31972R2847



Official Journal L 299 , 31/12/1972 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0056
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L291 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0056
English special edition: Series I Chapter 1972(30-31.12) P. 0088
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0235
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0166
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0166


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2847/72

tad-29 ta’ Diċembru, 1972

li jemenda ir-Regolamenti (KEE) Nri 100/72 u 1897/72 wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni ta’ Stati Membri Ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u fil-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika [1], iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Jannar, 1972, u partikolarment l-Artikolu 153 ta’ l-Att [2] l-Anness ma’ dan, minn issa ’l quddiem imsejjaħ l-Att;

Billi, taħt l-Artikolu 30 ta’ l-Att, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) n 100/72 [3] ta’ l-14 ta’ Jannar, 1972 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snatura ta’ zokkor għal għalf ta’ annimali, kif emendat bir-Regolament (KEE) n 2351/72 [4], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) n 1897/72 [5] ta’ l-1 ta’ Settembru, 1972 dwar sejħa permanenti għal offerti bex ikun deċiż l-għoti ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni għal zokkor abjad, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) n 2523/72 [6], għandu jkun adattat skond il-gwida mniżżla fl-Anness II ta’ l-Att; billi żidiet fir-rigward ta’ l-Istati Membri ġodda għandhom għaldaqstant isiru lil dawn ir-Regolamenti;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"4. Il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2 jkun siegħa qabel l-Irlanda u fir-Renju Unit matul il-perjodu meta dawk l-Istati Membri ma japplikawx il-ħin tas-sajf."

Artikolu 2

Il-kliem li ġej qed jiżdied ma’ l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KEE) n 100/72:

"denatured sugar"

"denatureret sukker.".

Artikolu 3

"Matul il-perjodu fejn il-ħin tas-sajf ma japplikax fl-Irlanda jew fir-Renju Unit, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi ta’ qabel jittieħdu li huma siegħa qabel safejn dawk l-Istati Membri huma kkonċernati."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 1973. Huwa japplika mill-1 ta’ Frar, 1973.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 29 ta’ Diċembru, 1972.

Għall-Kummissjoni

Il-President

S. L. Mansholt

[1] ĠU N L 73, 27.3.1972, p. 5.

[2] ĠU N L 73, 27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU N L 12, 15.1.1972, p. 15.

[4] ĠU N L 253, 9.11.1972, p. 11.

[5] ĠU N L 201, 2.9.1972, p. 8.

[6] ĠU N L 270, 1.12.1972, p. 65.

--------------------------------------------------