Official Journal L 291 , 28/12/1972 P. 0162 - 0162
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0114
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L291 P. 0023
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0114
English special edition: Series I Chapter 1972(28-30.12) P. 0077
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0179
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0179
Id-Direttiva Tal-Kunsill li tad-19 ta’ Diċembru 1972 temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (72/430/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Atomika Ewropea [1], iffirmat fi Brussel, nhar it-22 ta’ Jannar 1972, u partikolarment l-Artikolu 153 ta’ l-Att anness miegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi wara t-tkabbir tal-Komunità n-numru ta’ bureaux nazzjonali kkunsidrati fid-Direttiva tal-Kunsill 72/166 [2] ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbilità żdiedu minn sitta għal disgħa, u jeħtieġ aġġustament għal dik id-Direttiva; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166 għandha tkun emendata kif ġej: Dan li ġej għandu jkun issostitwit għall-kliem ta’ l-Artikolu 2, [3] l-ewwel inċiż: "Wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn id-disa’ bureaux nazzjonali ta’ assiguraturi permezz tal-kondizzjonijiet li dwarhom kull bureau nazzjonali jiggarantixxi t-twettiq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tiegħu, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;." L-Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ma’ l-Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda mal-Komunitajiet Ewropej. Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 1. [2] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1. [3] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1. --------------------------------------------------