31972L0427



Official Journal L 291 , 28/12/1972 P. 0156 - 0157
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0162
Danish special edition: Series I Chapter 1972(28.12) P. 0023
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0162
English special edition: Series I Chapter 1972(28-30.12) P. 0071
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0056
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0177
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0177


Id-Direttiva tal-Kunsill 72/427/KEE

tad-19 ta’ Diċembru 1972

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku

(72/427/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda mal-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika iffirmat fit-22 ta’ Jannar 1972, u b’mod partikolari l-Artikolu 153 ta’ l-Att anness miegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni.

Billi l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [1]dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku jeħtieġ aġġustament tekniku bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità:

Billi skond l-Artikolu 30 ta’ l-Att imsemmi hawn fuq, id-Direttiva msemmija qabel għandha tkun emendata skond il-linji gwida stipulati fl-Anness II ta’ dak l-Att;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-tpinġijiet li għalihom l-Anness II, punt 3.2.1 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 jirreferi, għandhom ikunu supplimentati bl-ittri neċessarji għas-sinjali UK, IR u DK skond il-mudell hawn taħt:

+++++ TIFF +++++

Artikolu 2

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri u għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adeżjoni.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Westerterp

[1] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

--------------------------------------------------