31972R0922



Official Journal L 106 , 05/05/1972 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0129
Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0377
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0129
English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0393
Greek special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0223
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0224
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 5 P. 0224


Ir-Regolament (KEE) Nru 922/72 tal-Kunsill

tat-2 ta’ Mejju, 1972

li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir għas-sena ta’ tkabbir 1972/73

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 [1] ta’ l-24 ta’ April, 1972 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iheġġeġ tkabbir ta’ dud tal-ħarir, u partikolarment l-Artikolu 2(4) ta’ dan;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 jiddikjara li għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fil-Komunità u billi r-regoli ġenerali ta’ applikazzjoni li hemm provdut għalihom f’dak l-Artikolu għandhom ikunu adottati;

Billi, biex tkun simplifikata l-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna, f’kull Stat Membru għandha tingħata għajnuna biss fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fit-territorju ta’ dak l-Istat;

Billi, biex ikun żgurat it-tħaddim xieraq ta’ dik is-sistema huwa meħtieġ li jkun deċiż min huwa eliġibbli u li jkunu speċifikati ċerti rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna;

Billi huwa neċessarju li tiġi introdotta sistema ta’ kontroll amministrattiva li tiżgura li għajnuna tingħata biss fir-riward ta’ prodotti eliġibli;

Billi r-regoli dettaljati għall-kalkolu tal-għajnuna għandhom ikunu speċifikati biex tkun applikata applikazzjoni uniformi ta’ dik is-sistema;

Billi dan ir-Regolament għandu jkun fis-seħħ biss għal perjodu li jgħin l-effettività tiegħu tkun eżaminata;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-każ tas-sena tat-tkabbir 1972/73, ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin japplikaw għall-għoti, fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fil-Komunità, tal-għajnuna li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72.

Artikolu 2

1. Stat Membru, meta jkun mitlub minn persuna li trabbi, jagħti għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fit-territorju tiegħu.

2. Stati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuna biss lil min ikabbar li jkunu kisbu l-kaxxi tagħhom ta’ bajd minn għaqda approvata u li, fit-tlestija b’suċċess tat-tkabbir, ikunu kkonsenjaw fosdqiet li ġew prodotti lill-għaqda approvata.

3. Tkabbir ta’ dud tal-ħarir ikun ikkunsidrat bħala li tlesta b’suċċess fejn għadd minimu ta’ fosdqiet huwa prodott mill-kaxxi wżati ta’ bajd; dan l-għadd minimu għad irid ikun speċifikat.

Artikolu 3

L-Istati Membri produtturi jintroduċu kontroll amministrattiv biex jiżguraw li l-prodott li għalih intalbet l-għajnuna jilħaq ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna.

Artikolu 4

L-ammont ta’ għajnuna jkun ikkalkolat kull kaxxa ta’ bajd ta’ dud tal-ħarir.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 2 ta’ Mejju, 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU L 100, 27.4.1972, p. 1.

--------------------------------------------------