Official Journal L 300 , 31/12/1972 P. 0188 - 0188
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0040
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L300 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0040
English special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L300 P. 0190
Greek special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0190
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0190
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 2 P. 0190
Ir-Regolament (KEE) Nru 2840/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ diċembru 1972 li jikkonkludi l-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni svizzera u li jadotta d-disposizzjonijeit għall-implimentazzjoni tiegħu u li jikkonkludi ftehim addizzjonali dwar il-validità, għall-prinċipalità ta’ liechtenstein tal-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni svizzera tat-22 ta’ lulju 1972 IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-komunità ekonomika Ewropea, u partikolarment l-artikolu 113 tiegħu, wara li kkunsidra l-proposti tal-Kumissjoni, billi l-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni svizzera iffirmat fi brussel fit-22 ta’ lulu 1972 għandu jiġi konkluż u d-dikjarazzjonijiet l-annessi ma’ l-att finali, flimkien mal-ftehim addizzjonali dwar il-validità tal-ftehim imsemmi hawn fuq għall-prinċipalità ta’ liechtenstein, ukoll iffirmat fi brussel fit-22 ta’ lulju 1972, għandu jiġi adottat; billi, peress li l-ftehim jistabbilixxi kumitat konġunt, għandhom jiġu maħtura rappreżentanti tal-komunità fuq dan il-kumitat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni svizzera, l-annessi u l-protokolli li hemm miegħu, u d-dikjarazzjonijiet l-annessi ma’ l-att finali qegħdin hawnhekk jiġu konklużi, flimkien mal-ftehim addizzjonali dwar il-validità tal-ftehim imsemmi hawn fuq għall-prinċipalità ta’ liechtenstein; adottat u konfirmat f’isem il-komunità. It-testi tal-ftehim u l-att finali huma l-annessi ma’ dan ir-regolament. Artikolu 2 Skond l-artikolu 36 tal-ftehim, il-president tal-kunsill tal-komunitajiet ewropej għandu jinnotifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ġew mitmuma min-naħa tal-komunità. Artikolu 3 Fil-kumitat konġunt li hemm provediment għalih fl-artikolu 29 tal-ftehim, il-komunità għandha tkun rappreżentata mill-kumissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta’ l-istati membri. Artikolu 4 Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 ta’ diċembru 1972. Dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha. Magħmul fi brussel, id-19 ta’ diċembru 1972. Għal-kunsill Il-president T. Westerterp --------------------------------------------------