Official Journal L 081 , 05/04/1972 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0036
Danish special edition: Series I Chapter 1972(I) P. 0267
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0036
English special edition: Series I Chapter 1972(I) P. 0276
Greek special edition: Chapter 02 Volume 1 P. 0153
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 1 P. 0101
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 1 P. 0101
Ir-Regolament (KEE) Nru 679/72 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 1972 fuq il-klassifikazzjoni ta' oġġetti taħt l-intestaturi jew is-subintestaturi nru 69.11, 69.13 B u 69.14 A tat-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 [1] tas-16 ta' Jannar 1969 fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tat-Tariffa Komuni Doganali, u partikolarment Artikolu 3 tagħha; Billi għandha ssir dispożizzjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tat-Tariffa Komuni Doganali biex ikunu klassifikati prodotti ta' "vitreous china" jew "semi-vitreous china" li huma prodotti taċ-ċeramika li saru vitrifikati ħafna jew ftit, ta' materjal ċeramiku xi ftit griżi fl-abjad jew kulurit artifiċjali li huwa lixx fuq l-ilsien; Billi t-Tariffa Komuni Doganali annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2] tat-28 ta' Ġunju 1968, kif l-aħħar emendat bir-Regoment tal-Kunsill (KEE) Nru 1/72 [3] tal-20 ta' Diċembru 1971, tikkomprendi taħt l-intestaturi jew subintestaturi Nru 69.09 A, 69.11, 69.13 B u 69.14 A prodotti tal-porċellana, u taħt l-intestaturi jew subintestaturi Nru 69.09 B, 69.12, 69.13 A, 69.13 C u 69.14 B il-prodotti korrispondenti ta' materjali taċ-ċeramika oħra; Billi għal-għanijiet ta' klassifikazzjoni fit-Tariffa Komuni Doganali tal-prodotti fuq imsemmija ta' "vitreous china" jew "semi-vitreous china", għandhom jitqiesu l-propjetajiet speċjali tal-porċellana, jiġifieri, porosità, densità u transluċidità; Billi prodotti "vitreous china" jew "semi-vitreous china" għandhom ikunu klassifikati taħt l-intestauri jew subintestaturi Nru 69.09 A, 69.11, 69.13 B jew 69.14 A, kif xieraq, meta, simultanjament, ikollhom fost oħrajn il-propjetajiet li ġejjin: - porożità li ma taqbiżx 3 %, - densità ta' 2 72 jew iżjed, - transluċidità fejn il-materjal ċeramiku mhux iżjed minn bejn weħed u l-ieħor 3 mm oħxon, mhux kulurit fil-korp, u lanqas miksi b'verniċ jew enamel kulurit jew opak; Billi hu mixtieq li jkunu preskritti metodi ta' analiżi biex il-porożità u t-transluċidità tal-prodotti in kwistjoni jistgħu jkunu stmati uniformement; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat fuq in-Nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 "Vitreous china" jew "semi-vitreous china" li huma prodotti taċ-ċeramika li ġew vitrifikati ftit jew ħafna ta' materjal xi ftit griż fl-abjad jew kulurit artifiċjalment li huwa lixx fuq l-ilsien, għandhom, kif xieraq, ikunu klassifikati taħt l-intestaturi jew subintestaturi Nru 69.09 A, 69.11, 69.13 B jew 69.14 A tat-Tariffa Komuni Doganali fejn, simultanjament, ikollhom il-propjetajiet li ġejjin: (a) grad ta' porosità (ko-effiċjenti ta' asssorbiment ta' l-ilma) li ma jaqbiżx 3 %, mkejla skond il-metodu provdut f'Anness I; (b) densità ta' 2 72 jew iżjed; (ċ) transluċidità, fejn il-ħxuna mhix iżjed minn bejn wieħed u ieħor 3 mm, mkejla skond il-metodu provdut f'Anness II. Dan l-aħħar kriterju m'għandux japplika, iżda, fejn il-materjal ċeramiku huwa kulrit fil-korp jew huwa miksi b'verniċ jew enamel kulurit jew opak. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tmien ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, fid-29 ta' Marzu 1972. Għall-Kummissjoni S. L. Mansholt Il-President [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [3] ĠU L 1, ta' l-1.1.1972, p. 1 -------------------------------------------------- ANNESS I DETERMINAZZJONI TAL-KOEFFIĊJENT TA' L-ASSORBIMENT TA' L-ILMA Għan u Definizzjoni L-għan tat-test huwa li jkun determinat l-koeffiċjent ta' l-assorbiment tal-ilma tal-materjal taċ-ċeramika. Dan il-koeffiċjent jirrappreżenta perċentwal kalkolat f'relazzjoni mal-piż inizzjali tal-materjal taċ-ċeramika. Preparazzjoni tal-biċċiet tal-prova u t-twettiq tal-provi Għandu jkun hemm minimu ta' tliet biċċiet tal-prova għal kull oġġetti li għandu jkun pruvat. Għandhom jittieħdu mill-partijiet smaltati ta' l-istess artikolu u m'għandhomx ikollhom iżjed minn wiċċ wieħed smaltat. L-arja tal-wiċċ tal-biċċa tal-prova għandha tkun madwar 30 ċentimetru kwadrat u l-ħxuna massima xi 8 millimetri, inkluż l-enamel. Nixxef il-biċċiet tal-prova f'forn ta' 105 °C għall-3 siegħat u, wara tnixxif f’dryer, iddetermina il-piż tagħhom (Wd) sal-eqreb 0705 gramma. Imbagħad għerreq immedjatament il-biċċiet tal-prova f'ilma distillat b'mod li ma jmissux il-qiegħ tal-kontenitur. × 100 Valutazzjoni tar-rizultati Il-medja tal-koeffiċjenti ta' l-assorbiment ta' l-ilma ta' biċċiet differenti tal-prova, espressi bħala perċentwal, hija l-koeffiċjent ta' l-assorbiment ta' l-ilma tal-materjal taċ-ċeramika. -------------------------------------------------- ANNESS II TEST TAT-TRANSLUĊIDITÀ Definizzjoni Il-profil ta' l-oġġett għandu jkun visibbli permezz ta' biċċa ta' prova bejn ħxuna ta' 2 u 4 millimetri mqiegħda f'kamra mudlama 50 ċentrimetru minn lampa ġdida magħluqa f'kaxxa u li minnha joħroġ raġġ ta' dawl ta' bejn 1350 u 1500 lumens. Il-lampa trid tinbidel wara 50 siegħa użu. Apparat tal-prova (ara l-iskizz mehmuż) L-apparat jikkonsisti f'kaxxa miżbugħa internament f'passata bajda matta. F'tarf minnhom titqiegħed il-lampa (A). Issir toqba fit-tarf l-ieħor biex il-profil ta' l-oġġett (B) jista' jidher mill-biċċa tal-prova (Ċ). Id-dimensjonijiet tal-kaxxa huma kif ġej: - tul: tul tal-lampa, kif ukoll 50 ċentimetru - wisa' u għoli: bejn wieħed u ieħor 20 centimetru id-diametru tat-toqba huwa bejn wieħed u ieħor 10 ċentimetri. +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------