Official Journal L 118 , 20/05/1972 P. 0019 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0179
Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0438
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0179
English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0454
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0003
Ir-Regolament (KEE) Nru 1037/72 tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna lill-produtturi tal-ħop IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 [1] tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops, u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [2] tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni, u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jipprovdi għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħops ikkoltivati fil-Komunità; billi huwa għaldaqstant neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ġenerali għall-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament; Billi l-għajnuna hija neċessarja għal raġunijiet amministrattivi biex tingħata għajnuna, f’kull Stat Membru, biss lil lokalitajiet fejn jitkabbru l-ħops fit-territorju ta’ dak l-Istat; Billi l-għajnuna tingħata biss fir-rigward ta’ lokalitajiet irreġistrati fejn jitkabbru l-ħops; billi, konsegwentement, trid issir disposizzjoni għall-introduzzjoni mill-Istati Membri, ta’ sistema ta’ dikjarazzjonijiet u reġistrazzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet; Billi s-sistema ta’ l-għajnuna ma’ tistax taħdem sewwa mingħajr spezzjonijiet li jiżguraw li l-għajnuna tingħata biss lil lokalitajiet fejn jitkabbru l-ħops u li jkunu ġew maħsuda; Billi għandu jiġi stabbilit li lokalitajiet li għalihom tkun intalbet l-għajnuna għandu fihom jitkabbru l-ħops skond il-prassi normali; Billi din l-għajnuna tinvolvi spiża, billi l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jgħid li regolamenti dwar l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni huma applikabbli għal din l-għajnuna; billi, konsegwentement, għandu jiġi speċifikat li din l-għajnuna għandha tkun iffinanzjata skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għajnuna lill-produtturi tal-ħops li tista’ tingħata skond l-Artikolu 12 tar-Regolamenyt (KEE) Nru 1696/71. Artikolu 2 1. Kull Stat Membru għandu jagħti għajnuna biss lil lokalitajiet li fihom jitkabbru l-ħops fit-territorju tiegħu. 2. L-għajnuna għandha tingħata, meta ssir applikazzjoni mill-produttur, taħt il-kondizzjonijiet li jiżguraw l-ugwaljanza fit-trattament lill-benefatturi irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta’ dikjarazzjonijiet u reġistrazzjoni tal-lokalitajiet fejn jitkabbru l-ħops. 2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti għall-verifika ta’: (a) il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet tal-lokalitajiet fejn jitkabbru l-ħops imressqa mill-produtturi, (b) il-lokalitajiet li jiġu maħsuda. Gruppi ta’ produtturi m’għandhomx jinħatru biex jagħmlu din il-verifika. Artikolu 4 Lokalitajiet li fihom jitkabbru l-ħops li għalihom tkun intalbet għajnuna għandu jkollhom densità normali ta’ pjanti tal-ħops addattati għall-produzzjoni. Artikolu 5 1. L-għajnuna prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 hija intervent fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. 2. L-ispiża dwar l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ekwivalenti għall-ammonti mħallsa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 u d-disposizzjonijiet li joħorġu minnu. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Mejju 1972. Għall-Kunsill M. Mart Il-President [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. [2] ĠU L 94, tal-28.4.1970, p. 13. --------------------------------------------------