31972L0418



Official Journal L 287 , 26/12/1972 P. 0022 - 0030
Danish special edition: Series I Chapter 1972(9-28.12) P. 0016
English special edition: Series I Chapter 1972(9-28.12) P. 0020
Greek special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0039
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0144
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0144
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0040


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-6 ta’ Diċembru 1972

li temenda d-Direttivi tal-14 Ġunju 1966 dwar il- marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċireali, tal-patata taż-żriegħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-marketing taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti fibrużi, u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli

(72/418/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi, għar-raġunijiet elenkati hawn taħt, ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi li hemm referenza dwarhom hawn taħt u li ġew l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-20 Lulju 1972 [1] għandhom ikunu emendati; d-Direttivi tal-Kunsill tal-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ ta’, rispettivament, iż-żerriegħa tal-pitravi [2], iż-żerriegħa tal-għalf ta’ [3], iż-żerriegħa taċ-ċireali [4], il-patata taż-żriegħ [5]; id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti fibrużi [6]; id-Direttivi tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix [7] u dwar il-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli [8];

Billi huwa meħtieġ li jkun ipprovdut li, f’ċerti ċirkostanzi, ż-żerriegħa tar-razza tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika u l-pjanti, mdaħħla għall-bejgħ fl-Istati Membri differenti u bi qbil mad-Direttivi msemmija qabel, m’għandhomx jibqgħu soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ bejgħ bejn l-Istati Membri;

Billi l-applikazzjoni tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fid-Direttivi msemmija qabel sabiex jitneħħew id-diffikultajiet temporanji fil-provvista taż-żerriegħa i l-pjanti bażiċi jew taż-żerriegħa u l-pjanti ċċertifikati wriet li dawn id-diffikultajiet jistgħu jiġu megħluba aktar faċilment billi jiddaħħlu mhux biss żerriegħa w pjanti ta’ kwalita nferjuti, iżda anke żerriegħa w pjanti ta’ varjetajiet li m’humiex inklużi fil-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet jew fil-Katalogu tal-Varjetajiet nazzjonali;

Billi l-applikazzjoni tad-Direttivi msemmija qabel ħolqot diffikultajiet waqt l-importazzjoni taż-żerriegħa u tal-pjanti fid-diversi Stati Membri, għaliex f’kull wieħed minnhom id-deskrizzjonijiet meħtieġa mingħand l-importatur ivarjaw, billi dawn id-deskrizzjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati;

Billi d-dettalji, b’mod partikolari tal-kwantitajiet, li jridu jidhru fuq it-tikketta ta’ ċerti speċi ta’ żerriegħa elenkati fid-Direttivi msemmija qabel għandhom jiġu emendati, u minflok dokument gewwa l-kontenitur, l-użu ta’ tikketta li teħel għandu jkun adottat għall-ispeċi kollha;

Billi ż-żerriegħa intiża għall-produzzjoni tal-pjanti għal użu ornamentali għandha tkun eskluża mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċireali, bħal fil-każ tad-Direttivi l-oħra simili;

Billi fid-Direttiva dwar il-bejgħ tal-patata taż-żriegħ id-dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar u l-ikklassifikar jeħtieġu ċerti aġġustamenti; billi l-eżamijiet preskritti għandhom jiġu estiżi għal ċerti organiżmi li jagħmlu ħsara u li huma perikolużi;

Billi sar neċessarju li jkun permissobli fil-livell nazzjonali matul perjodu ta’ transizzjoni li għandu jagħlaq fl-1975, li l-varjetajiet normali taż-żerriegħa tal-ħaxix li m’humiex aċċettati uffiċjalment la nazzjonalment u lanqas fil-Komunità; billi, barra minn hekk, għandu jkun possibbli mill-1977 li kull aċċettazzjoni tal-varjetajiet tkun bla ħsara għall-iskoperti ta’ l-eżamijiet uffiċjali;

Billi ż-żerriegħa ta’ ċerti speċi bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix m’għandha ebda sinifikat għal ċerti Stati Membri, għalkemm jiġu prodotti jew għallinqas mibjugħa fihom fi kwantitajiet insinifikanti; billi għalhekk ċerti speċi għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni tad-Direttiva u l-Istati Membri għandhom jiġu meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva għal żerriegħa ta’ speċi oħrajn;

Billi huwa neċessarju, għall-varjetajiet kollha aċċettati qabel l-1 Lulju 1972 bi qbil mal-prinċipji l-oħra apparti minn dawk stipulati fid-Direttiva dwar il-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli, li jingħata perjodu twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jinbiegħu żerriegħa w pjanti ta’ dawn il-varjetajiet;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

Id-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pitravi għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 11(1)(b):

"Dan id-dokument m’huwiex neċessarju jekk l-informazzjoni tkun stampata b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur jew jekk tintuża tikketta li teħel bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati taħt (a)."

2. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 14:

"3. Dawk l-Istati Membri li pprovdew għall-eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(3)(a) għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tar-razza ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika ma tkun soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar bejgħ minħabba l-karatteristiċi tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u s-siġillar,

(a) jekk tkun ġiet ivverifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikar taż-żerriegħa bażika,

(b) jekk tkun ippakkjata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-kontenituri jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-inqas tagħti s-segwenti dettalji:

- awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- il-varjeta

- id-deskrizzjoni "żerriegħa pre-bażika"

- in-numru ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata".

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja djagonali vjola."

3. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 17(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ taż-żerriegħa tal-kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew ta’ varjetajiet taż-żrieragħ li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

4. L-Artikolu 19 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 19(1).

5. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 19:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji segwenti jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ tal-kwantitajiet li jeċċedu ż-2 kg ta’ żerriegħa li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-ispeċi

(b) il-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali ta’ kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità taż-żerriegħa.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu preżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21."

6. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Anness III, is-Sezzjoni A, il-punt 8:

"8. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat ta’ qmugħ."

Artikolu 2

Id-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żeriegħa tal-għalf għandha tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mħassar.

2. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 10(1)(b):

"Dan id-dokument m’huwiex neċessarju jekk l-informazzjoni tkun stampata b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur jew jekk tintuża tikketta li teħel bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati taħt (a)."

3. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 14:

"3. Dawk l-Istati Membri li pprovdew għal eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(5)(a) għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tar-razza ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika ma tkunx soġġetta għal l-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ minħabba l-karattru tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u s-siġillar,

(a) jekk tkun ġiet ivverifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar, bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikar taż-żerriegħa bażika,

(b) jekk tkun ippakkjata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-kontenituri tagħha jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-inqas tagħti s-segwenti dettalji:

- l-awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- il-varjetà

- id-deskrizzjoni "żerriegħa pre-bażika"

- in-numru tal-ġenerazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kategorija "ż-żerriegħa ċċertifikata" qabel l-ewwel riproduzzjoni.

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja djagonali vjola."

4. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 17(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata jew taż-żerriegħa kummerċjali li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ taż-żerriegħa tal-kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew taż-żerriegħa tal-varjetajiet li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

5. L-Artikolu 19 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 19(1).

6. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 19:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji segwenti jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ ta’ kwantitajiet li jeċċedu ż-2 kg żerriegħa li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-ispeċi

(b) il-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali ta’ kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità ta’ żerriegħa.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu preżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21."

Artikolu 3

Id-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċireali għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test tal-introduzzjoni ta’ l-Artikolu 2(1) A:

"A. Ċereali: pjanti ta’ l-ispeċi li ġejjin intiżi għall-produzzjoni agrikola jew għall-ortikulturali minbarra l-produzzjoni għall-iskopijiet ornamentali;"

2. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 10(1)(b):

"Dan id-dokument m’huwiex neċessarju jekk l-informazzjoni tkun stampata b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur jew jekk tintuża tikketta li teħel bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati taħt (a)."

3. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 14:

"3. Dawk l-Istati Membri li pprovdew għall-eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(4)(a) għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tar-razza ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika ma tkun soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ minħabba l-karattru tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u s-siġillar,

(a) jekk tkun ġiet ivverifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikar taż-żerriegħa bażika,

(b) jekk tkun ippakkjata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-kontenituri tagħha jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-inqas tagħti s-segwenti dettalji:

- l-awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- l-varjetà

- id-deskrizzjoni "iż-żerriegħa pre-bażika"

- in-numru ta’ ġenerazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kategorija "iż-żerriegħa ċċertifikata" jew "iż-żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel riproduzzjoni".

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja djagonali vjola."

4. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 17(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ kull tip li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qabil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew tal-varjetajiet taż-żerriegħa li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

5. L-Artikolu 19 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 19(1).

6. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 19:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji li ġejjin jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ tal-kwantitajiet li jeċċedu ż-2 kg żerriegħa li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-speċi

(b) l-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali tal-kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità taż-żerriegħa.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu ppreżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21."

7. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Anness IV, is-Sezzjoni A (a) il-punt 8:

"8. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat ta’ qmugħ."

8. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Anness IV, is-Sezzjoni A (b) il-punt 5:

"5. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat ta’ qmugħ."

Artikolu 4

Id-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ tal-patata taż-żriegħ għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 7(1):

"Fil-każ ta’ tuberi li huma kbar wisq biex jgħaddu minn malja kwadra ta’ 35 x 35 mm, l-akbar u l-iżgħar limitu tad-daqs għandhom jiġu espressi f’multipli ta’ hamsa."

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 7:

"4. L-Istati Membri jistgħu

(a) japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni parti ta’ l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 għal varjetajiet oħra apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom hemmhekk;

(b) iżidu l-varjazzjoni massima permissibbli fid-daqs bejn it-tuberi f’konsenja."

3. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 8(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-patata taż-żriegħ bażika u l-patata ċċertifikata taż-żriegħ tinbiegħ biss f’konsenji omoġeni biżżejjed u f’pakketti jew kontenituri magħluqa li għandhom jiġu ssiġillati u jkollhom fuqhom, kif stipulat fl-Artikoli 9 w 10, strument li jissiġilla u l-marki. Il-pakketti għandhom ikunu ġodda; il-kontenituri għandhom ikunu ndaf."

4. Fl-Artikolu 9(1) il-kliem "u l-kontenituri" għandu jiġi miżjud wara l-kelma "pakketti" u l-kliem "pakkett jew" qabel il-kelma "l-kontenitur".

5. Fl-Artikolu 10(1) il-kliem "u l-kontenituri" għandu jiġi miżjud wara l-kelma "l-pakketti" u fl-Artikolu 11 il-kliem "il-pakketti jew" għandu jiġi miżjud qabel il-kelma "il-kontenituri".

6. Fl-Artikolu 12 il-kliem "fuq il-pakkett jew ġewwa fih jew fuq il-kontenitur" għandu jidħol minflok il-kliem "fuq il-kontenitur jew ġewwa fih".

7. Fl-Artikolu 13(1)(f) il-kliem "il-pakkett jew" għandu jiġi miżjud qabel il-kelma "il-kontenituri".

8. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 13:

"4. Dawk l-Istati Membri li pprovdew għall-eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(2) B (a) għandhom jassiguraw li l-patata taż-żriegħ tal-istadji qabel il-patata taż-żriegħ bażika ma tkunx soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ minħabba l-karattru tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u l-issiġillar,

(a) jekk ikunu ġew ivverifikati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar, bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikar tal-patata taż-żriegħ bażika,

(b) jekk ikunu ġew imqegħda f’pakketti jew f’kontenituri bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-pakketti jew il-kontenituri jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-anqas tagħti s-segwenti dettalji:

- l-awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tal-identifikazzjoni tal-produttur jew in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- il-varjeta

- id-deskrizzjoni "patata taż-żriegħ pre-bażika".

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja djagonali vjola."

9. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 16(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali tal-patata taż-żriegħ bażika jew tal-patata taż-żriegħ iċċertifikata jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 19, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ tal-patata taż-żriegħ tal-kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew tal-patata taż-żriegħ tal-varjetajiet li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

10. L-Artikolu 18 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 18(1).

11. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 18:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji segwenti jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ tal-patata taż-żriegħ li tkun ġejja minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-ispeċi

(b) il-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità tal-kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità tal-patata taż-żriegħ.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu ppreżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 19."

12. Is-segwenti punti għandhom jiġu miżjuda mal-Anness I:

"5. L-art tal-produzzjoni m’għandhiex tkun infettata bil-heterodera rostochiensis Woll.

6. L-uċuh tar-raba’ għandhom ikunu ħielsa minn:

(a) Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc.

(b) Corynebacterium sepedonicum (Spieck. u Kotth.) Skapt. u Burkh."

13. Fl-Anness II l-ittra "A" għandha tiġi miżjuda qabel il-kelma "Tolleranzi".

14. L-Anness II għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"B. Il-patata taż-żriegħ ġħandha tkun ħielsa minn Heterodera rostochiensis, Synchytrium endobioticum, Corynebacterium sepedonicum u Pseudomonas solanacearum."

Artikolu 5

Id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti fibrużi għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 10(1)(b):

"Dan id-dokument m’huwiex meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur jew jekk tintuża tikketta li teħel bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati taħt (a)."

2. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 13:

"3. L-Istati Membri li pprovdew għall-eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(5)(a) għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tar-razza tal-ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika ma tkunx soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ minħabba l-karattru tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u l-issiġillar,

(a) jekk tkun ġiet ivverifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar, bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikar taż-żerriegħa bażika,

(b) jekk tkun ippakkjata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-kontenituri tagħha jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-anqas tagħti s-segwenti dettalji:

- l-awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- il-varjetà

- id-deskrizzjoni "iż-żerriegħa pre-bażika"

- in-numru tal-ġenerazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kategorija "iż-żerriegħa ċċertifikata" jew "iż-żerriegħa ċċertifikata qabel l-ewwel ġenerazzjoni".

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja djagonali vjola."

3. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 16(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ kull tip jew taż-żerriegħa kummerċjali li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 20, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew taż-żerriegħa tal-varjetajiet li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

4. L-Artikolu 18 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 18(1).

5. Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 18:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji segwenti jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ tal-kwantitajiet li jeċċedu ż-2 kg żerriegħa li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-ispeċi

(b) il-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali tal-kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità taż-żerriegħa.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu preżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 20."

Artikolu 6

Id-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1), is-Sezzjoni A, ir-referenza għas-segwenti speċi għandha tiġi mħassra:

"Zea mays convar. microsperma (Koern.) Popcorn"

"Zea mays convar. saccharata (Koern.) Qamħirrum."

2. Fl-Artikolu 2(1), is-Section F (a), il-kliem "qamħ-ir-rum u popcorn" għandhom jiġu mħassra.

3. L-Artikolu 7(1) għandu jiġi supplimentat kif ġej:

"Sa mill-1 Lulju 1977 jista’ jiġi stipulat, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 40 li, minn dati speċifiki, il-varjetajiet ta’ ċerti speċi ta’ ħaxix ma jkunux aktar aċċettati ħlief fuq il-bażi ta’ l-eżamijiet uffiċjali."

4. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 9:

"L- Artikolu 9

1. l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetajiet li ġew aċċettati uffiċjalment fit-territorju tagħhom qabel l-1 Lulju 1972, mingħajr ma jkollhom jagħmlu aktar eżamijiet ibbażati fuq il-prinċipji ta’ din id-Direttiva, jekk ikun jidher ċar minn l-eżamijiet ta’ qabel li l-varjetajiet huma distinti, stabbli u uniformi biżżejjed. L-eżamijiet tal-karattri ffissati ni qbil mal-Artikolu 7(2) għandhom jitlestew sa mhux aktar tard mit-30 Ġunju 1975.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li l-aċċettazzjoni uffiċjali tal-varjetajiet mogħtija qabel l-1 Lulju 1972 bi qbil mal-prinċipji differenti minn dawk ta’ din id-Direttiva jeskadu mhux aktar tard mit-30 Ġunju 1980 jekk sa dik id-data l-varjetajiet f’dak il-każ ma jkunux ġew aċċettati bi qbil mal-prinċipji ta’ din id-Direttiva.

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu sat-30 Ġunju 1975 il-bejgħ fit-territorju tagħhom tal-varjetajiet normali taż-żerriegħa li mhix aċċettata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa ta’ dawn il-varjetajiet kienet tinbiegħ hemmhekk qabel l-1 Lulju 1972."

5. L-Artikolu 11(2) għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"Għandhom, jekk jiġu mitluba, jikkomunikaw ukoll id-deskrizzjoni tal-karattri speċjali li jagħmluha possibli li l-varjetà tingħaraf minn varjetajiet oħra simili."

6. L-Artikolu 13(1) għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"L-aċċettazzjoni mogħtija lill-varjetajiet fi Stat Membru qabel l-1 Lulju 1972 għandha tkun valida sa mhux aktar tard mit-30 Ġunju 1982."

7. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 16(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, wara li jgħalaq il-perjodu ta’ xahrejn wara l-pubblikazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 17, iż-żerriegħa tal-varjetajiet aċċettati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew bi qbil mal-prinċipji li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva ma tiġix soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ li għandha x’taqsam mal-varjetà."

8. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 17, wara l-kelma "żerriegħa" il-kliem "wara l-għeluq tal-perjodu ta’ xahrejn" għandhom jiġu miżjuda bejn il-virgoli.

9. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 26(1)(b):

"Dan id-dokument m’huwiex neċessarju jekk l-informazzjoni tkun stampata b’mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur jew jekk tintuża tikketta li teħel bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati taħt (a)."

10. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 30:

"3. Dawk l-Istati Membri li pprovdew għall-eżenzjonijiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20(4)(a) għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tar-razza tal-ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika li ma tkunx soġġetta għall-ebda restrizzjoni dwar il-bejgħ minħabba l-karattru tagħha, l-arranġamenti għall-eżamijiet, l-immarkar u l-issiġillar,

(a) jekk tkun ġiet ivverifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikar bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli għaż-żerriegħa bażika,

(b) jekk tkun ippakkjata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(ċ) jekk il-kontenituri tagħha jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li mill-inqas tagħti s-segwenti dettalji:

- l-awtorità taċ-ċertifikar u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom

- in-numru tar-referenza tal-konsenja

- l-ispeċi

- il-varjetà

- id-deskrizzjoni "żerriegħa pre-bażika"

- in-numru tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċertifikata".

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja vjola djagonali."

11. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 33(1):

"1. Sabiex jitneħħew id-diffikultajiet kollha temporanji fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika, iż-żerriegħa ċċertifikata jew iż-żerriegħa normali li jinqalgħu fi Stat Membru wieħed jew aktar u li ma jistgħux jiġu melgħuba fil-Komunità, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jiġu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 40, sabiex jippermettu, għal perjodu speċifiku, il-bejgħ taż-żerriegħa tal-kategorija li hija soġġetta għal-ħtiġiet anqas stretti, jew taż-żerriegħa tal-varjetajiet li m’humiex inklużi fil-"Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Ħaxix" jew fil-Katalogi ta’ Varjetajiet nazzjonali tagħhom."

12. L-Artikolu 35 għandu jiġi enumerat mill-ġdid l-Artikolu 35(1).

13. Is-segwenti paragrafu għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 35:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw li d-dettalji segwenti jiġu ppreżentati waqt il-bejgħ tal-kwantitajiet li jeċċedu ż-2 kg żerriegħa li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz:

(a) l-ispeċi

(b) il-varjetà

(ċ) il-kategorija

(d) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali tal-kontroll

(e) il-pajjiż minn fejn tkun intbagħtet

(f) l-importatur

(g) il-kwantità taż-żerriegħa.

Il-mod li bih dawn id-dettalji għandhom jiġu preżentati jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 40."

14. L-Artikolu 37(1) għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"L-obbligu stipulata taħt (c) għandha tapplika biss għall-produtturi."

15. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Artikolu 42:

"L- Artikolu 42

Malli ssir applikazzjoni minn Stat Membru, li għandha tiġi ttrattata kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 40, dak l-Istat jista’ jiġi meħlus għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, ħlief meta dan ikun imur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(1) u fl-Artikolu 30(1):

(a) għall-ispeċi li ġejjin:

Maxxita

Pitravi tat’ l-Spraġ ta’ l-Spinaċi

Pitravi, (chard) - (speċi ta’ qaqoċċ abjad)

Kaboċċa mberfla

Pastard

Brokkli li qed inibbet jew kalabris

Indivja

Dulliegħ

Bużbież

Scorzonera jew salsafja sewda;

(b) għall-ispeċi l-oħra li normalment ma jkunux riprodotti jew mibjugħa fit-territorju tiegħu."

16. Fl-Annessi II u III, ir-referenzi kollha għall-ispeċi Zea mays convar. microsperma u convar. saccharata għandhom jiġu mħassra.

17. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Anness IV, is-Sezzjoni A (a) il-punt 9:

"9. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat ta’ qmugħ."

18. Il-kliem fit-test ta’ l-Anness IV, is-Sezzjoni B (a) il-punt 3 għandu jiġi mibdul kif ġej:

"Ix-xahar u s-sena tal-issiġillar; għall-pakketti żgħar is-sena tal-issiġillar."

19. Fl-Anness IV, is-Sezzjoni B (a) il-punt 9, il-kliem "li jkun sa 100 g" għandu jitħassar.

20. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta’ l-Anness IV, is-Sezzjoni B (a) il-punt 10:

"10. Il-piż nett jew gross jew in-numru ta’ qmugħ iddikjarat, ħlief għal pakketti żgħar sa 500 g."

Artikolu 7

Id-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-Katalogu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(3) "1 Lulju 1972" għandha tidħol minflok "1 Lulju 1970".

2. L-Artikolu 10(2) għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"Għandhom, jekk jiġu mitluba, jikkomunikaw ukoll il-kwalitajiet speċjali li jagħmluha possibli li l-varjeta tingħaraf minn varjetajiet oħra simili."

3. L-Artikolu 12(1) għandu jiġi ssupplimentat kif ġej:

"L-aċċettazzjoni mogħtija għall-varjetajiet fi Stat Membru qabel l-1 Lulju 1972 għandha tkun valida sa mhux aktar tard mit-30 Ġunju 1982."

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi:

(a) sa mhux aktar tard mill-1 Lulju 1972, mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, minbarra l-punti 13 u 18, u ma’ dawk ta’ l-Artikolu 7;

(b) sa mhux aktar tard mill-1 Lulju 1973, mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 6 Diċembru 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Schmelzer

[1] ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37

[2] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2290/66

[3] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66

[4] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66

[5] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2320/66

[6] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3

[7] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7

[8] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1

--------------------------------------------------