala parti integrali tal-fibra u ma titneħħiex.

Isiru analiżi fuq il-bażi tal-piż xott u tingħata proċedura sabiex jiġi stabbilit il-piż xott

Ir-riżultat jinkiseb bl-applikazzjoni tal-piż xott ta’ kull fibra li r-rati ta’ rkupru tagħhom huma elenkati fl-Anness II għad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ismijiet tat-tessuti.

Qabel tgħaddi għal analiżi oħra, l-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom jiġu identifikati. F’xi metodi kimiċi, il-komponenti li ma jdubux ta’ taħlita jistgħu jiġu mdewbin parzjalment fir-reaġent użat sabiex idewweb il-komponent(i) li jinħall(u). Kull fejn ikun possibbli, intgħażlu reaġenti li għandhom ftit jew l-ebda effett fuq il-fibri li ma jinħallux. Jekk ikun magħruf li kien hemm xi telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi korrett; għal dan il-għan, huma mogħtija fatturi ta’ korrezzjoni. Dawn il-fatturi ġew determinati f’diversi laboratorji permezz ta’ trattament, mar-reaġent proprju kif speċifikat fil-metodu ta’ l-analiżi, fibri imnaddfa bit-trattament minn qabel. Dawn il-fatturi ta’ korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri ggradati anqas u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi ta’ korrezzjoni differenti jekk il-fibri kienu ġew iddegradati qabel jew waqt l-ipproċessar. Jekk għandu jintuża r-raba’ varjant, li fih il-fibra tat-tessut tkun soġġetta għall-azzjoni suċċessiva ta’ żewġ solventi differenti, għandhom jiġu applikati fatturi ta’ korrezzjoni għal telf possibbli fil-piż li fibra tkun għaddiet minnhom fiż-żewġ trattamenti. Għallanqas għandhom isiru żewġ determinazzjonijiet, kemm fil-każ ta’ separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta’ separazzjoni kimika.

I. INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR METODI GĦALL-ANALIŻI KIMIKA KWANTITATTIVA TA’ TAĦLIT TA’ TLETT FIBRI

Informazzjoni komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlit ta’ tlett fibri.

I.1. Skop u qasam ta’ applikazzjoni

Il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ kull metodu għall-analizzar ta’ taħlit b’żewġ fibri jispeċifika għal liema fibri huwa applikabbli l-metodu. (Ara l-Anness II, id-Direttiva li għandha x’taqsam ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlit ta’ żewġ fibri).

I.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta’ taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa permezz ta’ trattament minn qabel addattat, u wara, jiġi applikat wieħed jew aktar mill-erba’ varjanti tal-proċess ta’ soluzzjoni selettiva deskritt fl-introduzzjoni. Għajr fejn dan joħloq diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-komponent maġġuri tal-fibra jiġi mdewweb sabiex jiġi miksub il-komponent minuri tal-fibra bħala fdal finali.

I.3. Apparat u Reaġenti

I.3.1. Apparat

I.3.1.1. Griġjoli filtru u fliexken tal-kejl kbar biżżejjed sabiex iżommu griġjoli bħal dawn, jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2. Termos.

I.3.1.3. Dessikatur li jkun fih is-silica gel li jindika minnu nnifsu.

I.3.1.4. Forn ventilat għat-tnixxif ta’ l-eżemplari b’105 ± 3 °C.

I.3.1.5. Bilanċ analitiku, preċiżjoni sa 0.0002g.

I.3.1.6. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2. Reaġenti

I.3.2.1. Petroleum ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40 sa 60 °C.

I.3.2.2. Reaġenti oħra huma speċifikati fil-partijiet xierqa tat-test tal-metodu. Ir-reaġenti kollha wżati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3. Ilma ddistillat u dejonizzat.

I.4. L-atmosfera tal-kondizzjonament u l-ittestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti il-piżijiet xotti, ma hemmx bżonn li l-eżemplari jiġu kkondizzjonati jew li ssir analiżi f’atmosfera kkondizzjonata.

I.5. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-biċċa l-kbira tal-kampjun tal-laboratorju u suffiċjenti sabiex jipprovdi l-eżemplari kollha, kull wieħed ta’ għallinqas 1g, li huma meħtieġa.

I.6. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkolazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva dwar l-ismijiet tat-tessuti), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta’ metodu xieraq li ma jaffettwa ebda fibri tal-komponenti.

Għal dan il-għan, materja mhux fibruża li tista’ tiġi estratta b’petroleum ħafif u bl-ilma titneħħa bit-trattament tal-kampjun tat-test (xott mill-arja) f’selezzjonatur ta’ l-estratt Soxhlet b’petroleum ħafif għal siegħa b’rata minima ta’ 6 ċikli fis-siegħa. Ħalli l-petroleum ħafif jevapora mill-kampjun li imbagħad jiġi estratt direttament bl-ilma billi tgħaddsu għal siegħa f’temperatura tal-kamra segwit b’tgħaddis f’65 ± 5 °C għal siegħa oħra, tqanqal il-likwidu minn ħin għall-ieħor, proporzjon ta’ kampjun/ilma 1: 100. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun permezz ta’ l-għasir, ġbid, jew ċentrifugar u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Fejn materja mhux fibruża ma tistax tiġi estratta bil-petroleum ħafif u bl-ilma, din għandha titneħħa billi tissostitwixxi għall-metodu ta’ l-ilma deskritt hawn fuq, metodu xieraq li ma jbiddilx sostanzjalment kwalunkwe komponenti tal-fibra. Madanakollu għal xi wħud mill-fibri tal-ħaxix naturali mhux ibbliċjati (eż: ġuta u kajjar) għandu jiġi nnotat li trattament minn qabel normali bil-petroleum ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi naturali mhux fibrużi, madanakollu ma jiġix applikat trattament minn qabel addizzjonali sakemm il-kampjun ikun fih sostanzi lesti li ma jinħallux kemm fil-petroleum ħafif kif ukoll fl-ilma.

Ir-rapporti analitiċi għandhom jinkludu d-dettalji sħaħ tal-metodi ta’ trattament minn qabel wżati.

I.7. Proċedura tat-test

I.7.1. Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1. Tnixxif

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn 4 siegħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f’105 ± 3ºC f’forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perjodu ta’ tnixxif ikun inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jkollu l-piż ikkontrollat sabiex jiġi determinat jekk it-toqol tiegħu huwiex kostanti. It-toqol jista’ jiġi kkunsidrat kostanti jekk, wara perjodu ieħor ta’ tnixxif għal 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu tkun anqas minn 0.05 %.

Evita li ġġorr griġjoli u fliexken tal-kejl, kampjuni jew fdalijiet b’idejn mikxufa waqt l-operazzjonijiet ta’ tnixxif, tibrid u użin.

Kampjuni xotti fi flixkun ta’ l-użin bil-għata tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-kejl qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih malajr għad-dessikatur.

Nixxef il-griġjol tal-filtru fi flixkun tal-kejl bil-għata tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-kejl u ttrasferixxih malajr fid-dessikatur.

Fejn jiġi wżat apparat ieħor għajr griġjol tal-filtru, għandhom isiru operazzjonijiet ta’ tnixxif fil-forn sabiex jiddeterminaw il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2. Tibrid

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tibrid f’dessikatur, imqiegħed maġenb il-miżien, sakemm ikun intemm it-tibrid tal-fliexken tal-kejl, u f’kull każ għal mhux anqas minn sagħtejn.

I.7.1.3. L-użin

Wara t-tibrid, temm l-użin tal-flixkun tal-kejl f’żewġ minuti mit-tneħħija tiegħu mid-dessikatur, iżen bi preċiżjoni ta’ 0.0002 g.

I.7.2. Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel ta’ mill-inqas 1 g (fil-piż). Aqta’ ħajta jew biċċa f’tulijiet ta’ madwar 10 mm, mifrudin kemm jista’ jkun possibbli. Nixxef l-eżemplari fi flixkun/fliexken ta’ l-użin berrdu/berridhom f’dessikatur u iżnu/iżinhom. Ittrasferixxi l-kampjun(i) għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fit-taqsima xierqa tal-metodu tal-Komunità, iżen mill-ġdid il-flixkun/fliexken ta’ l-użin immedjatament u kkalkula t-toqol niexef tal-kampjun permezz tad-differenza; wettaq it-test kif speċifikat fit-taqsima x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal(ijiet) mikroskopikament sabiex tikkontrolla li fil-fatt, it-trattament neħħa għal kollox il-fibra(i) li tinħall(jinħallu).

I.8. Kalkolazzjoni u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż ta’ kull komponent bħala perċentwali tat-total tal-piż tal-fibra fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi tal-piż xott medju, aġġustat permezz (a) tar-rati ta’ rkupru konvenzjonali u (b) l-fatturi ta’ korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf ta’ materja mhux fibruża matul it-trattament minn qabel u l-analiżi.

I.8.1. Kalkolazzjoni tal-perċentwali tal-piż tal-fibri xotti u nodfa mingħajr ma tagħti kas tat-telf tal-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel.

I.8.1.1. -VARJANT 1-

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent tat-taħlita jitneħħa minn kampjun wieħed u jitneħħa komponent ieħor minn tieni kampjun:

P

% =

d

d

d

r

m

r

m

1 -

d

d

× 100

P

% =

d

d

d

r

m

r

m

1 -

d

d

× 100

P

% = 100 -

P1% + P2%

P1% hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif (komponent fl-ewwel kampjun mahlul fl-ewwel reagent);

P2% hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif (komponent fit-tieni kampjun mahlul fit-tieni reagent);

P3% hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif (komponent li mhuwiex mahlul fiż-żewg kampjuni);

m1 huwa l-piż xott ta’ l-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tnehhija ta’ l-ewwel komponent mill-ewwel kampjun fl-ewwel reagent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tnehhija tat-tieni komponent mit-tieni kampjun fit-tieni reagent;

d1 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż fl-ewwel reagent, tat-tieni komponent li mhuwiex mahlul fl-ewwel kampjun [1];

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż fl-ewwel reagent tat-tielet komponent li mhuwiex mahlul fl-ewwel kampjun [2];

d3 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż fit-tieni reagent, ta’ l-ewwel komponent li mhuwiex mahlul fit-tieni kampjun [3];

d4 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż fit-tieni reagent, tat-tielet komponent mhuwax mahlul fit-tieni kampjun [4].

I.8.1.2. -VARJANT 2-

Formola li għandha tiġi applikata fejn komponent (a) jitneħħa mill-ewwel kampjun tat-test, filwaqt li tħalli bħala fdal iż-żewġ komponenti l-oħra (b ċ ċ), u ż jitneħħew żewġ komponenti (a ċ b) mit-tieni kampjun tat-test, bit-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal:

P

% = 100 -

P2% + P3%

P

% = 100 ×

d

r

m

-

d

d

× P

%

P

% =

d

r

m

× 100

P1 % hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif (komponent ta’ l-ewwel kampjun li jinhall fl-ewwelreagent);

P2 % hija l-perċentwali tat-tieni komponent niexef u nadif (komponent li jinħall, fl-istess ħin bħala l-ewwel komponent tat-tieni eżemplari, fit-tieni reaġent);

P3 % hija l-perċentwali tat-tielet komponent niexef u nadif (komponent li ma jinħallx fiż-żewġ eżemplari);

m1 huwa l-piż xott ta’ l-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tneħħija ta’ l-ewwel komponent mill-ewwel eżemplari fl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tneħħija ta’ l-ewwel u t-tieni komponenti mit-tieni kampjuni fit-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li mhuwiex maħlul fl-ewwel kampjun [5];

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li mhuwiex maħlul fl-ewwel kampjun [6];

d4 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li mhuwiex maħlul fit-tieni kampjun [7].

I.8.1.3. -VARJANT 3-

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn jitneħħew żewġ komponenti (a ċ b) minn kampjun, filwaqt li t-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal, imbagħad jitneħħew żewġ komponenti (b ċ ċ) minn kampjun ieħor, bl-ewwel komponent (a) jitħalla bħala fdal:

P

% =

d

r

m

× 100

P

% = 100 -

P

% + P

%

P

% =

d

r

m

× 100

P1% hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif (komponent mahlul permezz tar-reagent);

P2% hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif (komponent mahlul permezz tar-reagent);

P3% hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif (komponent mahlul fit-tieni kampjun permezz tar-reagent);

m1 huwa l-piż xott ta’ l-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tnehhija ta’ l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel kampjun bl-ewwel reagent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara t-tnehhija tat-tieni u t-tielet komponenti mit-tieni kampjun mat-tieni reagent;

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż ma’ l-ewwel reagent tat-tielet komponent li mhuwiex mahlul fl-ewwel kampjun [8];

d3 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni ghat-telf fil-piż mat-tieni reagent ta’ l-ewwel komponent li mhuwiex mahlul fit-tieni kampjun [9].

I.8.1.4. -VARJANT 4-

Formola li għandha tiġi applikata fejn żewġ komponenti jitneħħew wara xulxin mit-taħlita bl-użu ta’ l-istess kampjun:

P1% = 100 -

P2% + P3%

P

% =

d

r

× 100 -

× P

%

P

% =

d

r

× 100

P1% hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif;

P2 % hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif

P3 % hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif

m huwa l-piż xott għall-kampjun tat-trattament;

r1 huwa l-piż xott għall-fdalijiet wara l-eliminazzjoni ta’ l-ewwel komponent bl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott għall-fdalijiet wara l-eliminazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni komponent bl-ewwel u t-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur għat-telf fil-piż tat-tieni komponent ta’ l-ewwel reaġent [10];

d2 huwa l-fattur għat-telf fil-piż tat-tielet komponent ta’ l-ewwel reaġent [11];

d3 huwa l-fattur għat-telf fil-piż tat-tielet komponent ta’ l-ewwel u t-tieni reaġent [12];

I.8.2. Kalkolazzjoni tal-persentaġġ ta’ kull komponent bl-aġġustamenti inklużi b’rati konvenzjonali u, fejn possibbli, tiswija tal-fatturi għat-telfien fil-piż matul l-operazzjoni ta’ qabel it-trattament.

Moghti li:

A = 1 +

a

+ b

B = 1 +

a

+ b

C = 1 +

a

+ b

3100

ghalhekk

P

% =

P

A

P

A + P

B + P

C

× 100

P

% =

P

B

P

A + P

B + P

C

x 100

P

% =

P

C

P

A + P

B + P

C

x 100

P1A% hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif, inkluż il-kontenut ta’ umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P2A% hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif, inkluż il-kontenut ta’ umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P3A% hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif, inkluż il-kontenut ta’ umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P1 hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif, miksuba permezz ta’ wahda mill-formoli moghtija f’I.8.1;

P2 hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif, miksuba permezz ta’ wahda mill-formoli moghtija f’I.8.1;

P3 hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif, miksuba permezz ta’ wahda mill-formoli moghtija f’I.8.1;

a1 hija r-rata ta’ rkupru konvenzjonali ta’ l-ewwel komponent;

a2 hija r-rata ta’ rkupru konvenzjonali tat-tieni komponent;

a3 hija r-rata ta’ rkupru konvenzjonali tat-tielet komponent;

b1 hija l-percentwali ta’ telf fil-piż ta’ l-ewwel komponent matul it-trattament minn qabel;

b2 hija l-percentwali ta’ telf fil-piż tat-tieni komponent matul it-trattament minn qabel;

b3 hija l-percentwali ta’ telf fil-piż tat-tielet komponent matul it-trattament minn qabel;

Fejn jintuża trattament minn qabel speċjali, għandhom jiġu stabbiliti l-valuri b1, b2, u b3, jekk ikun possibbli, billi kull komponent tal-fibra pura jiġi sottomess għal trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn kull materjal mhux fibruż għajr dawk li normalment ikunu jinsabu fihom (jew b’mod naturali jew minħabba l-proċess tal-fabbrikazzjoni), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) fil-materjal li għad irid jiġi analizzat.

Fejn fibri kostitwenti separati u mhux nodfa wżati fil-fabrikazzjoni tal-materjal li għandu jiġi analizzat mhumiex disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri medji ta’ b1, b2, u b3 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament minn qabel normali permezz ta’ estrazzjoni bl-applikazzjoni ta’ petroleum ħafif u ilma, il-fatturi ta’ korrezzjoni b1, b2 u b3 jistgħu ġeneralment ma jitqiesux, għajr fil-każ ta’ qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat fejn it-telf minħabba trattament minn qabel ikun normalment aċċettat bħala 4 % u fil-każ tal-polypropylene bħala 1 %

Fil-każ ta’ fibri oħra, normalment, ma jingħatax kas tat-telf minħabba trattament minn qabel fil-kalkolazzjonijiet.

I.8.3. Nota

Eżempji ta’ kalkolazzjonijiet huma mogħtija fl-Anness II għal din id-Direttiva.

II. METODI TA’ ANALIŻI KWANTITATTIVA PERMEZZ TA’ SEPARAZZJONI MANWALI TA’ TAĦLITIET TA’ TLETT FIBRI

II.1. Skop

Dan il-metodu huwa applikabbli għall-fibri tat-tessut tat-tipi kollha sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u li jkun possibbli li dawn jiġu sseparati bl-idejn.

II.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti tat-tessut, il-materja mhux fibruża titneħħa permezz ta’ trattament minn qabel xieraq u wara, il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u jintiżnu sabiex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta’ kull fibra fit-taħlita.

II.3. Apparat

II.3.1. Fliexken ta’ l-użin jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2. Dessikatur li jkun fih is-silica gel li jindika minnu nnifsu.

II.3.3. Forn ventilat għall-inxif ta’ l-eżemplari f’105 ± 3 °C.

II.3.4. Bilanċ analitiku, bi preċiżjoni sa 0.0002g.

II.3.5. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.6. Labra.

II.3.7. Apparat li jittestja l-barma jew apparat simili.

II.4. Reaġenti

II.4.1. Petroleum ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40º-60 °C.

II.4.2. Ilma ddistillat u dejonizzat.

II.5. L-ambjent tal-kondizzjonament u ta’ l-ittestjar

Ara I.4.

II.6. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7. Trattament minn qabel tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8. Proċedura

II.8.1. Analiżi tal-ħajta

Ħu mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel eżemplari ta’ piż ta’ mhux anqas minn 1 g. Għal ħajta rqiqa ħafna, l-analiżi tista’ ssir fuq tul minimu ta’ 30 m, ikun xi jkun il-piż.

Aqta’ l-ħajta f’biċċiet ta’ tul xierqa u ssepara t-tipi ta’ fibra permezz ta’ labra u, jekk meħtieġ, b’apparat li jittestja l-brim. It-tipi ta’ fibra hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken ta’ l-użin li jkunu ntiżnu minn qabel u mnixxfa għal 105 ± 3 °C sa toqol kostanti, kif deskritt f’1.7.1 u 1.7.2.

II.8.2. Analiżi tad-drapp

Mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, ħu eżemplari ta’ piż ta’ mhux anqas minn 1 g, li ma jinkludix ċmusa bi truf mirqumin b’attenzjoni sabiex ikun evitat it-tiżrit bl-użu u ġiri parallel mat-tgħama jew ħjut għall-medd, jew fil-każ ta’ drappijiet meħjutin fil-linja ta’ wales u courses. Ifred it-tipi differenti ta’ fibri u iġborhom fi fliexken ta’ l-użin li jintiżnu minn qabel u pproċedi kif deskritt fi II.8.1.

II.9. Kalkolazzjonijiet u espressjoni tar- riżultati

Esprimi l-piż ta’ kull fibra komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż nadif u xott, aġġustati permezz (a) tar-rati rkuprati b’mod konvenzjonali u (b) tal-fatturi ta’ korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf fil-piż matul l-operazzjonijiet tal-trattament minn qabel.

II.9.1 Kalkolazzjoni tal-perċentwali tal-piż ta’ fibra xotta u nadifa, billi ma tagħtix kas tat-telf fil-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel:

P

% =

100 m

m

+ m

+ m

=

1+

m

+m

3m1

P

% =

100 m

m

+ m

+ m

=

1 +

m

+ m

3m2

P

% = 100 -

P1% + P2%

P1% hija l-percentwali ta’ l-ewwel komponent xott u nadif;

P2% hija l-percentwali tat-tieni komponent xott u nadif;

P3% hija l-percentwali tat-tielet komponent xott u nadif;

m1 huwa l-piż xott u nadif ta’ l-ewwel komponent;

m2 huwa l-piż xott u nadif tat-tieni komponent;

m3 huwa l-piż xott u nadif tat-tielet komponent.

II.9.2. Għall-kalkolazzjoni tal-perċentwali ta’ kull komponent bl-aġġustament permezz ta’ rati ta’ rkupru konvenzjonali u, fejn xieraq, permezz ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għal telf fil-piż matul it-trattament minn qabel: ara 1.8.2.

III. METODU TA’ ANALIŻI KWANTITATTIVA TA’ TAĦLIT TA’ TLETT FIBRI PERMEZZ TA’ KOMBINAZZJONI TA’ SEPARAZZJONI MANWALI U SEPARAZZJONI KIMIKA

Fejn ikun possibbli, għandha tintuża separazzjoni manwali, billi jitqiesu l-proporzjonijiet ta’ komponenti separati qabel jgħaddu għal kwalunkwe trattament kimiku ta’ kull wieħed mill-komponenti separati.

IV. PREĊIŻJONI TAL-METODI

Il-preċiżjoni indikata f’kull metodu ta’ l-analiżi ta’ taħlit ta’ żewġ fibri għanda x’taqsam mar-riproduċibilità (ara l-Anness II tad-Direttiva li għandha x’taqsam ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva tat-taħlit ta’ żewġ fibri tat-tessut).

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, iġifieri l-qrubija tal-qbil bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f’laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti bl-użu ta’ l-istess metodu u bil-ksib ta’ riżultati individwali fuq eżemplari ta’ taħlita omoġenja identika.

Ir-riproduċibilità hija espressa permezz ta’ limiti ta’ konfidenza tar-riżultati għal-livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

Dan ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f’serje ta’ analiżi magħmula f’laboratorji differenti, f’applikazzjoni normali u korretta tal-metodu għal taħlita omoġenja u identika, tiġi maqbuża biss f’5 każijiet minn 100.

Sabiex tiġi stabbilita l-preċiżjoni ta’ l-analiżi ta’ taħlita ta’ tlett fibri, il-valuri indikati fil-metodi għall-analiżi ta’ taħlit ta’ żewġ fibri li kienu ġew użati sabiex tkun analizzata t-taħlita bi tlett fibri jiġu applikati bil-mod normali.

Fejn fl-erba’ varjanti ta’ l-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlit ta’ tlett fibri, hemm dispożizzjoni għal żewġ dissoluzzjonijiet (bl-użu ta’ żewġ eżemplari separati għall-ewwel tlett varjanti u eżemplari singolari għar-raba’ varjant) u, billi wieħed jassumi li E1 u E2 jirrapreżentaw il-preċiżjoni taż-żewġ metodi għall-analizzar ta’ taħlit ta’ żewġ fibri, il-preċiżjoni tar-riżultati għal kull komponent tintwera fit-tabella li ġejja:

VarjantiFibra componenti | | 1 | 2 u 3 | 4 |

a | E1 | E1 | E1 |

b | E2 | E1+E2 | E1+E2 |

c | E1+E2 | E2 | E1+E2 |

Jekk jiġi wżat ir-raba’ varjant, il-grad ta’ preċiżjoni jista’ jinstab li jkun aktar baxx minn dak ikkalkulat mill-metodu indikat hawn fuq, minħabba azzjoni possibbli ta’ l-ewwel reaġent fuq il-fdal magħmul mill-komponenti b u ċ, li jkun diffiċli sabiex jiġi evalwat.

V. RAPPORT TAT-TEST

V.1. Indika l-varjant(i) wżati sabiex twettaq l-analiżi, l-metodi, r-reaġenti u l-fatturi ta’ korrezzjoni.

V.2. Agħti dettalji ta’ kwalunkwe trattament minn qabel speċjali (Ara 1.6).

V.3. Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kull wieħed magħluq għal punt deċimali wieħed.

V.4. Kull meta jkun possibbli, iddikjara l-preċiżjoni tal-metodu għal kull komponent, ikkalkolat skond it-tabella fit-taqsima IV.

[1] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[2] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[3] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[4] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[5] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[6] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[7] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[8] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[9] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[10] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[11] Il-valuri ta’ d huma indikati fit-taqsimiet rispettivi tad-Direttivi relatati mad-diversi metodi tat-taħlitiet binarji analizzati.

[12] Fejn hu possibbli d3 għandha tkun deteminata minn qabel permezz ta’ metodi esperimentali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

EŻEMPJI TAL-KALKOLAZZJONI TA’ PERĊENTWALI TAL-KOMPONENTI TA’ ĊERTI TAĦLITIET BI TLETT FIBRI LI JUŻAW UĦUD MILL-VARJANTI DESKRITTI F’PUNT 1.8.1 TA’ L-ANNESS I

Ikkonsidra l-każ ta’ taħlita ta’ fibra li meta analizzata b’mod kwantitattiv tat il-komponenti li ġejjin: 1. Suf imqardax; 2. nylon (polyamide); 3. qoton mhux ibbliċjat.

-VARJANT Nru 1-

Bl-użu ta’ dan il-varjant, jiġifieri bl-użu ta’ żewġ eżemplari differenti u tneħħi komponent wieħed (a = suf) permezz ta’ dissoluzzjoni mill-ewwel eżemplari u t-tieni komponent (b = polyamide) mit-tieni eżemplari jistgħu jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.Piż xott ta’ l-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel | (m1) | = 1.6000g |

2.Piż xott tal-fdal wara t-trattament minn qabel ma’ l-alkaline sodium hypo-chlorite (polyamide + qoton) | (r1) | = 1.4166g |

3.Piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel | (m2) | = 1.8000g |

4.Piż xott tal-fdal wara trattament bl-acidu formiku (suf + qoton) | (r2) | = 0.9000g |

Trattament bl-alkaline sodium hypochlorite ma jinvolvix xi telf fil-piż ta’ polyamide, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1.0 u d2 = 1.03.

Trattament bl-aċidu formiku ma jinvolvix xi telf fil-piż ta’ suf jew qoton mhux ibbliċjat, għalhekk d3 u d4 = 1.0.

Jekk il-valur miksub permezz ta’ l-analiżi kimika u l-fatturi ta’ korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula taħt punt 1.8.1.1 ta’ l-Anness I, jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

P

% (suf) =

1.03

1.0

1.4166

1.6000

0.9000

1.8000

1 -

× 100 = 10.30

P

% (polyamide) =

- 1.0 ×

+

×

1.0

1.0

× 100 = 50.00

P

% (qoton) = 100 -

= 39.70

Il-perċentwali ta’ diversi fibri xotti u nodfa fit-taħlita huma kif ġej:

Suf | 10,30 % |

Polyamide | 50,00 % |

Qoton | 39,70 %. |

Dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti skond il-formoli taħt punt 1.8.2 ta’ l-Anness I sabiex jiġu meqjusa wkoll ir-rati ta’ rkupru konvenzjonali u l-fatturi ta’ korrezzjoni għal xi telf fil-piż wara t-trattament minn qabel.

Kif indikat fl-Anness II għad-Direttiva li għandha x’taqsam ma’ l-ismijiet tat-tessuti, r-rati ta’ rkupru konvenzjonali huma kif ġej: suf imqardex 17.0 %, polyamide 6.25 %, qoton 8.5 %, kif ukoll, qoton mhux ibbliċjat juri telf fil-piż ta’ 4 % wara t-trattament minn qabel bil-petroleum ħafif u ilma. Għalhekk:

P

% (suf) =

10.30 ×

17.0 + 0.0

100

10.30 ×

17.0 + 0.0

100

+ 50.00 ×

6.25 + 0.0

100

+ 39.70 ×

8.5 + 4.0

100

× 100 = 10.97

P

% (polyamide) =

50.00 ×

100

× 100 = 48.37

P

% (qoton) = 100 -

= 40.66

Il-kompożizzjoni tal-ħajta hija għalhekk kif ġej:

Polyamide | 48.4 % |

Qoton | 40.6 % |

Suf | 11.0 % |

| 100.0 % |

-VARJANT 4-

Ikkonsidra l-każ ta’ taħlita ta’ fibra li meta analizzata b’mod kwantitattiv tat il-komponenti li ġejjin: suf inqardax, viscose, qoton mhux ibbliċjat.

Suppost li bl-użu ta’ varjant 4, iġifieri t-tneħħija suċċessiva ta’ żewġ komponenti mit-taħlita ta’ kampjun waħdieni singolari, jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.Piż xott tal-kampjun wara l-trattament minn qabel | (m1) | = 1.6000g |

2.Piż xott tal-fdal wara l-ewwel trattament bl-alkaline sodium hypochlorit (viscose + qoton): | (r1) | = 1.4166g |

2.Piż xott tal-fdal wara t-tieni trattament tal-fdal r1 ma’ klorur taż-żingu/acidu formiku(qoton): | (r2) | = 0.6630g |

Trattament bl-alkaline sodium hypochlorite ma jinvolvix xi telf fil-piż fil-viscose, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1.0 u d2 = 1.03.

Bħala riżultat ta’ trattament mal-klorur taż-żingu/aċidu formiku, il-piż tal-qoton jiżdied b’4 %, sabiex b’hekk d3 = (1.03 × 0.96) = 0.9888 magħluq għal 0.99, (d3 ikun il-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf rispettiv jew żieda fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġent).

Jekk il-valuri miksubin permezz ta’ analiżi kimika u l-fatturi ta’ korrezzjoni jiġu mibdulin fil-formoli taħt punt I.8.1.4 ta’ l-Anness I, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

P

% (viscose) =

× 100 -

× 40.98 = 48.75%

P

% (qoton) =

× 100 = 41.02%

P

% (suf) = 100 -

= 10.23%

Kif diġà ġie indikat għall-varjant 1, dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti permezz tal-formoli indikati f’punt 1.8.2 ta’ l-Anness I.

P

% (suf) =

10.23 ×

100

10.23 ×

100

+ 48.75 ×

100

+ 41.02 ×

100

× 100 = 10.57%

P

% (viscose) =

48.75 ×

100

× 100 = 48.65%

P

% (qoton) = 100 -

= 40.78%

Il-kompożizzjoni tat-taħlita hija għalhekk:

Viscose | 48.6 % |

Qoton | 40.8 % |

Suf | 10.6 % |

| 100.0 % |

--------------------------------------------------

ANNESS III

TABELLA TA’ TAĦLITA TA’ TLETT FIBRI TIPIĊI LI JISTGĦU JIĠU ANALIZZATI BL-UŻU TA’ METODI TA’ ANALIŻI TAL-KOMUNITÀ TA’ TAĦLITIET TA’ ŻEWĠ FIBRI

(għall-għanijiet illustrattivi)

Nru tat-taħlita | Fibri tal-komponent | Varjant [1] | Numru tal-metodu ta’ żewġ fibri u r-reaġent tal-Komunità. |

L-ewwel komponent | It-tieni komponent | It-tielet komponent |

1 | Suf jew xagħar | ‘viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton | 1 u/jew 4 | 2(alkaline sodium hypochlorate)u 3(zinc chloride/formic acid) |

2 | Suf jew xagħar | Polyamide 6 jew 6-6 | Qoton, viscose, cupro jew modal | 1 u/jew 4 | 2(alkaline sodium hypochlorite)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

3 | Suf, xagħar jew ħarir | ċċerti klorofibri | Viscose, cupro, modal jew qoton. | 1 u/jew 4 | 2(alkaline sodium hypochlorite)u 9(carbon disulphide/acetone 55.5/44.5 w/w) |

4 | Suf u xagħar | Polyamide 6 jew 6-6 | Polyester, polypropylene, akriliku jew fibra tal-ħġieġ | 1 u/jew 4 | 2(alkaline sodium hypochlorite)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

5 | Suf, xagħar jew ħarir | ċċerti klorofibri | Polyester, akriliku, polyamide jew fibra tal-ħġieġ | 1 u/jew 4 | 2(alkaline sodium hypochlorite)u 9(carbondisulphide/acetone 55.5/44.5 w/w) |

6 | ħħarir | Suf u xagħar | Polyester | 2 | 11(aċidu sulfuriku 75 % w/w)u 2(alkaline sodium hypochlorite) |

7 | Polyamide jew 6-6 | Akriliku | Qoton, viscose, cupro jew modal | 1 u/jew 4 | 4(aċidu formiku 80 % w/w)u 8(dimenthylformamide) |

8 | ċerti klorofibri | Polyamide 6 jew 6-6 | Qoton, viscose, cupro jew modal | 1 u/jew 4 | 8(dimethylformamide)u 4(aċidu formiku 80 % w/w)jew 9(carbon disulphide/aċetun 55.5/44.5 w/w)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

9 | Akriliku | Polyamide 6 jew 6-6 | Polyester | 1 u/jew 4 | 8(dimethylformamide)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

10 | Aċetat | Polyamide 6 jew 6-6 | Viscose, qoton, cupro jew modal | 4 | 1(aċetun)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

11 | ċċerti klorofibri | Akrliku | Polyamide | 2 u/jew 4 | 9(carbon disulphide/aċetun 55.5/44.5 w/w)u 8(dimethylformamide) |

12 | ċċerti klorofibri | Polyamide 6 jew 6-6 | Akriliku | 1 u/jew 4 | 9(carbon disulphide/aċetun 55.5/44.5 w/w)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

13 | Polyamide 6 jew 6-6 | Viscose, cupro, modal jew qoton | Polyester | 4 | 4(aċidu formiku 80 % w/w)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

14 | Aċetat | Viscose, cupro, modal jew qoton | Polyester | 4 | 1(aċetun)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

15 | Akriliku | Viscose, cupro, modal jew qoton | Polyester | 4 | 8(dimethylformamide)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

16 | Aċetat | Suf, xagħar jew ħarir | Qoton, viscose, cupro, modal, polyamide, polyester, akriliku | 4 | 1(aċetun)u 2(alkaline sodium hypochlorite) |

17 | Triacetate | Suf, xagħar jew ħarir | Qoton, viscose, cupro, modal, polyamide, polyester, akriliku | 4 | 6(dichloromethane)u 2(alkaline sodium hypochlorite) |

18 | Akriliku | Suf, xagħar jew ħarir | Polyester | 1 u/jew 4 | 8(dimethylformamide)u 2(alkaline sodium bypochlorite) |

19 | Akriliku | ħarir | Suf jew xagħar | 4 | 8(dimethylformamide)u 1(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

20 | Akriliku | Suf, xagħar jew ħarir | Qoton, viscose, cupro jew modal | 1 u/jew 4 | 8(dimethylformamide)u 2(alkaline sodium hypochlorite) |

21 | Suf, xagħar jew ħarir | Qoton, viscose, modal, cupro | Polyester | 4 | 2(alkaline sodium hypochloric)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

22 | Viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton | Polyester | 2 u/jew 4 | 3(zinc chloride/aċidu formiku)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

23 | Akriliku | Viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton | 4 | 8(dimethylformamide)u 3(klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

24 | ċċerti klorofibri | Viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton | 1 u/jew4 | 9(carbon disulphide/aċetun 55.5/44.5 w/w)u 3(klorur taż-żingu/aċidu formiku)jew 8(dimethylformamide)u 3(klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

25 | Aċetun | viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 4 | 1(aċetun)u 3(klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

26 | Triaċetat | viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 4 | 6(diklorometan)u 3(klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

27 | Aċetat | ħarir | suf jew xagħar | 4 | 1(aċetun)u 11(aċidu sulfuriku 75% w/w) |

28 | Triaċetat | ħarir | suf jew xagħar | 4 | 6(diklorometan)u 11(aċidu sulfuriku 75% w/w) |

29 | Aċetat | akriliku | qoton, viscose, cupro jew modal | 4 | 1(aċetun)u 8(dimetilformamide) |

30 | Triaċetat | akriliku | qoton, viscose, cupro jew modal | 4 | 6(diklorometan)u 8(dimetiliformamide) |

31 | Triaċetat | poliamidi 6 jew 6-6 | qoton, viscose, cupro jew modal | 4 | 6(diklorometan)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

32 | Triaċetat | qoton, viscose, cupro jew modal | poliester | 4 | 6(diklorometan)u 7(aċidu sulfuriku75 % w/w) |

33 | Aċetat | poliamidi 6 jew 6-6 | poliester jew akriliku | 4 | 1(aċetun)u 4(aċidu formiku 80 % w/w) |

34 | Aċetat | akriliku | poliester | 4 | 1(aċetun)u 8(dimetilformamide) |

35 | Ċerti klorofibri | qoton, viscose, cupro jew modal | poliester | 4 | 8(dimetilformamide)u 7(aċidu sulfuriku 75 % w/w)jew 9(disulfid tal-karbonju/aċetun 55.5/44.5 w/w)u 7(aċidu sulfuriku 75% w/w) |

[1] Meta jintuża l-varjant 4, l-ewwel neħħi l-ewwel komponent bl-użu ta’ l-ewwel reaġent.

--------------------------------------------------